“Veritas”

F’kulma naghmlu, huwa dejjem importanti li nzommu kull kunsiderazzjoni taghna f’perspettiva. L-esagerazzjoni, nghidu ahna, jew dik li tissejjah il-“megalomanija” – jigifieri, biex nghid hekk, li “tara kbir” –, ma jghinux meta tkun qed taghmel ezaminazzjoni tieghek innifsek jew tas-sitwazzjonijiet ta’ madwarek. Lanqas, min-naha l-ohra, ma tghin dik li tissejjah il-“pussillanimità” – jigifieri li ccekken lilek innifsek. Dawn il-hwejjeg joholqu “distortion”, jew deformazzjoni, fil-hars u l-gudizzji taghna, u jgeghluna naslu ghal konkluzjonijiet hziena.

Meta nitkellmu dwar il-motto ta’ l-Ordni Dumnikan, “Veritas”, u ghalhekk dwar l-ispirtu dumnikan kollu kemm hu, imnebbah minn San Duminku ta’ Gusmán, huwa essenzjali li nevitaw dejjem it-tinfih iz-zejjed u n-nieqes. Li naraw dan l-ispirtu, jew il-karattru, f’perspettiva gusta u proporzjonata huwa servizz li naghmlu lill-istess spirtu dumnikan.

San Tumas u “veritas”

Sa mill-bidu tieghu, l-Ordni Dumnikan, jew l-Ordni tal-Predikaturi, dejjem zamm fl-oghla gerarkija tal-prioritajiet tieghu l-fedeltà lejn il-verità. Il-motto taghna, “Veritas”, huwa motto qadim hafna, li jaf id-desenjazzjoni tieghu sa mill-bidu ta’ l-Ordni fis-seklu 13, u dan wahdu juri li din il-kelma wahda kienet bhal tigbor il-karattru kollu ta’ l-Ordni.

F’dak iz-zmien imbieghed, il-kelma “veritas” kellha sens bil-wisq differenti minn dak li nistghu nzommu li ghandha llum. Kienet tfisser xi haga bhal “ragun assolut” jew “ragun esklussiv”. Dan isseddaq meta l-Ordni kien gie avdat minn kmieni bl-amministrazzjoni ta’ l-Inkwizizzjoni, istituzzjoni li d-dmir ewlieni taghha kien li thares it-twemmin tal-Knisja Kattolika. Ghalhekk “veritas” bdiet tindika, mhux biss ix-xandir korrett tal-fidi nisranija, xi haga bhalma xtaq San Duminku, imma wkoll id-difiza tal-fasla kollha, dommatika u etika, tal-Knisja. Kien f’dan iz-zmien, apparentement, li l-motto “veritas” ha dik ix-xejra dejjem aktar intolleranti, u dan kien accettat u meqjum.

San Tumas ta’ Akwinu, izda, biddel kemxejn din il-fehma, u ta lill-kelma “veritas” tifsira aktar inklusiva. Kien ghalhekk li ghall-bidu San Tumas ma kienx jinzel tajjeb ma’ hafna ekklezjastici, u anki gie kkundannat darbtejn bhala eretiku: fl-1277 u fl-1284. Dawn il-kundanni, fortunatament, gew irtirati fl-1325. Dak li sahaq fuqu San Tumas kien li jkun hemm feraq shih bejn il-“veritas” filosofiku u l-“veritas” teologiku. Dan kien ifisser li l-“veritas” li qabel kienet tant assolutista bdiet tinftiehem f’termini aktar “pluralistici”, biex nuzaw kelma ta’ zmienna.

Il-postmodernizmu u l-verità

Maz-zmien, il-bidliet fit-tifsira ta’ “veritas” baqghu sejrin, specjalment fis-seklu 20. Din id-darba, il-bidliet ma gewx mill-kamp tal-Knisja daqskemm l-ewwel mill-kamp estetiku, imbaghad mill-kamp filosofiku. Dak li jissejjah il-“postmodernizmu”, li hu kurrent ta’ filosofija mniedi ghal nofs is-seklu l-iehor, sahaq fuq dak li jissejjah il-“pluralizmu tal-forom”. Din it-terminologija hija ironikament identika ghal dik ta’ San Tumas ta’ seba’ sekli qabel, ghalkemm it-tifsira taghha hija totalment differenti. San Tumas sahaq li t-“toroq” tal-filosofija u t-teologija, ghalkemm huma mifruqa minn xulxin, fil-fatt jaslu ghall-istess konkluzjonijiet, jew ahjar ghall-istess veritajiet, fl-ahhar mill-ahhar ghall-istess “verità”. Imma l-postmodernizmu jichad dan. Mhux biss jichad li mhemmx “veritajiet”, imma lanqas “verità”.

Dan evidentement idahhal fi krizi il-motto taghna ta’ “veritas”. It-tifsira tal-kelma, bhalma rajna fil-qosor, ghamlet vjagg twil minn zmien San Duminku sal-lum, u r-rizultat kien wiehed semplici: il-kelma tilfet kull sustanza li seta’ kellha qabel. Filosofikament, ghaldaqstant, biex nikkwota awtur wiehed biss, Fernández-Armesto (1997), illum fit-tifsir estrem taghha “verità” titqies ‘just a name for opinions which suit the demands of society or the convenience of élites’ (biss isem ghal fehmiet li joqoghdu ghall-htijiet tas-socjetà jew ghall-konvenjenza tal-ftit maghzula). Il-verità, fi kliem iehor, f’dan is-sens titqies biss bhala ghodda ta’ utilità li, naturalment, tinbidel skond l-esigenzi transitorji tal-mument, u, fuq kollox, tigi definita minn min ghandu certa setgha. Stharrig profond dwar ghamlu diversi drabi l-Papa prezenti, Gwanni Pawlu II, specjalment fit-tieni kapitlu tal-Veritatis splendor (1993) u fit-tielet kapitlu tal-Fides et ratio (1998).

Kiteb dwaru wkoll l-eks-Majjistru Generali taghna, P. Timothy Radcliff (Sing a New Song, 1996: p.239), li jghid: “Truth is not to be captured with the cleanness of a single vision, but sneaked upon, through many partial notions, many inadequate theories, through all sorts of tools, and it comes to us finally as a surprise and a gift” (M’ghandekx tipprova taqbad il-verità bhallikieku b’harsa wahda kbira, imma tissajja ghaliha, permezz ta’ hafna bicciet ta’ ideat, b’hafna teoriji mhux imwettqa, permezz ta’ kull ghamla ta’ ghodod, u fl-ahhar tigi ghandna ghall-gharrieda u bhala rigal).

Int u l-verità

X’inhi din il-verità li tigi fuqna bhal halliel meta l-anqas inkunu qieghdin nistennewha? Hija din il-“veritas” tal-motto taghna? Gwanni Pawlu, fil-Fides et ratio (n.27), jghid hekk:

Tul is-sekli, il-filosfi fittxew li jiskoru u jartikulaw il-verità, u hekk holqu diversi sistemi u skejjel ta’ hsieb. Imma lil hinn mis-sistemi filosofici, in-nies ifittxu b’diversi modi li jiffurmaw il-“filosofija” taghhom stess―permezz ta’ konvinzjonijiet u esperjenzi personali, permezz ta’ tradizzjonjiet familjari u kulturali, jew anki permezz ta’ vjaggi ghat-tfittxija tat-tifsira tal-hajja taht il-gwida ta’ xi mghallem. Dak li jnebbah lil dawn kollha hija x-xewqa li jaslu ghac-certitezza tal-verità u ghac-certitezza tas-siwi assolut taghha.
Fl-ahhar mill-ahhar, skond dan il-hsieb tal-Papa, il-verità hija fuq kollox mod ta’ ghajxien skond certi valuri. Il-“veritas” li nxandru, ghaldaqstant, mhijiex sempliciment xi astrazzjoni filosofika jew xi ekwazzjoni dommatika, daqskemm il-hajja stess li ahna nghixu ta’ kuljum. Forsi hu ghalhekk li Radcliffe jikteb (p.237) li “[it is] the crisis of truth which I believe lies at the heart of much of the violence of our time” (nemmen li l-qalba ta’ hafna mill-vjolenza ta’ zmienna hija l-krizi tal-verità). Wahda mill-aghar espressjonijiet ta’ din il-krizi, probabbli, hija l-konservattivizmu estrem, jew il-fundamentalizmu.

L-Ordni u “veritas”

Certament, il-“pluralizmu tal-forom” postmodern, fejn kull appell ghal xi verità titqies fuq l-istess livell ta’ kull appell iehor, trid, qabel kollox, taghtina sens ta’ umiltà quddiem ir-realtajiet diversi tal-hajja, quddiem dawk il-“filosofiji” differenti u bla qjies li semma l-Papa. Il-verità hija “hands off territory”, biex nghidu hekk. Jigifieri hadd m’ghandu l-jedd li jghid li hi tieghu jew li hi ghandu, u wisq anqas li hi tieghu jew ghandu biss. Radcliffe din isejhilha “unpossessiveness” (p.243).

Il-“veritas” tal-motto taghna, ghaldaqstant, ma tinftehimx aktar f’xi sens assolutista, esklussivista jew dommatista, u wisq anqas tista’ tindirizzana lejn xi ghamla ta’ intolleranza, radikalizmu estremista jew moralizmu restrittiv. Bhalma ghallimna San Tumas ta’ Akwinu, il-perspettiva taghna trid tkun bil-wisq usa mill-vizjoni maghluqa ta’ nies li nuzaw il-verità bhala ghodda ta’ konvenjenza. Dwar dan anki fakkarna l-ahhar kapitlu generali ta’ l-Ordni, dak li sar f’Providence (l-Amerika) fl-2001, meta qal (n.46):

It-tradizzjoni intellettwali u spiritwali taghna twassalna sabiex nipproponu, illum bhal dejjem, esperjenza u fehma gdida ta’ Alla, tal-persuna umana u, konsegwentement, tad-dinja; fi kliem iehor, antropologija nisranija.

“Veritas” u l-predikazzjoni

Qabel kollox, il-“veritas” li ahna nxandru tirreferi ghal Alla, li ghalina, fih innifsu, hu l-verità oggettiva. Digà f’dan ma nistghux naqblu ghal kollox mal-postmodernisti, li jichdu kull kriterju ta’ oggettività. Ahna nzommu li ebda tip ta’ verità ma tista’ tezisti, hi x’inhi, minghajr riferiment lejn il-Verità oggettiva, li hu Alla. Il-barra minnu, xejn ma jezisti. Anzi, aktar minn hekk inzommu: li hu Alla li jsostni l-ezistenza ta’ kollox. Jigifieri li kollox jezisti ghax Alla jzomm kollox jezisti. Kollox jezisti ghax hemm Alla li jezisti.

Aktarx li f’dan is-sens “veritas” hi astratta wisq, tassew, u ghaldaqstant dan it-twemmin biss mhuwiex bizzejjed ghalina. Infatti, il-“veritas” li ahna nxandru tirreferi wkoll ghal mod ta’ hajja bbazata fuq dik ta’ Gesù Kristu. Dan jimplika, kwazi awtomatikament, li Gesù hu l-“wicc veru” ta’ Alla, u li Gesù hu, kif dejjem sostniet il-Knisja, “it-triq, il-verità u l-hajja”. Gesù ghalina ma jirrapprezentax semplici punt ta’ riferiment suggettiv, imma l-qrubija tieghu ma’ Alla hija hekk kbira u perfetta, li Gesù stess isir ghalina oggettività nnifisha. Dan minkejja d-diffikultajiet konsiderevoli marbutin mal-ghejjun letterarji ta’ hajtu, li b’xi mod jew iehor nissuperawhom kwalitativament.

Lil hinn minn dan, xi whud jaraw implikat f’dawn iz-zewg principji ewlenin tal-fidi xi sistema filosofika partikulari, xi depositu dommatiku specifiku, xi nisga morali preciza jew anki xi fasla politika expressa. Dan, izda, jibda jitbieghed wisq mill-qalba ta’ dik il-“veritas” li nxandru. Anzi, jitbieghed tant li jibda johloq konflitti, xi kultant serji, ma’ l-istess twemmin f’Alla u f’Gesù.

Dan it-twemmin ihallina dejjem miftuhin bizzejjed ghal dik l-umiltà u l-“unpossessiveness” li titlob minnha l-istess “veritas”, li hija l-ideal li zzomm l-Ordni taghna f’zoghzija permanenti.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?