Twegibiet lill-Musulmani

F’Settembru li ghadda, habibi u siehbi Patri Joe Ellul, Dumnikan, bghattli l-ktieb l-gdid tieghu ‘Il-Ghala tat-Tama li Ghandna: Twegibiet lil hutna l-Musulmani’.

Apparti l-kontenut tieghu, stennejt li se nsib fih xoghol ta’ kalibru kif is-soltu jaghtina Patri Ellul, u ma kontx iddizappuntat. Ta’ bniedem studjuz u mharreg fit-tema li ttratta, Patri Ellul tana xoghol interessanti ferm u siewi ghas-socjetà taghna.

Bniedem kompetenti

Ghal min ma jafx lil Patri Ellul, dan tharreg professjonalment fl-istudji Arab u Islamistici fl-Istitut Pontificju ta’ Ruma li jispecjalizza f’dawn l-oqsma. F’Ruma tharreg ukoll fit-teologija ekumenika fl-Università Angelicum. Kemm Ruma u kemm fl-Università ta’ Malta, jghallem dwar ir-rabtiet bejn il-knejjes Insara tal-Lvant Qarib u l-Izlam fiz-Zminijiet tan-Nofs, kif ukoll dwar it-tradizzjoni filosofika u teologika tal-Izlam u l-hsieb ta’ San Tumas t’Akwinu.

Barra mit-taghlim li jaghmel, Patri Ellul hu d-Delegat tal-Arcidjocesi ta’ Malta ghad-djalogu bejn l-Insara u l-Musulmani, u wkoll, wara hatra tal-Papa Benedittu XVI fl-2007, Konsultur tal-Kunsill Pontificju ghad-Djalogu Inter-religjuz.

Dan kollu juri kemm Patri Ellul huwa mill-aktar kompetenti sabiex jittratta t-temi tal-ktieb il-gdid tieghu. F’dan il-ktieb, dak li jaghmel Patri Ellul huwa li jislet ghadd ta’ mistoqsijiet li spiss jaghmlu l-Musulmani lill-Insara, u jwegibhom b’mod preciz, studjat, ricerkat, b’rispett kbir lejn il-Musulmani, u b’imhabba kbira lejn it-twemmin Nisrani.

Mistoqsijiet pertinenti

Xi whud mill-mistoqsijiet li Patri Ellul jaghzel li jwiegeb huma dawn: ‘Meta tghidu li Alla huwa Missier, Iben u Spirtu s-Santu ma tkunux qed tfissru li temmnu fi tlett allat?’, ‘Kif jista’ jkun li Alla jissejjah “Missier” jew “Iben”?’, ‘Kif jista’ jkun li Gesù huwa bniedem u Alla fl-istess waqt?’, ‘Ghalikom Gesù hu aktar qaddis minn Muhammed?’, ‘Kif jista’ Alla, li huwa etern, ibati u jmut fuq salib?’, ‘Intom temmnu li l-hobz u l-inbid jinbidlu f’Alla?’, ‘Ghaliex tidhaddtu dwar erba’ vangeli minflok wiehed?’, ‘Liema hu l-veru Evangelju?’, ‘Ghaliex ma tagharfux lil Muhammed bhala profeta meta ahna nagharfu lil Gesù?’, u bosta ohrajn ukoll.

Xi whud minn dawn il-mistoqsijiet jaghmluhom, mhux il-Musulmani biss, imma l-Insara wkoll. U ghalhekk it-twegibiet ghalihom ghandhom jinteressaw lill-Insara daqskemm lill-Musulmani. Mhux biss fir-rigward tat-taghlim Nisrani dwar certi temi, imma wkoll anki t-twemmin Musulman dwarhom bhal, nghidu ahna, dwar Gesù, id-dnub originali, is-Salib, l-Ahhar Cena, il-Kelma ta’ Alla, it-talb, il-profeti, u l-bqija.

Ghal kull twegiba tieghu, Patri Ellul jaghti l-ewwel l-isfond tal-mistoqsija. Xi kultant, jaghti wkoll it-taghlim Musulman dwar it-temi partikulari, il-kuntest storiku taghhom, u anki taghrif dwar x’jghid il-Koran dwarhom.

Ktieb prezzjuz

Bhalma jghid Patri Ellul stess fid-Dahla tal-ktieb, ix-xoghol li ppubblika mhuwiex mahsub biex jikkonvinci lill-Musulmani mill-verità tal-fidi Nisranija u lanqas biex jikkonvertihom ghaliha. L-intenzjoni ewlenija tieghu kienet li jaghti prezentazzjoni awtentika fil-qosor tal-fidi Nisranija b’mod li l-Musulmani jistghu jifhmu ahjar l-Insara x’jemmnu tabilhaqq. Dan jaghmlu bit-tama li jkomplu jikbru u jissahhu r-rispett u l-hbiberija ta’ bejn il-Musulmani u l-Insara.

Jiena jidhirli li din hi intenzjoni nobbli, u naqsam ma’ Patri Ellul it-tama li ghandu. Jidhirli wkoll li ktieb bhal dan kellna bzonnu hafna. Ghalkemm jezistu bhalu f’ilsna barranin, kien xieraq li jkollna xi haga simili taghhom f’ilsienna. L-inkomprensjoni bejn il-Musulmani u l-Insara mhux biss ghadha sfortunatament qawwija, imma xi whud anki jivvintaw minn zniedhom kemm x’jemmnu l-Musulmani u anki x’jemmnu l-Insara.

Tassew, il-ktieb jaghti versjoni monolitika hafna tat-twemmin Nisrani, fis-sens li donnu jevita li jidhol fid-dibattiti u d-diskussjonijiet li ghadhom ghaddejjin bejn l-Insara nfushom dwar certi temi. Nisthajjel li dan jaghmlu sabiex jipprezenta twegibiet cari u tondi minghajr ma jfixkel lill-qarrejja tieghu.

Minkejja dan, il-ktieb hu fih innifsu prezzjuz u, bhalma dejjem jaghmel Patri Ellul, lili ghallimni hafna.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?