Posts

Showing posts from March, 2010

Twegibiet lill-Musulmani

F’Settembru li ghadda, habibi u siehbi Patri Joe Ellul, Dumnikan, bghattli l-ktieb l-gdid tieghu ‘Il-Ghala tat-Tama li Ghandna: Twegibiet lil hutna l-Musulmani’. Apparti l-kontenut tieghu, stennejt li se nsib fih xoghol ta’ kalibru kif is-soltu jaghtina Patri Ellul, u ma kontx iddizappuntat. Ta’ bniedem studjuz u mharreg fit-tema li ttratta, Patri Ellul tana xoghol interessanti ferm u siewi ghas-socjetà taghna. Bniedem kompetenti Ghal min ma jafx lil Patri Ellul, dan tharreg professjonalment fl-istudji Arab u Islamistici fl-Istitut Pontificju ta’ Ruma li jispecjalizza f’dawn l-oqsma. F’Ruma tharreg ukoll fit-teologija ekumenika fl-Università Angelicum. Kemm Ruma u kemm fl-Università ta’ Malta, jghallem dwar ir-rabtiet bejn il-knejjes Insara tal-Lvant Qarib u l-Izlam fiz-Zminijiet tan-Nofs, kif ukoll dwar it-tradizzjoni filosofika u teologika tal-Izlam u l-hsieb ta’ San Tumas t’Akwinu. Barra mit-taghlim li jaghmel, Patri Ellul hu d-Delegat tal-Arcidjocesi ta’ Malta ghad-djalogu

Il-helsien li ghad irid jigi

It-tifkira ta’ Jum il-Helsien m’ghandux ikun biss celebrattiv. Ghandu jkun mument li fih, filwaqt li nirriflettu fuq l-imghoddi, naghmlu l-kontijiet mal-prezent, u nfittxu li naraw nilmhux gejjieni ahjar milli kellna jew ghandna. B’dawn il-ftit kelmiet, nixtieq li nghinek taghti harsa hafifa lejn il-mixja socjali u politika taghna u wkoll li noffrilek ftit ideat ghar-riflessjoni tieghek dwar fejn sejrin. It-tnissil tal-Istat Sekulari Malti Fil-31 ta’ Marzu tal-1979 intemm b’mod definittiv il-ftehim tal-prezenza tal-Qawwiet Militari Britannici f’Malta wara kwazi 180 sena li kienu ilhom fostna. Skont ma kien gie miftiehem fil-21 ta’ Settembru tal-1964, dan il-ftehim kellu jintemm tmien snin qabel, fl-1971. Izda l-kolonizzaturi Inglizi taghna, skont ma kienu ftiehmu mal-gvern Malti ta’ dak iz-zmien, hasbu li jistghu jaqbdu u jirtiraw il-Qawwiet Militari taghhom minghajr wisq obbligazzjonijiet lejn il-poplu Malti. Wara kollox, kien ghalhekk, u ghalhekk biss, li, qabel l-Elezzjonijiet G

President ta’ veru

Ma nafx tafx: jien ma tantx jien delettant ta’ diskorsi kkuluriti u priedki ffjuriti. Sa fejn nista’, nevitahom, ghax javveluni: iqabbduni attakk imbarazzanti ta’ titwib. Imma d-diskors li smajt fit-3 ta’ Frar li ghadda l-Belt, mill-President ta’ Malta, Dr George Abela, la kien kulurit u lanqas fjurit. Kien diskors ta’ veru li bih il-President ma ddejjaqx iqieghed sebghu fuq il-ferita. Holm Ewropew Nghid id-dritt, mort il-Muzew tal-Arkeologija ghall-laqgha b’nofs qalb. Kien qieghed isir il-ftuh ufficjali tas-Sena Ewropea ghall-Glieda Kontra l-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali. U tlablib dwar dan is-suggett xbajt minnu. Suppost, ghaxar snin ilu f’Lisbona l-Kunsill Ewropew (tal-UE) halef li jeqred il-faqar mill-Ewropa. U ghaxar snin wara ghadna fejn konna, jekk mhux f’pozizzjoni aghar! Issa jridu jeqriduh f’sena wahda! Fl-2000, l-idea kienet li sa din is-sena, l-Ewropa ssir, skont huma, ‘l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika tad-dinja’, u dan billi, fost il-mizuri li tiehu, teqred i

L-istorja sigrieta tal-Gay Maltin

Ftit tax-xhur ilu, hareg fl-Awstralja ktieb imdaqqas interessanti miktub mill-avukat Dr Joseph Chetcuti. Jismu Queer Mediterranean Memories . Il-ktieb hu xoghol ta’ ricerka kbira b’bazi dokumentarja qawwija. Bazikament, il-ktieb jittratta l-mod kif l-omosesswalità giet meqjusa fl-imghoddi gewwa l-gzejjer Maltin, u wkoll kif xi ftit jew wisq tigi meqjusa llum. Titlu u kontenut Difficli tittraduci ghall-Malti t-titlu tal-ktieb minhabba l-loghba fuq l-aggettiv ‘queer’. Din tista’ tfisser diversi affarijiet. Tista’ tuzaha biex tirreferi ghal xi haga stramba jew differenti mis-soltu; tista’ tuzaha biex turi li xi haga hi suspettuza; tista’ tuzaha biex tirreferi ghal xi hadd li mhux qed ihossu f’siktu; tista’ tuzaha ghal bniedem mahniex; gieli tintuza b’mod dispreggjattiv biex tirreferi ghal persuna effemminata; gieli tintuza wkoll b’mod offensiv biex tindika persuna bla sinsla; u, naturalment, tintuza wkoll biex tindika persuna omosesswali. Dr Chetcuti juza’ dan l-aggettiv apposta bie

“Irridu Stat lajk!”

Xahar ilu, fi tmiem ghaxart ijiem ta’ konferenza generali, Joseph Muscat, il-Kap tal-Partit Laburista ghamel diskors interessanti (u, fil-fehma tieghi, importanti) li fih offra, ghall-ewwel darba f’xi tletin sena, vizjoni realista u vijabbli ghall-partit tieghu u ghan-nazzjon Malti. Rabta ma’ Idea Kien hemm bzonn daqshekk zmien―madwar tletin sena―sabiex il-partit jistejqer mill-figura monumentali tal-Perit Mintoff u l-vojt li halla warajh. F’dan iz-zmien kollu, kien hemm strategija ghaddejja min-naha tal-Partit Nazzjonalista li sfrutta b’sengha perfetta u makkjaveljana l-luttu twil u konfuz tal-Partit Laburista. Din l-istrategija u dan il-luttu nistghu nghidu li ntemmu xahar ilu, fis-7 ta’ Frar tal-2010, meta Joseph Muscat ghamel, saflahhar, sejha li tinftiehem: “IRRIDU STAT LAJK!”. Il-htiega u l-attwalità ta’ din l-istqarrija hija appoggjata mix-xjenzi socjali, politici u ekonomici, mill-filosofija tar-realtà storika u mis-sens komun. Ghall-ewwel darba f’dan iz-zmien kollu, je