Posts

Showing posts from April, 2014

Għasafar ħajjin u mejtin

Image
Il-battalja ta’ kull sena ma’ ċerti kaċċaturi u nassaba reġgħet bdiet. U bir-raġun kollu. L-isforz annwali biex jitħarsu l-liġijiet li jipproteġu diversi għasafar u biex issir għassa xierqa hu ammirevoli daqskemm diffiċli. Wieħed għandu japprezza l-ħidma li ssir f’dan il-qasam li, minkejja li ssir minn ftit, issir għall-kotra. Pulizija imparzjali? Il-pulizija jidher li din is-sena mhumiex qegħdin jagħtu l-massimu tagħhom biex il-protezzjoni tal-protetturi tkun xierqa. Donnu jidher li, bl-iskuża ta’ imparzjalità, il-Korp iddeċieda li jżomm lura milli, bħas-snin li għaddew, joffri l-kooperazzjoni kollha tiegħu ħalli titħares il-liġi. Insejjaħ ir-raġuni mogħtija tal-imparzjalià bħala ‘skuża’ għax hi patetika fiha nnifisha. Li Korp tal-pulizija jistqarr li mhux qed joffri protezzjoni biżżejjed biex iżomm il-parzjalità bejn il-vittmi u l-aggressuri hija kważi illegali. Il-possibbiltà biss li jista’ jkun hemm vittma toħroq premura fuq il-forzi tal-ordni biex jaġixxu favur l-istess vi

Ix-xemx titla’ għal kulħadd

Image
Il-liġi li għaddiet it-Tnejn li għadda reġgħet ġabet fil-wiċċ (għall-miljun darba) li m’aħniex kapaċi naqblu fuq dak li hu elimentari fir-rigward taċ-ċittadini tagħna. Nies li għandhom sens ta’ emanċipazzjoni u oħrajn li jibqgħu ma jistgħux jieqfu jħarsu sa mneħirhom. Dawn tal-aħħar ma jafux ma jqisux il-preġudizzji tagħhom f’kuntest storiku aktar wiesa’ mill-għadira tal-interessi żgħar tagħhom. Il-pantomina eterna Ir-reazzjonijiet għal-liġi kienu lkoll prevedibbli. Il-Labour favur, il-Knisja kontra u n-Nazzjonalisti gallerija. Kemm-il darba rajniha din il-formazzjoni? U agħar minn hekk: Kemm-il darba se jkollna nibqgħu narawha? Din mhijiex sempliċiment il-ġlieda eterna ta’ bejn min irid jagħfas ’il quddiem u min irid iżomm lura. Jekk inhu hekk, l-analiżi tagħna tkun tabilħaqq superfiċajli. Hija, pjuttost, ġlieda konta t-traġedja ta’ min ma jistax jagħraf sens ta’ storja f’dak li jiddeċiedi u jagħmel. Kemm l-eżempju jrid mill-imgħoddi biex jintebaħ kemm hu iblah? Kemm-il darba

Terturi u aguniji ambjentali

Image
Wieħed kien jittama li, b’bidla fil-gvern, it-terturi li konna qegħdin ngħaddu minnhom qabel rigward il-ħarsien tal-ambjent naturali tagħna kienu saflaħħar ġew fi tmiemhom. Il-Programm Elettorali tal-Partit Laburista għamilha abundantement ċara li Malta u Għawdex kienu se jsiru “minn ta’ quddiem nett fl-‘istandards’ ambjentali”. Imma fil-fatt ’l hemm mixjin? Taparsi ppjanar Jekk wieħed jiġġudika mid-dokument li l-MEPA ħarġet f’Ottubru li għadda għall-konsultazzjoni pubblika għar-reviżjoni taż-żoni li jinsabu’l barra minn dawk ta’ żvilupp, wieħed jintebaħ li, fil-fatt, ftit li xejn inbidel fil-politika li titħaddem għall-ħarsien tal-ambjent. It-tnaqqir (u l-qerda) tal-ambjent naturali tagħna se jibqa’ jsir bħalma kien qabel. Saħansitra jekk mhux aktar. It-tama kienet li gvern ġdid kien se jiġġenera mentalità ġdida, mentalità ta’ trażżin totali fil-kilba spekulattiva. Imma mid-dehra ebda mentalità ġdida ma ġiet iġġenerata. Anzi, il-mentalità l-qadima ta’ “aħtaf kemm tista’” mhux bi

Gays, Ġuda u taħwid ieħor

Image
Jien ili konvint li f’dan il-pajjiż dwar reliġjon u politika ma nafux nitkellmu b’mod razzjonali. Id-diskussjonijiet jinbidlu f’battalji; l-argumenti f’gwerillja; il-fehmiet f’trunċieri. Il-kliem isiru bħal balal li nisparaw fuq xulxin. U meta s-suġġett ikun barbuljata ta’ politika u reliġjon, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt! Fil-parti ta’ Ġuda Din il-ġimgħa, il-Pastor tar-‘River of Love Christian Fellowship’, ir-Rev. Gordon Manchè, għoġbu jżid id-doża reliġjuża mal-kwestjoni tal-abbozz ta’ liġi dwar l-unjonijiet ċivili tal- gays (li tinkludi l-possibbiltà tal-adozzjoni tat-tfal). B’hekk issa, mal-versjoni ‘kattolika’ tal-kundanna tal-abbozz, għandna wkoll il-versjoni ‘evanġelika’. Ma nistagħġibx jekk ma’ dawn tiżdied xi versjoni oħra minn nies tal-istess pezza. Li hemm speċjali f’dak li jgħid ir-Rev. Manchè hu l-kulur li jagħti lil kliemu. Ftit tal-jiem ilu, ngħidu aħna, qal lil xi ġurnalisti li “waqt li tkun qed tbus is-salib fil-ġurament tal-ħatra, il-President il-ġdid m’għandhie