Posts

Showing posts from November, 2019

In-numri ma jitkellmux

Image
Dan l-aħħar kellna fostna protesti li xi wħud mill-ġurnalisti, jew min jikkmandahom, għażlu li jmaqdruhom. M’għandniex xi ngħidu, għamlu dan għax ma jaqblux magħhom. Imma l-aktar ħaġa li lili tatni f’sieqi kien li maqdruhom għax għall-protesti nfushom ma nġabrux ħafna nies. Bħallikieku riedu jgħidu: ‘Dal-protesti ma jiswew xejn għax ara kemm ftit nies ħadu sehem fihom.’ Raġunar Dar-raġunament huwa l-agħar wieħed li qatt jista’ jsir. Aħjar bniedem jgħid ċar u tond li ma jaqbilx mal-protesta jew għala saret milli jġib argument bħal dan. Jiġifieri argument tan-numri. Huwa argument zopp li jrid jgħid hekk: Protesta hi tajba, tiswa jew ta’ min jagħti kashom meta jkollha ħafna nies; jekk le, hi ħażina, ma tiswiex jew mhux ta’ min jagħti kasha. Bħallikieku r-raġuni għandha bżonn il-forza tan-numri! Dar-raġunament, hekk ibbażat fuq il-kwantità numerika, ma jagħti xejn kas tal-argumenti, tajbin kemm jistgħu jkunu tajbin, jew ukoll ħżiena, u jiffoka biss fuq kemm nies ħadu sehem fil-prot

Użin skont l-uċuh

Image
Għala ħafna nies jiġġudikaw mod ieħor skont l-uċuh li jaraw quddiemhom? Lil xi ħadd jikkundannawh għax jarawh ikreh; lill-ieħor ma jikkundannawhx għax jarawh sabiħ. Mal-miżien tagħhom ma jużawx l-istess użin bejn tnejn min-nies għall-istess ħaġa; għandhom mżienen differenti skont l-uċuh. Did-diżonesta ma tagħmel ebda ġieħ lil min jagħmilha; hija turi biss li l-ġustizzja tiegħu ma hi ġustizza xejn u ma tiswiex sold. Il-ġudizzji Aħna ninsabu l-ħin kollu nagħmlu ġusizzji fuq dak li naraw u nisimgħu. Ma nistgħux nagħmlu mod ieħor. Li tiġġudika jfisser li tiddeċiedi ħaġa hijiex mod jew ieħor. Mingħajr ġudizzji ta’ kull tip u l-ħin kollu, ma nistgħux niffunzjonaw bħala bnedmin. L-annimali kollha, mhux aħna l-bnedmin biss, jinsabu l-ħin kollu jiġġudikaw l-affarijiet li jmissu l-ħames sensi tagħhom. Saħansitra l-ħxejjex ukoll jiġġudikaw; imma dan jagħmluh kimikament biss, mhux bħalna l-annimali, li nagħmluh bir-raġuni wkoll. Biex niġġudikaw jeħtieġ li jkollna sens ta’ ġudizzju, jiġifie

Li sibt u li għamilt

Image
Kemm hawn nies li jistaqsu x’sens fiha l-ħajja. Donnhom ma jafux jgħixu mingħajr ma jiskopru xi skop kbir li jagħtihom il-gost li jgħixu jew il-ħajra li jitqabdu. Għalfejn għandha jkollha sens il-ħajja, wara kollox? Jew aħjar, is-sens tal-ħajja huwa l-ħajja nnifisha. Ngħixu biex ngħixu. Għalhekk, l-aħjar hu li persuna tfittex li tgħix bl-aktar mod li jagħti ġieħ lill-għajxien. Li nsibu lest Għandu mnejn li xi ħadd jista’ jaħseb li dal-kliem idur fuqu nnifsu; li fl-aħħar mill-aħħar ma ngħid xejn. Qed jgħid, għandi naħseb, li l-ħajja hi l-premju tagħha nnifisha, u kemm jagħmel sewwa bniedem li jagħmel l-aħjar minnha. L-istraordinarju fil-ħajja ordinarja huwa li tagħmel l-ordinarju b’mod straordinarju. Dan ifisser li tagħmel dak li tista’, toħlom li tagħmel dak li ma tistax, u tagħmel aktar milli tista’. Ħafna nies nikkuntentaw irwieħhom biss b’dak li sabu madwarhom. Dawn josservaw tajjeb x’inhuma l-affarijiet li jistgħu jaqduhom, li jistgħu jużaw jew li jistgħu jagħmlu użu minnho

Epitaffi fuq l-oqbra

Image
Ix-xahar tal-mejtin magħna, għall-anqas xi wħud hekk insejħulu, u bosta jerħulha għaċ-ċimiterji ħalli jżuru l-qraba u l-ħbieb tagħhom li għaddew għal ħajja aħjar jew agħar. Hu x’inhu, il-ħsieb imur fuq il-mewt u l-inevitabbiltà tagħha. Le, ħadd ma jista’ jevita l-mewt—hija l-aktar ħaġa ugalitarja li teżisti—u ħadd ma jista’ jagħmel xejn fuqha. Li jista’ tagħmel hu li jidħaq ftit biha. F’idejn ħaddieħor Il-kelma ‘epitaffa’ (epitaffi bil-plural) tirreferi għal skrizzjoni fuq xi qabar jew monument; ħafna drabi miktuba bi tħaffir fl-irħam jew b’ittri tal-bronz. Hija kelma li tiġi mil-Latin ‘epitaphium’, li tirreferi għal orazzjoni jew eloġju funebri. Bil-Grieg, ‘epitaphion’ ukoll tfisser l-istess, magħmula minn ‘epi’, jiġifieri ‘fuq’, u ‘taphos’, jiġifieri ‘qabar’ jew ‘funeral’. Ħafna drabi l-epitaffi huma magħmula minn sentenzi qosra li jinkitbu fuq l-irħama ta’ qabar biex jgħidu xi ħaġa lil min ikun qed iżur il-fdalijiet ta’ min ikun indifen hemmhekk. Ngħidu aħna, l-aktar li ssib