Min hu l-barrani?

Spiss tisma’ lil min jghid: “Ghidli ma’ min taghmilha u nghidlek min int.” Huwa ghajdut li, xi ftit jew wisq, ghandu mis-sewwa. Izda ghandu mis-sewwa wkoll jekk tghid: “Ghidli ma’ min MA TAGHMILHIEX u nghidlek min int.” Ghax meta tistharreg min huma dawk in-nies li bniedem ma jaghmilhiex maghhom, jew iqis li mhumiex tal-qatgha tieghu, ghandek mnejn tintebah min hu u x’personalità ghandu dak li jkun.

Nies jew xjaten?

Meta nithaddtu dwar il-‘barrani’ minghajr ma rridu nkunu qeghdin nitkellmu dwarna nfusna, dwar lil min inqisu ‘ta’ gewwa’ u ’l min inqisu ‘ta’ barra’. Ta’ gewwa huma dawk in-nies li nistmawhom tal-livell jew tal-qatgha taghna; ta’ barra huma dawk in-nies li nqisuhom b’xi mod differenti minna jew li ma naqblux maghhom (u huma ma jaqblux maghna). Hafna drabi, dwar ’il min inqisu ta’ sura u mhux ta’ ohra, jinkixef minn kliemna aktar milli minn ghemilna.

Fi Frar li ghadda, fl-Università ta’ Malta sar seminar dwar dan, organizzat mill-Akkademja tal-Malti. Jien m’attendejtx personalment. Izda wara, fis-sajf, inhareg ktieb bis-sitt diskorsi li kienu saru fis-seminar, ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin, bl-isem “Ta’ Barra Minn Hawn”, editjat minn Marco Galea. Bhalma tista’ tinnota, it-titlu tal-ktieb jissuggerixxi li ’l dawk in-nies li b’xi mod jew iehor ma nistmawhomx tal-qatgha taghna nqisuhom bhallikieku kienu xjaten (ghax l-espressjoni ‘ta’ barra minn hawn’ ghax-xjaten nghiduha).

Stharrig serju

M’ghandniex xi nghidu, il-kitbiet li fih il-ktieb huma kollha interessanti u anki frott ta’ hafna studju. Jithaddtu l-aktar dwar l-identità Maltija fuq l-isfond ta’ min, matul iz-zminijiet sallum, ahna l-Maltin inqisu li huma ‘barranin’ ghalina. Fost dawn, hemm il-Lhud, l-Gharab u l-Musulmani. Naturalment, ma jonqosx li jissemmew ukoll ir-refugjati li fi zmienna waslu fix-xtut taghna, l-aktar mill-Afrika ta’ Fuq u partikularment mil-Libja.

Il-bicca l-kbira tad-diskorsi fil-ktieb jistharrgu kitbiet Maltin li jixhdu ghall-mod kif il-bicca l-kbira taghna nharsu lejn dawn in-nies ‘differenti’ minna u li aktarx nistmawhom b’attitudni xi ftit jew wisq dispreggattiva u arroganti. Fost dawn il-kitbiet hemm dawk ta’ Gananton Vassallo, Guzè Muscat Azzopardi, Glormu Manduca, Manwel Dimech, Robert Mifsud Bonnici, Guzè Bonnici, Guzè Aquilina u ohrajn.


Razzizmu u pregudizzji

Xi whud minn dawn il-kittieba u letterati jintwera li kienu, sfortunatment, razzisti veri u proprji. Ohrajn, bhal Manwel Dimech, ghalkemm razzista certament ma kienx, jidher li kellu mentalità tipika ta’ zmienu, xi ftit jew wisq imdakkra mill-pregudizzji kolonjali tal-Ewropej.

Infatti, dawn il-pregudizzji―specjalment kontra l-Lhud u l-Gharab―issib li ghandhom sehem sinifikanti f’diversi kitbiet letterarji Maltin ta’ zmien is-sekli 19 u 20. Izda jidher li gherq ohxon iehor ghalihom―specjalment kontra l-Musulmani―kien il-Kattolicizmu.


Tisfija li trid tissokta

Xi ftit jew wisq, il-ktieb juri li, ghalkemm il-bicca l-kbira taghna imxew lil hinn minn dawn l-gheruq, dawn il-pregudizzji ghandhom xorta wahda jidhru fil-mentalità, id-diskors u l-agir ta’ hafna minna. Dan aktarx jidher l-aktar fil-mod ta’ kif xi whud minna―inkluz il-politici u l-gurnalisti taghna―iharsu lejn ir-refugjati tallum li gew f’artna ghall-kenn mill-faqar u l-persekuzzjoni.

Bla dubju, il-ktieb huwa riflessjoni serja u xi minn daqqiet provokanti dwar x’nahsbu li ahna bhala Maltin meta nqabblu lilna nfusna ma’ popli u gnus ohra. Dnub li ma fihx indici ta’ temi, ghax it-temi diversi li fih il-ktieb huma hafna, izda jintilfu fil-medda tal-kitba.

Hsieb il-Maltin

Dnub ukoll li l-kummentarju li jsir fl-ahhar ghall-kitbiet li jidhru fil-ktieb stess huwa aktar espozizzjoni (jew werrej estiz) milli kritika vera u proprja. Kien ikun ferm aktar interessanti li kieku din il-parti ahharija tal-ktieb stharrget imqar xi ftit il-pregudizzji li l-kittieba STESS juru li ghandhom meta sawru l-kitbiet li xandru.

Minkejja dan, kulmin ihobb jifhem kif nahsbu ahna l-Maltin ma jistax jonqos li jikseb dan il-ktieb nebbiexi. Jien ghogobni u cert li joghgob lilek ukoll. Tista’ tiksbu mill-hwienet ewlenin tal-kotba.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?