Posts

Showing posts from June, 2004

“Veritas”

F’kulma naghmlu, huwa dejjem importanti li nzommu kull kunsiderazzjoni taghna f’perspettiva. L-esagerazzjoni, nghidu ahna, jew dik li tissejjah il-“megalomanija” – jigifieri, biex nghid hekk, li “tara kbir” –, ma jghinux meta tkun qed taghmel ezaminazzjoni tieghek innifsek jew tas-sitwazzjonijiet ta’ madwarek. Lanqas, min-naha l-ohra, ma tghin dik li tissejjah il-“pussillanimità” – jigifieri li ccekken lilek innifsek. Dawn il-hwejjeg joholqu “distortion”, jew deformazzjoni, fil-hars u l-gudizzji taghna, u jgeghluna naslu ghal konkluzjonijiet hziena. Meta nitkellmu dwar il-motto ta’ l-Ordni Dumnikan, “Veritas”, u ghalhekk dwar l-ispirtu dumnikan kollu kemm hu, imnebbah minn San Duminku ta’ Gusmán, huwa essenzjali li nevitaw dejjem it-tinfih iz-zejjed u n-nieqes. Li naraw dan l-ispirtu, jew il-karattru, f’perspettiva gusta u proporzjonata huwa servizz li naghmlu lill-istess spirtu dumnikan. San Tumas u “veritas” Sa mill-bidu tieghu, l-Ordni Dumnikan, jew l-Ordni tal-Predikaturi, de