Posts

Showing posts from July, 2012

Taqlib politiku u tigdid

Image
L-oligarkiji li jahkmu l-partit konservattiv f’pajjizna bdew bil-generazzjoni li qelbitha lil Borg Olivier. Dawn hakmu l-politika Maltija ta’ dawn l-ahhar tletin sena u, b’eccezzjoni wahda (dik ta’ Censu Tabone), aktarx m’humiex se jmajnaw wisq bit-taqlib li nqala’ dan l-ahhar, anki jekk it-taqlib, fl-ahhar mill-ahhar, inqala’ b’reazzjoni ghall-hakma taghhom. Minn dan it-taqlib qed naraw ghall-anqas haga wahda: li l-ghamla ta’ politika li dawn l-oligarkiji wettqu f’dawn l-ahhar tletin sena, specjalment minn wara l-kwinti, qatt ma kien hawn bhalha qabel. L-intensità u s-sofistikazzjoni tas-semm u l-hruxija taghha la Mintoff ma qatt kellu minnhom u wisq anqas Borg Olivier, Karmenu Mifsud Bonnici jew Alfred Sant. Kienet politika minghajr precedenti. Il-qiegh Il-bicca l-kbira tal-midja konservattiva, partikularment dik stampata, tinsab tgorr li, b’dak li qieghed isehh, il-politika Maltija lahqet il-qiegh. Dan qieghda tghiduh, aktarx, ghax xirfu fil-berah tliet dissidenti minn hdan

Il-mohqrija tal-annimali

Image
Ir-ritratt li jidher hawnhekk hadtu jien stess il-gimgha li ghaddiet. Iz-zwiemel li tara fih quddiem Sant’Iermu, il-Belt, huma tnejn biss minn hafna ohrajn li, waqt il-qadi ta’ xoghlhom, kuljum jghaddu s-sighat kollha tal-imbierka gurnata f’xemx taqli l-ankri. Meta tqis li hi l-aktar haga facli u semplici fid-dinja li tinhadem tinda ghall-kenn ta’ dawn l-imsejkna vittmi taghna, ma tistax ma titmezmizx bil-qalb xierfa ta’ min ihallihom f’din il-qaghda tal-wahx. Nies b’qalb kbira Iz-zwiemel tal-karozzini mhumiex l-unici annimali vittmi tal-insensittività taghna. Kull tip ta’ annimali ‘domestici’ ohra ghandhom ix-xorti wisq hazina li waqghu taht l-inciviltà ta’ xi whud minna li jistmawhom bhallikieku kienu hlejjaq li ma jhossux, ma jitnikktux u ma jweggghux. Ovvjament, mhux ilkoll ahna nies bla qalb. Hawn hafna u hafna nies li jagharfu d-dmir taghhom li jirrispettaw lill-annimali u jfittxu li jaghmlulhom hajjithom wahda hienja u sabiha, kif jixirqilhom. F’kull belt u rahal tal-gze

Il-qtil ta’ Mamadou u l-idolatrija

Image
Gurnalist staqsa: Li kieku l-mibki Mamadou Kamara ma giex maqtul, konna nkunu nafu bis-swat tas-suldati Maltin minn wara l-kwinti? Ovvjament, it-twegiba implikata hija ‘le’. Izda din hi biss mistoqsija tipika ta’ xi hadd komdu li jrid jisma’ li jrid; ta’ persuna li, bhal hafna ohrajn, thobb biss il-giggifogi. Is-sinjali ta’ xi jsir minn wara l-kwinti mill-forzi tal-ordni kienu u huma hafna. Izda jismaghhom biss min irid; min ghalih it-tragedja ta’ haddiehor ma tmisslux il-kumdità u l-idolatrija tieghu. Ebda konversjoni L-Erbgha li ghadda gustament sar marc sieket bi protesta ghall-mewt oxxena tal-mibki Mamadou Kamara minn idejn membri tal-forzi tal-ordni nazzjonali. Kien marc li talab it-tixjin tar-razzizmu (ghalkemm ir-razzizmu ma jixxejjinx bil-marci, siekta u mhux; wisq anqas bl-istqarrijiet ufficjali). Aktar minn hekk (u b’mod aktar sensat), il-marc talab ukoll ghar-‘revizjoni’ tas-sistema f’pajjizna tad-detenzjoni tar-refugati. Ghalxejn nippriedkaw kontra din is-sistema (u

Oltragg fil-Paragwaj

Image
Ftit aktar minn tliet gimghat ilu, fil-21 ta’ Gunju, 2012, il-Kamra tad-Deputati tal-Paragwaj sabet lill-President xellugi tal-pajjiz, Fernando Lugo (muri fix-xbieha), hati ta’ abbuz tas-setgha. L-ghada s-Senat nehhih mill-gvern. Gimgha wara, id-decizjoni giet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Paragwaj u mill-Qorti Elettorali tal-istat. Madanakollu, il-pajjizi kollha ta’ madwar il-Paragwaj u l-bicca l-kbira tal-pajjizi Latino Amerikani qiesu li dan ma kien xejn anqas minn kolp ta’ stat. L-Alleanza Bolivarjana tal-Ameriki (ALBA), is-Suq Komuni tal-Amerika Latina (Mercosur), l-Unjoni tan-Nazzjonijiet Sud Amerikani (UNASUR) u l-Kummissjoni Inter-Amerikana ghad-Drittijiet tal-Bniedem (IACHIR) kollha kkundannaw it-tnehhija abbuziva ta’ Lugo. Min-naha l-ohra, l-Istati Uniti tal-Amerika qaghdet gallerija. F’Malta, l-ilhna kienu ftit jew xejn. L-Isqof tal-Fqar Fernando Lugo, 61 sena, sar President tal-Paragway fl-elezzjoni demokratika ta’ erba’ snin ilu, fl-2008. Qabel ma hareg ghall

In-namra tal-filosofija

Image
Ftit tal-jiem ilu, shabi u jien organizzajna laqgha ta’ diskussjoni mal-Professur Joe Friggieri. Kienet dwar il-filosofija u l-politika. Id-diskussjoni li saret kienet interessanti hafna. Il-laqgha saret il-Belt f’ambjent rilassat, u fiha ha sehem ghadd imdaqqas ta’ nies. Il-laqgha kienet l-ewwel wahda minn serje ta’ laqghat li qeghdin naghmlu b’rihet fondazzjoni gdida li waqqafna bl-isem PHILOSOPHY SHARING . Skopijiet Din il-fondazzjoni bdiet tezisti f’Mejju li ghadda. Waqqfuha ftit nies li jemmnu li l-filosofija tista’ taghti sehem siewi fil-hajja tal-individwi daqskemm fil-hajja socjali u politika. Ghalhekk holqu din l-ghaqda ghall-qsim tal-ideat, ghat-tishih tad-dixxiplina filosofika u ghat-titjib tas-socjetà. L-iskopijiet ewlenin tal-fondazzjoni l-gdida huma li ggib flimkien lill-filosfi Maltin, tiffacilita d-diskussjoni tal-ideat taghhom u tinkuraggihom fix-xoghol taghhom; li tippromovi l-istharrig filosofiku; li jsir qsim ta’ ideat filosofici mal-pubbliku Malti; u li tas