Posts

Showing posts from April, 2007

L-imhabba erotika

Image
Kienet tabilhaqq sorpriza, ghalija ghallanqas, meta l-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-imhabba erotika b’mod pozittiv. Li kienu smajnih jitkellem dwar din it-tip ta’ mhabba b’mod negattiv ma kont nistaghgeb xejn, ghax kont nistenniha. Imma b’mod pozittiv!? U f’referenza ghal Alla!? Din kienet xi haga gdida u, fil-fehma tieghi, ta’ min jixtarrha aktar. Specjalment meta wiehed iqis li, wara li semmiha l-ewwel darba, il-Papa Benedittu baqa’ kostantement jerga’ jsemmiha u jithaddet dwarha. Ir-raguni ghala jien jidhirli li dan il-kuncett jisthoqqlu kemmxejn tal-istharrig minhabba zewg ragunijiet. L-ewwelnett, ghax jifforma parti mit-taghlim tal-magisteru tal-Knisja; u ghaldaqstant irid jindika zvilupp aktar mit-teologi u l-filosfi Kattolici. It-tieni, ghax jidher li jista’ jitfa’ ftit dawl pozittiv fuq il-kuncett tar-relazzjonijiet tal-imhabba bejn il-bnedmin. F’dan li gej bi hsiebni li, l-ewwel, wara li nintroduci ftit is-suggett, nesplora dak li jghid Benedittu XVI dwar l-imhabba ero