Posts

Showing posts from August, 2017

It-talent naturali

Image
Is-sajf hu wieħed mill-aktar żminijiet xierqa biex jintwera t-talent tal-persuni. Imma meta ngħid hekk, aktarx mill-ewwel bniedem jaħseb f’performazzjonijiet artistiċi li jittellgħu għal ħaddieħor wara xhur u snin ta’ taħriġ. Dak li hu diffiċli li jsir mill-ħafna jidher hekk ħafif għal xi wħud. Dan mhux neċessarjament talent. Huwa taħriġ. Huwa sengħa. It-talent awtentiku juri l-ħila. Naturali Id-differenza bejn is-sengħa u l-ħila xi wħud jarawha żejda jew ukoll mistħajla. Għalihom huma l-istess ħaġa. Jien narahom differenti u d-differenza ta’ bejniethom hija waħda essenzjali. Għax is-sengħa tiksibha bit-tagħlim, filwaqt li l-ħila titwieled biha. Kull min għandu l-ħila għal xi ħaġa jista’ jikseb ukoll is-sengħa tagħha, imma kull min għandu s-sengħa ta’ xi ħaġa mhux neċessarjment għandu l-ħila tagħha. Is-sengħa tista’ tissimula ħafna. Bniedem jista’ jitgħallem biex jagħmel ħafna affarijiet straordinarji. Bħall-pappagalli li jitkellmu, ngħidu aħna, jew xi annimal ieħor li tgħallem

Xejn b'xejn

Image
Kulħadd sar jaf jitħallas. Donnu l-valur li xi ħadd jagħti xi ħaġa b’xejn, li jagħti mingħajr ma jaqla’ xi ħaġa materjali, bħallikieku ntesa. Il-gost tal-ġenerosità, is-siwi tagħha, bħal donnu ntilef. Ma’ kull ħaġa li tmiss, imqar l-anqas servizz li tingħata, jitolbuk prezz, ukoll jekk żgħir. Qligħ ieħor Qabel in-nies kienu jagħmlu pjaċiri l-ħin kollu mingħajr ebda ħlas. Lanqas kien jaqagħlhom f’rashom li jitolbuk il-ħlas. Kienu jagħmluhom minn qalbhom u l-gost tagħhom kien li jagħmluh b’xejn. Mhux għax l-affarijiet ma kinux jiswew. Imma għax donnu kellhom dan il-valur sabiħ li jiksbu l-gost mill-għotja nnifisha. Mhux minn xi prezz li jitolbu. Dan kien sinjal ta’ ġenerosità. Li bniedem ikun idejh miftuħa, li jkollu qalb kbira, għan-nies ta’ dari kienet xi ħaġa li tagħti sodisfazzjon. U bir-raġun. Għax il-ġenerosità hi waħda mill-aqwa valuri umani. Hi s-sinjal ċar li bniedem hu aktar miġbud lejn is-servizz u lejn is-siwi li jara ’l ħaddieħor kuntent milli lejn il-qligħ. Illum

Il-paga ta’ Neymar

Image
Għandha mnejn din hi waħda biss mill-indikazzjonijiet —waħda mill-iżgħar, fil-fatt—tal-assurditajiet li ngħixu llum fil-qasam finanzjarju dinji. Suppost, wieħed mill-prinċipji sagrosanti li jemmen fih il-kapitaliżmu huwa l-meritokrazija, fejn ix-xogħol iebes, is-sengħa u l-kwalifikazzjonijiet jiġu ppremjati. Allura kif wieħed fost ħafna li jilagħbu l-ballun fuq livell professjonali jdaħħal fil-ġimgħa daqs kemm jaqilgħu aktar minn, ngħidu aħna, 5,000 ruħ f’pajjiżna li qegħdin fuq il-paga minima? Pagi stellari Il-Brażiljan Neymar de Silva Santos, ta’ 25 sena (magħruf bħala Neymar)—li dan l-aħħar għadda jilgħab il-ballun minn mal-Klabb ta’ Barċellona, fi Spanja, għal dak ta’ Paris St-Germain, fi Franza—se jkun qed jaqla’ 865,000 ewro fil-ġimgħa (45 miljun ewro fis-sena). Din il-paga hi 740 darba akbar milli taqla’ l-President ta’ Malta fil-ġimgħa, u 480 darba akbar milli jaqla’ l-Prim Ministru ta’ Malta fl-istess żmien. Hija 135 darba akbar milli jaqla’ l-President Trump tal-Istati

Fejn sejjer Trump?

Image
Il-ħajt ta’ Trump, dak li jrid jibni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Messiku, twil aktar minn 3,200 kilometru (mal-2,000 mil), kważi kważi sar iċ-ċajta preferita tal-pajjiż. Aktar minn hekk, qed isir ukoll is-simbolu ġenerali tal-politika tal-president Amerikan, li xi wħud qed jarawha dejjem aktar iżolazzjonista. Dan jista’ jiġi kkonfermat mill-ewwel baġit li ppreżenta Trump ftit tal-ġimgħat ilu bl-isem “Bażi Ġdida għal Amerika Kbira”. Amerika bla direzzjoni? Il-baġit jidher li jagħmel xi proposti tajbin li jistgħu jitwettqu jew ma jitwettqux. Ngħidu aħna, jipproponi li ħafna tinfiq żejjed fuq skemi li taparsi jridu jnaqqsu l-faqar (mingħajr qatt ma jnaqqsuh) jitwaqqaf jew jonqos drastikament. Jipproponi wkoll skemi ġodda li jistgħu jgħinu lil nies fqar b’mod konkret. Ukoll, il-baġit jabbanduna ħafna mid-diskors politiku tas-soltu u jfittex li jesprimi l-fehma tal-poplu komuni. Madankollu, fih proposti oħrajn li jistgħu jdarrsu. Ngħidu aħna, Trump irid li t-tinfiq fuq id-di