L-imhabba erotika

Kienet tabilhaqq sorpriza, ghalija ghallanqas, meta l-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-imhabba erotika b’mod pozittiv. Li kienu smajnih jitkellem dwar din it-tip ta’ mhabba b’mod negattiv ma kont nistaghgeb xejn, ghax kont nistenniha. Imma b’mod pozittiv!? U f’referenza ghal Alla!? Din kienet xi haga gdida u, fil-fehma tieghi, ta’ min jixtarrha aktar. Specjalment meta wiehed iqis li, wara li semmiha l-ewwel darba, il-Papa Benedittu baqa’ kostantement jerga’ jsemmiha u jithaddet dwarha.

Ir-raguni ghala jien jidhirli li dan il-kuncett jisthoqqlu kemmxejn tal-istharrig minhabba zewg ragunijiet. L-ewwelnett, ghax jifforma parti mit-taghlim tal-magisteru tal-Knisja; u ghaldaqstant irid jindika zvilupp aktar mit-teologi u l-filosfi Kattolici. It-tieni, ghax jidher li jista’ jitfa’ ftit dawl pozittiv fuq il-kuncett tar-relazzjonijiet tal-imhabba bejn il-bnedmin.

F’dan li gej bi hsiebni li, l-ewwel, wara li nintroduci ftit is-suggett, nesplora dak li jghid Benedittu XVI dwar l-imhabba erotika. It-tieni, nistharreg daqsxejn ir-referenzi bibblici ghal din it-tip ta’ mhabba. U fl-ahhar, naghmel xi riflessjonijiet filosofici.

L-ewwel darba li l-Papa Benedittu ghamel referenza ghall-imhabba erotika kienet fl-ittra enciklika tieghu Deus caritas est. F’dan id-dokument, huwa semma l-kelma eros xejn anqas minn tlieta u tletin darba! Haga tal-ghageb meta tqis l-koncett kien gdid ghall-fidili Kattolici. F’din l-enciklika, il-papa sahansitra hatar kapitlu shih tal-ittra tieghu fuq it-trattazzjoni ta’ dan is-suggett.

In-novità tat-tema fl-ambitu Kattoliku tohrog mill-fatt li fl-indirizzi tal-Angelus, l-udjenzi, l-ezortazzjonijiet u l-ittri appostolici, l-enciklici, l-omeliji, l-ittri, il-messaggi, il-motu proprji u d-diskorsi kollha tal-papiet minn Ljun XIII sa Gwanni Pawlu II – jigifieri f’aktar minn seklu shih – il-kuncett tal-imhabba erotika giet imsemmija darba biss! u dik id-darba ma kinetx f’referenza ghal Alla!

Din ir-referenza wahda, fil-fatt, kien ghamilha Gwanni Pawlu II fl-udjenza generali tas-26 ta’ Marzu tal-1980. F’dik l-okkazjoni, waqt li kien qieghed jitkellem dwar l-imhabba sesswali bejn zewg persuni, il-papa qal li l-att sesswali “kwazi ‘iggorr’ maghha l-koppja”. Huwa jkompli jghid li, f’waqt bhal dan, il-persuni “jinhakmu mill-umanità taghhom”.

Din il-“hakma” komuni, kien qal il-papa – espressa fil-kliem tal-Genesi (1:28) “Nisslu u oktru, u mlew l-art” – “hi ekwivalenti ghall-eros”. Imbaghad jghid hekk: “Din hi kwestjoni ta’ zewg sferi kuncettwali, ta’ zewg lingwaggi, bibbliku u Platoniku”.

Din ir-referenza ghall-filosfu Grieg tal-qedem, Platun, li ghex ma erba’ mitt sena qabel Kristu, jerga’ jaghmilha l-Papa Benedittu snin wara. Hija referenza li wiehed kwazi jistenniha minhabba li l-kuncett ta’ eros jew l-imhabba erotika Platun jistharrigha hafna ghax kienet parti sew mill-ispiritwalità ta’ zmienu.

Ghalkemm bi kliemu indika li wiehed jista’ kwazi kwazi jsib elementi komuni bejn il-kuncett bibbliku tal-imhabba sesswali u dak Platoniku, jew Grieg klassiku, tal-imhabba erotika, il-papa ma jazzardax jesplora din it-tema aktar milli kien ghamel. Anzi, huwa malajr izid twissija li – issa li ghadda z-zmien u smajna referenzi ohra papali ghall-imhabba erotika – tinstema’ qisha twiddiba ghal Benedittu XVI! Infatti, b’referenza ghaz-zewg tipi ta’ mhabbiet – dik sesswali u dik erotika – il-Papa Gwanni Pawlu II iwissi li “huwa b’kawtela kbira li jistghu jigu wzati halli jinterpretaw lil xulxin”.

Huwa proprju hekk li l-Papa Benedittu jaghmel: jinterpreta wahda b’ohra u juza kawtela kbira. Ghallanqas, il-kawtela tieghu wiehed jista’ jiddeduciha bil-mod rett u meqjus li biha jittratta t-tema, specjalment fl-enciklika li semmejt. Huwa jiehu tul mhux hazin sabiex jiddistingwi bir-reqqa u jfisser bil-mod dak li jrid jghid. Infatti, jidher konxju hafna li l-art li fuqha miexi tizloq hafna.

Il-Papa Benedittu ma tkellimx dwar l-imhabba erotika darba biss. B’kollox, inkluz fl-enciklika, tkellem dwarha f’disa’ okkazjonijiet differenti, l-ahhar darba f’Jannar li ghadda. Inkludiha wkoll fil-messagg ghar-randan li ghadu kemm ghadda. F’dawn l-okkazjonijiet kollha, l-udjenzi tieghu ma kinux dejjem ta’ nies teknici, akkademici jew intellettwali, imma xi kultant, bhal fil-kaz tal-enciklika, tal-poplu kollu ta’ Alla, mghallem jew mhux.

Dan kollu juri li l-papa jixtieq li l-kuncett li introduca jidhol fl-ispiritwalità nisranija u Kattolika u jinfirex kemm jista’ jkun. Imma x’jghid ezatt dwar din l-imhabba erotika u kif idahhalha fl-ispiritwalità nisranija u Kattolika? B’mod partikulari, x’irid jghid biha meta, sorprendentement, fl-enciklika jghid li l-“imhabba ta’ Alla hi anki erotika”!?

It-tezi ewlenija

Ghall-Papa Benedittu XVI, il-kuncett tal-imhabba erotika, kemm tal-bniedem kif ukoll ta’ Alla, huwa wiehed li jarah mhux biss importanti, imma wkoll fundamentali, ghall-ispiritwalità nisranija. Naturalment, ghandu filosofija wara pozizzjoni klamoruza bhal din, kif se naraw. Barra minn hekk, minnha jislet ftit konkluzjonijiet li jorbtu ma’ sitwazzjonijiet relatati mas-sesswalità, bhaz-zwieg, it-tnissil u r-relazzjonijiet bejn il-persuni.

Minkejja l-uzu repetut tal-forma nominattiva tal-kelma “eros” b’referenza ghall-imhabba ta’ Alla (naturalment bil-kongunzjoni “hi” bejniethom), il-papa jevita ghal kollox u qatt ma jazzarda juza l-aggettiv tal-kelma. Fil-fatt, it-termini “imhabba erotika” b’referenza ghal Alla ma juzahom qatt. Dan jikxef certa sensittività min-naha tieghu, ghax it-terminu wzat bhala aggettiv jesprimi qawwa kbira u kwazi skandaluza.

Wiehed jista’ jistaqsi jekk fil-fatt hemmx differenza bejn l-espressjonijiet “imhabba ‘eros’” u “imhabba erotika”. Xi whud isostnu li, iva, hemm. Jghidu li l-ewwel wahda tirreferi ghall-istinti ta’ preservazzjoni (dak li Freud isejjah il-“libidu”), mentri t-tieni wahda tirreferi aktar ghax-xenqiet senswali u afrodisijaci. Minkejja din id-differenza, ma jidhirx li, fundamentalment, ghandha ssir differenza sostanzjali bejn iz-zewg espressjonijiet. Wiehed jista’ jikkoncedi li forsi t-tieni wahda tinkludi aktar konnotazzjonijiet minn tal-ewwel. Imma certament ma teskludihiex. Ghaldaqstant, f’dan li gej naghzel li nuza aktar it-tieni espressjoni. Dan naghmlu minhabba li dak li jsostni l-papa fir-rigward tal-imhabba eros jista’ jinghad ukoll dwar l-imhabba erotika.

Ir-raguni principali ghala l-papa jintroduci l-kuncett tal-imhabba erotika fl-ispiritwalità u t-teologija nisranija hija, skond ma jghid hu stess (CU), minhabba li l-kelma “imhabba”, tant fundamentali ghall-insara, giet “mgharrqa” u “abbuzata” bla tarf b’tali mod li l-insara saru anki jibzghu jsemmuha aktar. Dan gara, skond il-papa, minhabba li l-imhabba nisranija giet ipprezentata wisq f’oppozizzjoni u sahansitra f’antagonizmu ghall-imhabba fizika, sesswali u erotika, b’tali mod li tidher bierda, distanti u spiritwalistika.

Il-papa jsostni dan l-argument billi, b’mod polemikuz, jikkonfronta lill-filosfi Illuministi, u lill-filosfu Germaniz Friedrich Nietzsche, tas-seklu dsatax (DCE.I,3). Dan tal-ahhar kien qal li, minhabba li eskludew l-imhabba erotika mill-ispiritwalità taghhom, l-insara “ivvalenaw” l-imhabba. Il-papa jichad din l-akkuza. Huwa jghid li l-insara qatt ma cahdu l-imhabba erotika, imma cahdu biss it-“tghawwig” u l-“qerda” taghha, billi “iddixxiplinawha”, “ippurifikawha” (DCE.I,4), “dewwewha” u “irrestorawha ghall-kobor taghha” (DCE.I,5).

Ghaldaqstant, bir-riflessjonijiet tieghu, il-papa jrid juri li l-imhabba nisranija tinkludi l-imhabba erotika (“eros”) daqskemm l-imhabba altruwista (“agape”). L-imhabba, jghid il-papa, hi “impuls wiehed” (UG) b’dimensjonijiet differenti (DCE.I,8). Huwa jsostni li l-imhabba erotika u l-imhabba altruwista jikkorrispondu ghal zewg mumenti fl-iskala tal-imhabba (DCE.I,2) jew ukoll fl-iskala tas-sesswalità (IN). L-imhabba, jghid il-papa, generalment tibda fuq il-livell tal-erotika, imbaghad, minghajr ma qatt tixxejjen, timmatura sal-livell tal-altruwizmu (UG, CU, SS).

Dan hu hsieb fundamentali tal-papa. Huwa jsostni li “aktar ma l-imhabba erotika u l-imhabba altruwista, bl-aspetti differenti taghhom, isibu ghaqda xierqa fir-realtà wahda tal-imhabba, aktar tigi mwettqa n-natura vera tal-imhabba b’mod generali” (DCE.I,7).

Imma kif jikkumplimentaw lil xulxin u jinghaqdu flimkien dawn iz-zewg dimensjonijiet tal-imhabba? Din hi l-mistoqsija fundamentali li l-papa, sabiex jilhaq l-ghanijiet tieghu, iwiegeb fuq bazi filosofika. Biex jaghmel dan isostni teorija ta’ dualizmu, jigifieri teorija li, fl-istharrrig kollu li taghmel, dejjem tuza zewg linji ta’ hsieb. Hu proprju ghalhekk li tissejjah “dualizmu”, ghax il-kelma gejja mil-Latin “duo”, li tfisser “tnejn” jew “zewg”.

Ghall-mument, din it-teorija sservi l-papa tajjeb, imma – meta tqis li, fit-taghlim tieghu, il-papa qed jindirizza lill-insara tad-dinja kollha (u ghalhekk anki nies li qatt ma haddnu filosofija dualista u probabbilment lanqas biss jifhmuha) – difficli taccetta l-applikazzjoni universali li jaghmel biha. Ghaldaqstant, dan hu wiehed mill-punti dghajfa – ghalkemm mhux l-aktar wiehed – tat-teorija li jipproponi.

F’din il-linja dualista, il-papa jibbaza t-teorija kollha tieghu fuq il-principju li l-bniedem huwa “unità f’dualità” (DCE.I,5), jigifieri jsostni li kull bniedem hu maghmul minn zewg elementi fundamentali – il-fiziku (jew il-gisem) u l-ispiritwali (jew ir-ruh). Fuq dan il-principju dualista jibni l-bqija tat-teorija erotika/altruwista tieghu: filwaqt li l-imhabba erotika torigina mill-gisem u tesprimi l-gibda fizika tal-bniedem, l-imhabba altruwista torigina mir-ruh u tesprimi l-ghotja spiritwali tieghu.

Imma kif inhu li dawn iz-zewg dimensjonijiet tal-imhabba, ghalkemm differenti minn xulxin, skond il-papa fil-fatt huma haga wahda? Il-papa jsostni li jekk fl-imhabba taghna xi wahda minn dawn id-dimensjonijiet tkun nieqsa, allura nispiccaw b’dik li hu jsejjah “karikatura” tal-imhabba (DCE.I,8). L-imhabba awtentika taghna, jinsisti, trid tkun kemm erotika kif ukoll altruwista! Imma kif?

Il-bazi filosofika

L-imhabba erotika (“eros”) u l-imhabba atlruwista (“agape”) huma zewg dimensjonijiet tal-imhabba awtentika. Skond il-Papa Benedittu XVI, l-imhabba erotika torigina mill-gisem u tesprimi l-gibda fizika tal-bniedem, filwaqt li l-imhabba altruwista torigina mir-ruh u tesprimi l-ghotja spiritwali tal-bniedem. Meta nirreferu ghall-erotizmu fid-diskors normali taghna, generalment inkunu qed nithaddtu dwar stat ta’ tqanqil fiziku u, specifikament, sesswali; jew anki dwar kull haga li tqajjem stat bhal dak. Il-papa jinzel kemxejn aktar fil-fond u, minghajr ma jichad jew ixejjen dan it-tifsir normali tal-kelma, jaghzel li jikkoncentra aktar fuq il-psikologija tal-istat erotiku.

Infatti, huwa jsostni li l-karattru essenzjali tal-erotika hija l-possessjoni (DCE.I,7). L-imhabba erotika, jghid il-papa, “tindika l-imhabba ta’ xi hadd li jixtieq jippossedi dak li jonqsu u jixxennaq biex jinghaqad ma’ min ihobb” (RN). Minn dan il-karattru essenzjalment psikologiku ta’ possessjoni, jigu l-karatteristici l-ohra tal-imhabba erotika, fosthom li “tiehu jew tigbed lejha nnifisha” (DCE.I,7) u li, f’sens egoistiku, “thares ’il gewwa” (DCE.I,6). Il-papa jzid ma’ dan li l-imhabba erotika hi purament fizika (DCE.I,5), “passjonali” u “konkubixxenti” (DCE.I,7). Jghid ukoll li, bil-qawwa emottiva u senswali taghha, l-imhabba erotika timponi ruhha fuq il-persuni (DCE.I,3), “tahtafhom” (DCE.I,6), “titlifhom” minn sensihom (DCE.I,7), “tezaltahom” (DCE.I,7) u ddahhalhom f’“estasi” (DCE.I,6).

Dan huwa kliem tabilhaqq qawwi gej minn papa. Specjalment meta nikkunsidraw li l-Qdusija Tieghu japplika dan kollu, kif se naraw, mhux biss ghall-bniedem, imma ghal Alla l-Imbierek innifsu! L-ideat principali li trid tinnota hawnhekk huma tnejn: il-POSSESS u l-PASSJONI. Huma dawn iz-zewg karatteristici ewlenin li l-papa jsejjah “eros” jew imhabba erotika; u jinsisti li din hi biss lat wiehed tal-imhabba awtentika. Il-lat l-iehor huwa l-imhabba altruwista jew “agape”.

Bhal kull dualista tajjeb, il-papa jipprezenta l-imhabba altruwista paralellament mal-imhabba erotika. Ghaldaqstant, jghid li l-imhabba altruwista jew “agape” hi imhabba “spiritwali” li tesprimi l-imhabba tar-ruh (DCE.I,6), li ma tfittixx lilha nnifisha, imma l-gid tal-“iehor” (DCE.I,6), li thares ’il barra minnha nnifisha (DCE.I,6), li hi “helsien permezz tad-donazzjoni tal-persuna” (DCE.I,6), li hi bbazata fuq il-fidi u maghguna minnha (DCE.I,7), li “tinzel” lejn haddiehor (“dixxendenti”; DCE.I,7), li tissagrifika lilha nnifisha (“oblattiva”; DCE.I,7), li taghti lil haddiehor (DCE.I,7) u li “tfittex esklussivament il-gid tal-iehor” (RN). L-ideat principali li trid tinnota hawnhekk huma tnejn: id-DONAZZJONI u s-SAGRIFICCJU. Huma dawn iz-zewg karatteristici ewlenin li l-papa jsejjah “agape” jew imhabba altruwista. Jinsisti li din hi l-lat l-iehor, flimkien mal-imhabba erotika, tal-imhabba awtentika.

Skond il-papa, dawn iz-zewg lati tal-imhabba awtentika jridu dejjem ikunu u jmorru flimkien. “Meta z-zewg dimensjonijiet huma maqtughin ghal kollox minn xulxin,” isostni l-papa, “ir-rizultat hu karikatura, jew ghallanqas tfaqqir, tal-imhabba” (DCE.I,8). L-imhabba erotika hija d-dimensjoni umana, u l-imhabba altruwista hija d-dimensjoni spiritwali, tal-imhabba u s-sesswalità. “L-imhabba erotika u l-imhabba altruwista,” jghid il-papa, “ma jistghu qatt jigu mifruda ghal kollox minn xulxin. Aktar ma t-tnejn li huma, bl-aspetti differenti taghhom, isibu ghaqda xierqa fir-realtà wahda tal-imhabba, aktar tigi mwettqa n-natura vera tal-imhabba b’mod generali” (DCE.I,8).

Il-papa jaghti zewg ragunijiet principali biex jispjega ghala l-imhabba altruwista (spiritwali; “agape”) ma tistax tkun mifruda mill-imhabba erotika (umana; “eros”). L-ewwel raguni hi kosmika. Li kieku l-imhabba alruwista kienet maqtugha mill-imhabba erotika, jghid il-papa, “l-essenza tal-Kristjanità kienet tkun maqtugha mir-relazzjonijiet vitali fundamentali tal-ezistenza umana u kienet issir dinja apparti li, anki jekk tidher ammirevoli fiha nnifisha, tinqata’ ghal kollox mit-tessut kumpless tal-hajja umana” (DCE.I,7). It-tieni raguni hi prattika. “Il-bniedem,” jghid il-papa, “ma jistax jghix biss bl-imhabba sagrifikali u altruista. Ma jistax jaghti dejjem; irid jircievi wkoll. Kulmin jixtieq li jaghti l-imhabba jrid ukoll jircievi l-imhabba b’rigal.” (DCE.I,7).

Din il-filosofija kollha l-papa jislitha minn dak li tghid l-Iskrittura Mqaddsa kemm fuq il-bniedem u kemm fuq Alla.

Il-bazi skritturali

Il-principji ewlenin li bihom jahdem il-Papa Benedittu XVI fit-teorija tieghu tal-imhabba huma essenzjalment erbgha:
  1. L-imhabba erotika u l-imhabba altruwista huma zewgt ignub tal-istess munita, jigifieri tal-imhabba tabilhaqq awtentika.
  2. Mil-lat erotiku, kull imhabba awtentika tinvolvi possessjoni u passjoni.
  3. Mil-lat altruwista, kull imhabba awtentika tinvolvi donazzjoni u sagrificcju.
  4. Kull imhabba awtentika tibda fuq livell erotiku, imma mbaghad timmatura u titwettaq fuq il-livell altruwista.
Naturalment, hu l-ahhar principju li l-aktar jinteressa lill-papa, ghax hu minnu li jrid jislet konkluzjonijiet prattici ghall-hajja tal-insara Kattolici. Fil-fatt, bhala kuncett, il-principju hu mehud mill-filosofija Platonika ta’ Santu Wistin, l-akbar fost il-Missirijiet tal-Knisja bikrija. Infatti, fis-seba’ ktieb tal-Konfessjonijiet (VII.17.23), Santu Wistin jipproponi idea cara ta’ dik li tissejjah l-“axxensjoni Platonika”, jigifieri l-moghdija li minn dak li hu materjali twassal ghal dak li hu immaterjali (mhux materjali): mill-gisem fiziku ghar-ruh; u mill-qawwa interna tar-ruh ghall-gharfien tal-oghla gherf. Imma f’dan kollu, il-gisem fiziku jibqa’ prezenti u jigbed ’l isfel, specifikament permezz tal-impulsi sesswali (“rapiebar ad te decore tuo moxque diripiebar abs te pondere meo, et ruebam in ista cum gemitu; et pondus hoc consuetudo carnalis”).

L-idea li l-papa jipproponi fir-raba’ principju hu l-istess raptus ta’ Santu Wistin. Il-papa jinsisti li l-moghdijia mill-imhabba erotika ghall-imhabba altruwista tista’ ssehh permezz tal-fidi. Naturalment, mhux bilfors bil-fidi; tista’ ssehh anki minghajr il-fidi, kif fil-fatt taghmel. Imma l-insara, isostni l-papa, isibu fil-fidi ghajnuna specjali sabiex jimmaturaw u jwettqu l-imhabba erotika taghhom. Din l-ghajnuna jiksbuha mill-Iskrittura Mqaddsa u minn Gesù Kristu nnifsu. L-Iskrittura Mqaddsa, jishaq il-papa, turina bic-car li kemm Alla l-Imbierek u kemm Gesù Kristu (li hu r-rivelazzjoni shiha awtentika ta’ Alla) ghandhom imhabba erotika u mhabba altruwista, b’din tal-ahhar twettaq u tipperfezzjona dik tal-ewwel. Ghaldaqstant, il-papa jishaq car u tond li “l-imhabba ta’ Alla hi anki erotika” (RN). Jghid ukoll b’mod daqstant car u tond li “l-imhabba erotika hi parti mill-qalb stess ta’ Alla” (RN). Anki jghid hekk: “Alla jhobb u l-imhabba tieghu tista’ certament tissejjah erotika, imma madanakollu hija wkoll ghal kollox altruwista” (DCE.I,9). Ghaldaqstant, “il-mod kif Alla jhobb isir il-qies tal-imhabba umana” (DCE.I,11). F’dan il-kuntest, il-papa jhobb jirreferi ghall-kitba ta’ Psewdo-Dionisju l-Areopagita, “Dwar l-Ismijiet ta’ Alla”, fejn hemm referenza ghall-kuncett li f’Alla hemm kemm “eros” u kemm “agape” (IV, 12-14; DCE.I,9, nota 7; RN).

It-testi bibblici li fuqhom il-papa jibbaza t-teorija erotika/altruwista tieghu huma bazikament hamsa. L-ewwel hemm, b’mod generali, l-Ghanja tal-Ghanjiet (DCE.I,6), ktieb ta’ poeziji amoruzi u passjonali li jridu jfissru l-imhabba erotika/altruwista ta’ Alla u l-poplu tieghu. It-tieni, il-papa jirreferi ghax-xbieha tas-sellum ta’ Gakobb (Gen.28:12; DCE.I,7), li jirreferi ghalih ukoll Gesù (Gw.1:51), u li, skond San Gregorju l-Kbir (fl-Ittra Pastorali tieghu; II, 5), hi xbieha tar-relazzjoni kontinwa bejn ir-realtà materjali u r-realtà divina. It-tielet, minghajr ma jsemmi ebda test partikulari, il-papa jirreferi ghall-possess li Alla ghamel fuq il-poplu Israelit (DCE.I,9), xbieha tal-imhabba erotika (possessiva) ta’ Alla. Ir-raba’, il-papa jirreferi ghall-profeta Hosea (DCE.I,9; RN), li jfisser l-imhabba bejn Alla u l-poplu tieghu permezz ta’ xbihat ta’ ragel (il-profeta stess) f’relazzjoni sesswali ma’ prostituta, xbiehat li l-papa jsejhilhom “erotikament qawwija” (DCE.I,9) u “azzardati” (RN). Il-hames, il-papa jirreferi ghall-profeta Ezekjel li, f’kapitlu 16 (1-22), ukoll ifisser l-imhabba bejn Alla u l-poplu tieghu permezz ta’ xbihat sesswali (DCE.I,9; RN) u b’lingwagg li l-papa jsejjahlu “qawwi u passjonali” (RN).

Dawn it-testi jaghtu l-opportunità lill-papa sabiex jibni teologija bibblika li ssostni t-teorija erotika/altruwista li jipproponi ghall-Kottolici. Din it-teologija jsahhahha f’referenza ghall-imhabba awtentika erotika/altruwista ta’ Gesù Kristu nnifsu.

It-teologija bibblika

S’issa rajna l-bazi filosofika u skritturali li fuqhom il-Papa Benedittu XVI jibbaza t-tezi eros/altruwista tieghu tal-imhabba. Mill-hames testi bibblici fundamentali li jikkwota mit-Testment il-Qadim, il-papa jislet teologija bibblika li biha jfisser ghala jahseb li l-imhabba erotika hija l-bidu u parti mill-imhabba altruwista u anki ghala jahseb li l-imhabba altruwista hi, fid-dawl tal-fidi, il-perfezzjoni tal-imhabba erotika.

Il-papa jilmah eku fit-Testment il-Gdid tat-testi tat-Testment il-Qadim. Huwa jsostni li Gesù tat-Testment il-Gdid jirrivela armonija perfetta max-xbieha ta’ Alla erotiku/altruwista tat-Testment il-Qadim. It-test ewlieni li juza l-papa huwa dak meta Gesù jghid: “Min ifittex (biss) li jiehu hajtu jitlifha, imma min (ukoll) jaghtiha jiksibha” (Lq.17:33, Mt.10:39; 16:25; Mk.8:35; Lq.9:24; Gw.12:25). Jiena zidt zewg kelmiet fit-test originali (“biss” u “ukoll”) biex tohrog ahjar l-idea tal-papa li biha jishaq li f’dan it-test hemm hjiel tal-imhabba erotika u l-imhabba altruwista ta’ Gesù (DCE.I,8). Gesù jindika li l-erotizmu li jsemmi fl-ewwel parti tal-istqarrija tieghu mhijiex bizzejjed wehidha, imma jehtigilha tigi pperfezzjonata bl-altruwizmu li jsemmi fit-tieni parti. Il-papa jara din l-imhabba erotika/altruwista ta’ Gesù espressa l-aktar fuq is-salib, hemm fejn l-imhabba awtentika ta’ Alla tigi mmanifestata fis-shuhija taghha. Il-papa jghid specifikament li “l-imhabba ta’ Alla espressa fuq is-salib hi kemm altruwista u kemm eros” (RN). Fuq is-salib, jghid il-papa, “Alla jipprezenta l-imhabba tieghu bhala passjoni ghall-bniedem” (PT). “Fuq is-Salib,” jghid il-papa f’okkazjoni ohra, “tigi murija l-imhabba erotika ta’ Alla ghalina” (RN). “Kristu fuq is-Salib,” jishaq il-papa, “hu l-aqwa rivelazzjoni tal-imhabba ta’ Alla, imhabba li hi eros u altruwista, mhux talli mhumiex f’oppozizzjoni, imma jdawlu lil xulxin” (RN). “Tassew,” jikkonkludi l-papa, “ir-rivelazzjoni tal-imhabba erotika ta’ Alla lejn il-bniedem hi l-espressjoni suprema tal-altruwizmu tieghu” (RN).

Hemm zewg riflessjonjiet theologici ewlenin li l-papa jislet mill-osservazzjonijiet skritturali tieghu. L-ewwel riflessjoni hi kosmika (f’korrispondenza ma’ dik li rajna fit-tielet parti). Il-papa jiehu l-ispunt minn idea tal-filosfu Grieg tal-qedem, Aristotli, li jsostni li l-imhabba erotika hija l-qawwa li tmexxi d-dinja (CU). Il-papa jopponi din l-idea. Skond hu, u fuq il-bazi tat-testi bibblici li rajna, “l-imhabba erotika ta’ Alla mhijiex sempliciment qawwa primordjali kosmika; hija imhabba li holqot il-bniedem u li tbaxxi rasha quddiemu” (CU). Fi kliem iehor, il-papa jinsisti fuq id-donazjzoni u s-sagrificcju personali ta’ Alla u mhux biss fuq il-possessjoni u l-passjoni tieghu ghall-holqien. “Il-fidi bibblika,” jghid infatti l-papa, “ma tipprogettax univers parallel jew xi wiehed oppost ghall-fenomenu primordjali uman li hu l-imhabba, imma bil-maqlub taccetta l-bniedem shih” (DCE.I,8; CU).

Imma apparti din ir-riflessjoni astratta, il-papa aktar tinteressah riflessjoni antropologika, jigifieri wahda li tmiss u tolqot il-hajja taghna l-bnedmin. Din it-tieni riflessjoni tilmah lil Alla mhux biss bhala “l-ghajn assoluta u ahharija ta’ kull mahluq”, il-“Logos” jew ir-“razzjonalità primordjali” (DCE.I,10), jigifieri xi Alla astratt u maqtugh minna, imma tilmah lil Alla bhala possessiv u passjonali li jaghti lilu nnifsu lilna b’donazzjoni u b’sagrificcju. “Minn naha,” jirrifletti l-papa, “insibu rwiehna quddiem xbieha strettament metafizika ta’ Alla imma, min-naha l-ohra, dan il-principju universali tal-holqien huwa fl-istess waqt mahbub (“lover”) bil-passjoni kollha ta’ mhabba vera” (DCE.I,10). Minn dan il-papa jikkonkludi li r-rivelazzjoni ta’ Alla assolut li huwa fl-istess hin parti mill-istorja taghna l-bnedmin turina r-realtà u l-kobor tal-imhabba erotika/altruwista perfetta ta’ Alla. F’dan l-impenn ta’ Alla, jghid il-papa, “l-imhabba erotika tigi moghnija b’mod suprem, imma fl-istess waqt tigi msoffija sabiex issir haga wahda mal-imhabba altruwista” (DCE.I,10). Dan, fi kliem iehor, hu l-aqwa mudell li ahna jista’ jkollna ghall-imhabba taghna. “L-imhabba erotika,” jinsisti l-papa, “hija parti mill-umanità tal-fidi; l-‘iva’ tal-bniedem lejn il-fiziku tieghu hekk kif mahluq minn Alla” (CU).

Dawn ir-riflessjonijiet teologici, ibbazati fuq qari partikulari tal-Iskrittura Mqaddsa, jilhqu l-quccata taghhom, kif ghadna kemm rajna, f’din l-“iva tal-bniedem lejn il-gisem fiziku tieghu”. Din hi idea klamoruza u affaxxinanti fil-kuntest nisrani. Hija idea li tmur lil hinn mill-ideat predominantement negattivi li, kif jistqarr il-papa nnifsu (DCE.I,7), ikkaratterizzaw it-teologija nisranija u kattolika tul is-sekli. U l-papa ma jiqafx hawn, imma jkompli jislet konkluzjonijiet etici interessanti li, frankament, mhux dejjem huma logici ghal kollox.

Il-konkluzjonijiet etici

L-“iva tal-bniedem lejn il-gisem fiziku tieghu” – il-kliem li bih il-Papa Benedittu XVI jigbor it-teorija erotika/altruwista tieghu – huma polemikuzi mhux biss fis-sens teologiku imma wkoll dak filosofiku. Fi kliem iehor, b’dan il-kliem qieghed jehodha kontra mentalità teologika li dejjem qieset il-gisem u s-sesswalità umana bhala hwejjeg negattivi u disprezzabbli, imma wkoll qieghed jaghti twegiba kattolika ghall-isfida filosofika li, fost ohrajn, kienet giet espressa fis-snin 30 mill-filosfi ta’ dik li tissejjah l-Iskola ta’ Frankfurt.

Il-papa jsostni, bhalma rajna qabel, li l-imhabba erotika tmur kontra n-natura taghha stess jekk ma timmaturax u ma tinbidilx f’imhabba altruwistika. Dan it-twemmin, izda, skond il-papa, mhuwiex sempliciment xi kapricc filosofiku jew teologiku, imma ghandu l-gheruq tieghu fl-Iskrittura Mqaddsa stess u, ghalhekk, fil-hsieb u l-pjan divin ghall-holqien. B’dan il-mod, il-papa qieghed, biex nghidu hekk, jiddikjara jedd nisrani fuq l-imhabba erotika. Fi kliem iehor, qieghed jistqarr li mhux talli l-ispiritwalità nisranija ma tichadx l-imhabba erotika (kif kienu sostnew l-Illuministi u Nietzsche), imma lanqas ma tjassarha (kif kienu sostnew il-filosfi tal-Iskola ta’ Frankfurt). U aktar: Il-Knisja mhux biss ma tjassarx l-istinti sesswali tal-bniedem (kif kien sostna fl-1930 Freud fil-ktieb tieghu Ic-Civiltà u d-Diskontetizzi Taghha), imma lanqas ma temmen li l-progress spiritwali tal-bniedem necessarjament jitlob it-trazzin tal-istinti sesswali (kif kien sostna fl-1955 Herbert Marcuse fil-ktieb tieghu Eros u c-Civiltà). Anzi, bil-kontra jistqarr il-papa (IN): in-nisrani jibda bl-imhabba erotika, imma ma jiqafx hemm. Huwa jaghtiha s-sens veru taghha billi jibdilha f’imhabba altruwista. Hekk jipperfezzjonaha u jwettaqha fiha nnifisha. “L-imhabba erotika ... trid tigi interjorament mibdula f’imhabba altruwista, b’rigal ta’ persuna lill-ohra,” jghid il-papa, “u din proprju sabiex twiegeb ghan-natura stess tal-imhabba erotika” (CU). B’mod invers, min ma jibdilx l-imhabba erotika f’imhabba altruwistika – bhalma ghamlu Nietzsche, il-filosfi tal-Iskola ta’ Frankurt u dawk li jirriducu l-gisem uman ghas-‘sess’, ghal semplici kommodità jew ghal ‘oggett’ li jinxtara u jinbiegh (DCE.I,5) – ikun, fir-realtà, qieghed ixejjen it-tifsira intrinsika tal-istess imhabba erotika.

Momentarjament sod fuq il-bazi teologika u filosofika li ta ghat-teorija erotika/altruwista tieghu, il-papa jghaddi sabiex japplikaha ghar-relazzjonijiet umani. Teoretikament, hawnhekk idahhal lilu nnifsu f’dilemma hoxna: ghax s’issa l-kunsiderazzjonijiet kollha li huwa ghamel jistghu jigu applikati ghal kull relazzjoni umana, kemm jekk hija eterosesswali u kemm jekk le; kemm jekk hija intima sesswalment u kemm jekk intima biss. Naturalment, issa, bl-istess logika rigoruza tieghu, il-papa jrid jara x’jaghmel sabiex b’xi mod jeskludi mhux biss ir-relazzjonijiet omosesswali imma anki r-relazzjoni intimi sesswalment, li mhuwiex facli. Kemm jirnexxielu hu dubjuz.

L-ewwel ma jaghmel il-papa huwa li jipprova jistabbilixxi kriterju bibbliku u teologiku ghall-korrispondenza umana bejn is-sessi (DCE.I,11). Biex jaghmel dan juza l-Ktieb tal-Genesi u anki idea mislufa mis-Simposju ta’ Platun (189c-192d). “B’xi mod il-bniedem mhuwiex shih wahdu,” isostni l-papa, “Il-bniedem min-natura tieghu huwa dejjem imbuttat sabiex isib f’haddiehor il-parti li taghmlu shih” (DCE.I,11). Irrispettivament mis-sess ta’ dan il-“haddiehor”? Le, iwiegeb il-papa prevedibbilment, “huwa biss f’komunjoni mas-sess oppost li l-bniedem jista’ jsir ‘perfett’” (DCE.I,11). Din hi konkluzjoni stramba u, fil-kuntest ta’ dak kollu li ntqal qabel, anki illogika. Ghax la l-imhabba perfetta erotika/altruwista ta’ Alla, la dik ta’ Gesù Kristu u lanqas dik tan-nisrani ma tiddiskrimina bejn is-sessi. Mela issa kif dahal is-“sess oppost” – u anki z-zwieg (DCE.I,11; UG; CU; RT; IZ) – bhala kundizzjonijiet ghall-“perfezzjoni” tal-imhabba? Ma jaghmilx sens. Minhabba l-prokreazzjoni, iwiegeb il-papa (SS; KF). “Li wiehed igib it-tfal fid-dinja,” jishaq il-papa, “jitlob li l-imhabba erotika, li hi ccentrata fuqha nnifisha, titwettaq bl-imhabba altruwista kreattiva, li ghandha gheruqha fil-generosità u mmarkata bil-fiducja u t-tama fil-futur” (SS). Dan jista’ jkun minnu, imma li “ggib it-tfal fid-dinja” mhijiex xi esklussività taz-zwieg (li hi haga purament legali). Li kieku kien hekk, kull min mhuwiex mizzewweg jew ma gabx tfal fid-dinja (inkluz Alla, Kristu u eluf ta’ qaddisin vergni) qatt ma seta’ jkollu mhabba “perfetta” – li hu evidentement falz! U lanqas, skond il-papa, ma kellhom “generosità” jew “fiducja u tama fil-futur” – li hu wkoll evidentement inkorrett!

Bla dubju ta’ xejn, l-uzu ta’ argumenti esklussivi favur l-eterosesswalità, iz-zwieg u l-prokreazzjoni hi l-aktar parti dghajfa tat-teorija erotika/altruwista tal-imhabba li jipproponi l-papa. Dan ma jfissirx li t-teorija kollha taqa’. Anzi. Fiha nnifisha, it-teorija hija bhal tieqa li kienet ilha s-sekli mwehhla u li issa, grazzi ghall-Papa Benedittu, tbexxqet kemm kemm.

Lejn teologija tas-sesswalità

Il-mixja taghna tul l-ahhar sitt partijiet ta’ dan l-artiklu la kienet qasira u wisq anqas semplici. Stharrigna argumenti filosofici, teologici, skritturali u etici li, ghalkemm interessanti fihom infushom, mhumiex hfief. L-aktar affaxxinanti, nahseb, kienet l-introduzzjoni nnifisha tal-kuncett tal-imhabba erotika fl-ispiritwalità nisranija kattolika ... u dan xejn anqas minn awtorità bhalma hu l-papa.

L-istmerrija ghall-gisem fiziku u, partikularment, ghas-sess ghandha storja qadima u konsistenti fil-Knisja nisranija. Fil-ktieb tieghu Is-Sess, is-Sacerdoti u s-Setgha (1995), Richard Sipe jghid hekk (p.4): “Is-sess minn dejjem kien problematiku ghall-Knisja Kattolika Rumana. F’elfejn sena ebda knisja nisranija ma zviluppat teologija xierqa tas-sesswalità – jigifieri, hadd ma hadem xi fehma shiha, komprensiva u integrattiva tan-natura u l-post tas-sesswalità fl-iskema tas-salvazzjoni u s-sistema teologika. Stqarrijiet religjuzi dwar is-sess huma generalment moralistici u kkaratterizzati minn hafna diskors retoriku, polemikuz u emozzjonali intenzjonat sabiex jikkompensa ghan-nuqqas ta’ fundament sostanzjali.”

Jidhirli li, fit-taghlim tieghu dwar l-imhabba erotika, il-Papa Benedittu XVI biddel xi ftit din l-attitudni kerha. Minkejja li hu espert ta’ Missirijiet il-Knisja, il-papa jiddistakka ruhu mill-fehma totalment distruttiva taghhom tas-sess, fehma li hafna drabi kienet parallela, jekk mhux sinonima, mad-disprezz tal-mara. San Klement ta’ Lixandra, nghidu ahna, jghid li, “meta jagharfu n-natura taghhom stess, in-nisa ma jistghux ma jimtlewx bil-misthija”. Tertulljanu jghid li Alla “sehet” in-nisa ghax huma l-“bieb tax-xitan” ghall-hazen fid-dinja. Origene jghid li n-nisa huwa “aghar mill-annimali” ghax dawn tal-ahhar mhumiex “il-hin kollu mixtieqa ghas-sess”. San Girgor Nazjanzenu jghid li, “ghalkemm hu feroci d-dragun u makakk is-serp, in-nisa ghandhom mill-hazen tat-tnejn”. San Girgor ta’ Nissa jghid li “bhalma l-att sesswali kien frott il-waqgha, iz-zwieg hu frott id-dnub”. San Ambrogju jghid li “l-mara mhijiex mahluqa xbieha ta’ Alla, ghax issawret mill-gisem ta’ Adam u mhux minn ruhu”. San Gilormu jghid li “z-zwieg hu ttollerat ghall-ebda raguni ohra ghajr ghax jipproduci l-vergni”. San Gwann Krisostmu jghid hekk: “X’inhi l-mara jekk mhux ghadu tal-hbiberija, kastig li ma tistax taharbu, hazen necessarju, tentazzjoni naturali, periklu fid-dar, inkwiet attrattiv, difett tan-natura, mizbugha b’kuluri sbieh? ... Jekk tikkunsidra ftit x’hemm mohbi wara dawk l-ghajnejn sbieh, is-sura tal-imnieher, il-halq u l-haddejn tasal biex taqbel li l-gisem kollu ghaxqa tal-mara ma hu xejn ghajr qabar imbajjad”. Santu Wistin jistaqsi: “X’inhalqet taghmel il-mara?” u jwiegeb: “Jekk tnehhi t-tnissil tat-tfal, x’ghajnuna qatt tista’ tkun ghar-ragel?” Jghid ukoll: “Ghalkemm jinhafer, is-sess ghat-tnissil tat-tfal huwa dnub xorta wahda.” Aktar: “Ix-xitan ghazel li jqarraq b’Eva ghax kien jaf li kienet aghar minn Adam ... Adam dineb b’rispett ta’ Eva.” U aktar: “Ix-xitan qarraq b’Eva ghax kienet hi li hallietu jittantaha.”

Din il-kantaliena tal-wahx ma tiqafx ma’ Missirijiet il-Knisja, imma tkompli fil-Medjuevu u anki sahansitra sa zmienna. Meta jikkunsidra dan kollu, wiehed jista’ jifhem ghala jien inqis it-teorija erotika/altruwista tal-Papa Benedittu bhal tieqa li kienet ilha s-sekli mwehhla u li issa, fl-ahhar, tbexxqet. Madanakollu, ghadha ma nfethitx ghal kollox. L-eku tan-negattività sesswali ghadu jidwi qawwi fil-Knisja. Dan nisimghuh f’oqsma bhall-omosesswalità, is-sacerdozju tan-nisa u kwestjonijiet marbuta mal-bioetika. Jekk it-teorija erotika/altruwista tal-Papa Benedittu XVI tista’ titqies bhala xi l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, allura ghad fadal triq twila hafna u hafna u hafna x’nimxu. Imma ghallanqas bdejna.

Fil-fehma tieghi, sabiex xi darba naslu li nilqghu suggeriment bhalma ghamlu Richard Sipe u ohrajn jehtieg, qabel xejn, li niehdu attitudni aktar umana, bhalma fil-fatt ghamel il-Papa Benedittu fil-proposta tat-teorija erotika/altruwista tieghu tal-imhabba. Ghad hemm hafna pregudizzji kulturali li qed johonqu attitudni bhal din, pregudizzji li, jekk ma ninfatmux minnhom, ikun impossibbli li nharsu lejn is-siwi teologiku tas-sess b’mod aktar newtrali, oggettiv u pozittiv. Dak li jghid il-papa dwar l-inter-relazzjoni bejn il-persuni u t-tishih taghhom ta’ xulxin, kif ukoll dwar il-maturazzjoni tal-imhabba erotika f’imhabba altruwista, huwa sabih hafna fih innifsu u bla dubju jista’ jservi ta’ bazi tajba ghal aktar stharrig fil-fond u fit-tul, specjalment sabiex jingibdu b’kuragg il-konkluzjonijiet logici li l-argumenti tieghu stess iwasslu ghalihom.

Jiena nemmen li xi darba dan ghad isehh ghal kollox. Ghalkemm mhuwiex facli, wiehed jaghmel kuragg bil-fatt li, mill-esperjenza tal-Koncilju Vatikan II ’il hawn, hafna pozizzjonijiet tal-Knisja Kattolika li kienu antikwati u dghajfa teologikament gew riveduti u murija f’dawl assolutament gdid. Li jsir l-istess dwar il-vizjoni teologika tas-sesswalità mhux biss mhuwiex impossibbli, imma jiena nahseb li hu biss kwestjoni ta’ zmien u l-maturazzjoni li jgib mieghu. Jihux hames snin, ghaxar snin jew mitt sena hi kwestjoni ohra. L-ewwel pass nemmen li sar. Nemmen ukoll li xi darba jasal ukoll it-tmiem.

________________________________________

Testi wzati tal-Papa Benedittu XVI u l-abbrevjazzjonijiet taghhom (f’ordni alfabetiku):
  • CU. = Diskors lill-Kunsill Pontificju Cor Unum fit-23 ta’ Jannar 2006.
  • DCE. = Enciklika Deus caritas est miktuba fil-25 ta’ Dicembru 2005 u mahruga fil-25 ta’ Jannar 2006.
  • IN. = Intervista fl-okkazjoni taz-zjara li l-papa kien se jaghmel fil-Bavarja fil-5 ta’ Awissu 2006.
  • IZ. = Gheluq ta’ laqgha mal-isqfijiet tal-Izvizzera fid-9 ta’ Novembru 2006.
  • KF. = Laqgha fi tmiem l-assemblea plenarja tal-Kunsill Pontificju tal-Familja fit-13 ta’ Mejju 2006.
  • PT. = Penitenzjal maz-zghazagh ta’ Ruma fid-29 ta’ Marzu 2007.
  • RN. = Messagg tar-Randan 2007 mahrug fil-21 ta’ Novembru 2006.
  • RT. = Laqgha mal-membri tat-Tribunal tar-Rota Rumana fis-27 ta’ Jannar 2007.
  • SS. = Ittra lill-Professoressa Mary Anne Glendon, Presidenta tal-Akkademja Pontificja tas-Servizzi Socjali, waqt laqgha fi tmiem it-tnax-il assemblea plenarja tal-istess akkademja fis-27 ta’ April 2006.
  • UG. = Udjenza generali, l-Erbgha, 18 ta’ Jannar 2006.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?