Oltragg fil-Paragwaj

Ftit aktar minn tliet gimghat ilu, fil-21 ta’ Gunju, 2012, il-Kamra tad-Deputati tal-Paragwaj sabet lill-President xellugi tal-pajjiz, Fernando Lugo (muri fix-xbieha), hati ta’ abbuz tas-setgha. L-ghada s-Senat nehhih mill-gvern. Gimgha wara, id-decizjoni giet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Paragwaj u mill-Qorti Elettorali tal-istat.

Madanakollu, il-pajjizi kollha ta’ madwar il-Paragwaj u l-bicca l-kbira tal-pajjizi Latino Amerikani qiesu li dan ma kien xejn anqas minn kolp ta’ stat. L-Alleanza Bolivarjana tal-Ameriki (ALBA), is-Suq Komuni tal-Amerika Latina (Mercosur), l-Unjoni tan-Nazzjonijiet Sud Amerikani (UNASUR) u l-Kummissjoni Inter-Amerikana ghad-Drittijiet tal-Bniedem (IACHIR) kollha kkundannaw it-tnehhija abbuziva ta’ Lugo. Min-naha l-ohra, l-Istati Uniti tal-Amerika qaghdet gallerija. F’Malta, l-ilhna kienu ftit jew xejn.


L-Isqof tal-Fqar

Fernando Lugo, 61 sena, sar President tal-Paragway fl-elezzjoni demokratika ta’ erba’ snin ilu, fl-2008. Qabel ma hareg ghall-politika u ghall-kandidatura presidenzjali, Lugo kien sacerdot Kattoliku u, sa mill-1994, isqof tad-djocesi ewlenija tal-Paragwaj li thaddan il-belt kapitali, Asuncion.

Maghruf bhala l-“Isqof tal-Fqar”, fl-elezzjoni presidenzjali Lugo qata’ l-kontestanti l-ohra bil-kbir, anki jekk ma kienx irnexxielu jikseb il-maggoranza assoluta tal-voti. L-ghajta tieghu kienet li jiggieled il-korruzzjoni u jmexxi ’l quddiem ir-riforma tal-pussess tal-art. Fil-Paragwaj, 77% tal-art hi f’idejn 2% biss tal-popolazzjoni, bil-bicca l-kbira tal-bdiewa mfaqqra jghixu qishom skjavi tas-sinjuri.

It-tnehhija ta’ Lugo mis-setgha ftit tal-gimghat ilu saret minhabba incidenti li nqalghu fil-15 ta’ Gunju ta’ qabel fil-lvant tal-pajjiz bejn 150 bidwi li okkupaw art li kienet insterqet minghandhom fi zmien id-dittatorjat ta’ Alfredo Stroessner u 500 forza tal-ordni. Fl-incidenti mietu sitt pulizija u hdax-il bidwi. Il-President Lugo kien ha l-passi kollha mehtiega halli jgib ghall-gustizzja lill-awtoritajiet li wettqu dan il-massakru.


Reazzjonijiet: barra u f’Malta

Izda l-konservattivi tal-pajjiz, specjalment dawk fil-kungress, is-senat u l-qrati, imghaqdu kontrih u hadu l-okkazjoni sabiex igibu fit-tmiem it-tmexxija tieghu u jibdew ireggghu lura r-riformi li kien ghamel favur l-imfaqqra tal-Paragwaj u n-nies li kienu gew misruqa mill-art taghhom.

Minkejja l-kundanna tal-bicca l-kbira tal-pajjizi tal-Amerika Latina, il-gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika ma tharrikx kontra l-agir abbuziv tal-politici konservattivi. Id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti sempliciment stqarr li kien qieghed “watching the situation closely” (josserva s-sitwazzjoni mill-qrib). Fi kliem iehor, baqa’ gallerija waqt li quddiem ghajnejh sehh reat serju kontra d-demokrazija. Frankament, minghand Obama wiehed jistenna aktar minn hekk.

F’Malta, mhedija bil-politika tat-trikkitrakki taghha, ftit li xejn kien hawn minn kellu mohh il-Paragwaj. Bejn l-isfiducji fil-parlament, bejn l-EURO-2012 tal-futbol u bejn l-Isle of MTV, sa fejn naf jien la l-gvern, la l-Partit Nazzjonalista u lanqas il-Partit Laburista ma lissnu kelma kontra (jew favur) dan l-oltragg serju fil-Paragwaj. Milli jidher, stqarrijiet qosra qosra saru biss mill-Partit Kommunista Malti u l-Alternattiva Demokratika.

Mill-bqija, lanqas il-gazzetti lokali jew xi stazzjon televiziv jew radjufoniku ma ddedikaw imqar ftit spazju ghat-tnehhija abbuziva ta’ Lugo. L-Unjoni Ewropea qalet biss li kienet “imhassba” bis-sitwazzjoni fil-Paragwaj u li “r-rieda tal-poplu ghandha tigi rrispettata”, imma jidher li hadd ma jaf ezattament dan xi jfisser.

Biki mal-imfaqqra

Il-konservattivi u r-reazzjonarji f’kull pajjiz u f’kull istituzzjoni huma bhan-nigem: tqaccat kemm tqaccat minnu jerga’ jinbet u jxettel ghax l-gheruq iebsa tieghu jifrixhom fil-fond u fit-tul. Fil-Paragwaj mhux anqas. Il-President Lugo ipprova jaghmel xi haga ta’ gid ghal dawk li gew imfaqqra, imma ma hallewhx. Wara kollox, il-vantaggjat dejjem ghandu nifs bizzejjed biex jistenna l-waqt meta jkun jista’ jgholli rasu mill-gdid.

Din hija t-tragedja ta’ dejjem. Mhux fil-Paragwaj biss. Fid-dinja kollha. F’kull zmien.

It-tnehhija abbuziva tal-President Lugo hija daqqa’ ta’ harta ohra ghas-suppost ‘demokrazija’ li nghixu. Id-demokrazija hija dghajfa fis-sbuhija taghha. Tehtieg dejjem lil min iharisha ghax ftit jidher li hemm alternattivi suriet in-nies ghaliha.

Illum inbatu maghha. Dan hu waqt iehor fejn ma nistghux ma nibkux mal-imfaqqra, fil-Paragway daqskemm fid-dinja kollha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?