Għasafar ħajjin u mejtin
Il-battalja ta’ kull sena ma’ ċerti kaċċaturi u nassaba reġgħet bdiet. U bir-raġun kollu. L-isforz annwali biex jitħarsu l-liġijiet li jipproteġu diversi għasafar u biex issir għassa xierqa hu ammirevoli daqskemm diffiċli. Wieħed għandu japprezza l-ħidma li ssir f’dan il-qasam li, minkejja li ssir minn ftit, issir għall-kotra.
Pulizija imparzjali?
Il-pulizija jidher li din is-sena mhumiex qegħdin jagħtu l-massimu tagħhom biex il-protezzjoni tal-protetturi tkun xierqa. Donnu jidher li, bl-iskuża ta’ imparzjalità, il-Korp iddeċieda li jżomm lura milli, bħas-snin li għaddew, joffri l-kooperazzjoni kollha tiegħu ħalli titħares il-liġi.
Insejjaħ ir-raġuni mogħtija tal-imparzjalià bħala ‘skuża’ għax hi patetika fiha nnifisha. Li Korp tal-pulizija jistqarr li mhux qed joffri protezzjoni biżżejjed biex iżomm il-parzjalità bejn il-vittmi u l-aggressuri hija kważi illegali. Il-possibbiltà biss li jista’ jkun hemm vittma toħroq premura fuq il-forzi tal-ordni biex jaġixxu favur l-istess vittma. Dan hu dmirhom skont il-liġi.
Safejn naf jien, l-ewwel dmir tal-pulizija huwa li jrażżnu kull reat kriminali. Meta hemm il-possibbiltà qawwija li jseħħ reat bħal dan, il-pulizija għandhom id-dmir li jaġixxu sabiex javitaw xi tip ta’ vittimizzazzjoni. Fil-każ ta’ gruppi li jieħdu l-impenn li jissorveljaw il-ħarsien tal-liġijiet tal-kaċċa u l-insib din il-possibbiltà hija reali ħafna, kif turina l-esperjenza. U esperjenza l-pulizija għandhom kemm trid.
Gratitudni lejn il-protetturi
Allura x’inhu jonqos fin-nuqqas ta’ impenn li jidher li qegħdin juru l-pulizija din is-sena? Żgur mhijiex imparzjalità. Għax bid-deċiżjoni li ma joffrux protezzjoni biżżejjed lill-protetturi, jew li ma jikkooperawx biżżejjed magħhom, ċertament qed juru parzjalità favur il-possibbli u l-eventwali aggressuri. Dan jista’ jitqies ukoll, allaħaresqatt, li qed jipproteġu n-naħa żbaljata. Ilkoll nafu li l-pulizija mhumiex t’hekk.
Is-soċjetà għandha tkun enormement grata lejn nies li jieħdu fuqhom l-impenn li, a spejjeż tagħhom, jagħtu servizz importanti li jissorveljaw il-ħarsien tal-liġijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kaċċa u l-insib. Dan qegħdin jagħmluh f’isimna lkoll u, fuq kollox, għalina. Żgur li l-biċċa l-kbira din il-ħidma ma jistgħux jagħmluha. Il-minimu li nistgħu nagħmlu hu li nkunu grati minn qalbna lejn min jagħmlu minflokna u għalina.
Għaldaqstant, dan l-impenn għandu jsib is-sosten, l-appoġġ u l-kooperazzjoni sħiħa u assoluta tal-forzi tal-ordni li, wara kollox, jeżistu (bi flusna) biex iħarsu l-interessi legittimi tagħna. Il-pulizija m’għandhom ebda dritt legali li jiddeċiedu dan jagħmluhx jew le. Iridu jagħmluh għax hekk tistipula l-liġi.
Tama ta’ sigurtà
Il-problema tal-kaċċa u l-insib fir-rebbiegħa mhijiex se tissolva billi l-pulizija jagħmlu deċiżjonijiet arbitrarji fuq min se jipproteġu bl-azzjoni jew bl-inazzjoni tagħhom. Għalkemm kulħadd jaqbel li l-problema hija waħda delikata, ċertament inazzjoni jew azzjonijiet arbitarji min-naħa tal-forzi tal-ordni aktar ikomplu jikkumplikawha u jagħmluha diffiċli.
Mill-pulizija l-kotra tistenna ħarsien inekwivoku, ċar u deċiżiv. Hija sensazzjoni kerha li jiġri l-għajdut li l-pulizija jistgħu qegħdin jimmollaw fl-azzjoni tagħhom li jħarsu lil min, f’isimna u għalina, hu protettur ta’ ħlejjaq protetti.
Wieħed ikun jixtieq li l-ambigwità li nħolqot fil-ġimgħat li għaddew bin-nuqqas ta’ serjetà li jidher li biha l-pulizija organizzaw irwieħhom quddiem din is-sitwazzjoni titwitta kemm jista’ jkun malajr u mingħajr aktar ekwivoċi. Wieħed jittama li, f’dan il-qasam, il-pulizija jerġgħu jagħtu xhieda li nistgħu noqogħdu fuqhom u nserrħu rasna minnhom.

Ghaziz Mark Montebello,jien dilettant tal KACCA,mhux ta l illegalitajiet.jiddispjacini nisimak tghid 'il problema tal kacca u l insib'.dawn iz zewg delizzjj mhumiex il problema.l problema hi ta erba min nies bla skruplu li jisparaw fuq li jaraw..sfortunatament hawn Malta ma kull haga ta xejn jehel kullhadd u ncapsu lil kull kaccatur bli jghamlu dawn l individwi.din il passa tar rebbiegha nassigurak li ftit ,kwazi xejn ma passa gamiem min fuq Malta u rajt ukoll li hafna kaccaturi imxew mal ligijiet.imma l hazin jissema biss.Arma f l idejn trid tkun responsabli taha u ta dak li tghamel biha.karrozza,sikkina...u l aktar arma b sahhita...l ILSIEN ta erba ma jafux jimxu li jhammgu lil kull bniedem li ma jaqblux mieghu.
ReplyDeleteMark, jiena naf bic-cert li hemm ufficjali tal-ALE li jharsu l-interessi tal-kaccaturi u tan-nassaba qabel dawk tal-ghasafar jew tal-protetturi taghhom. Kieku ttiehdet azzjoni xierqa kull darba li sehh reat, kieku llum ghandna statistika ferm iktar inkwetanti minn dik li ghandna. Jiena ma nhobbx pero' niddistingwi bejn tajra legali u ohra llegali li tigi kkacjata. Huma lkoll holqien ta' Alla u ahna ghandna dritt iktar mill-istess kaccaturi li ngawduhom hajjin. Ninsabu fl-2014 u spicca zmien il-kacca. Il-kacca mhix delizzju izda zvog negattiv fil-forma ta' qtil ta' tajr innocenti.
ReplyDeletenahseb ma tikolx tiegieg fniek jew burgers.fuq pizella ghaddej
DeleteJiddispjacini pero int tidher persuna min dawk li tghix go tunnel u tara min lenti wahda..tgawdi aktar mil kaccaturi..e tajjeb,dik tissejnah egoismu.haga ohra li int thares madwarek u tara ftit mil ftit sigar li hawn fil pajjiz ghid grazzi lil kaccaturi..kollox hlejqin t Alla...inkluza l kacca..giet mahluqa min Alla.mbad sta ghal bniedem kif juzaha...hallina pls trid,AHNA l bnedimin..hnieEr,fniek,tigieg,criev,zwiemel sahansitra f pajjizi anka klieb.u int gej tghid li lanqas ghasfur legalment jinqabad ma trid tara mejjet.jiddispjacini pero pjaneta ohra trid tmur biex ma tara xejn,isir
ReplyDelete