Posts

Showing posts from September, 2016

Librerija qatt mitmuma?

Image
Bieb il-belt Valletta, li tlesta aktar minn sena ilu, igawdih kulħadd, inkluż il-mijiet ta’ turisti li jgħaddu minnu ta’ kuljum. Id-disinn ta’ Renzo Piano fih dehra, bla dubju, anki jekk xi wħud s’issa nsew il-miljuni li ntefqu minn flus il-poplu ħalli dan isir. Iżda hemm biċċa mill-proġett li baqa’ ma tlestiex. Anzi, qatt ma nbeda. Din hi l-librerija tal-Parlament. Kif jgħidu, bogħod mill-għajn, bogħod mill-qalb. Dokumenti rari, uniċi u prezzjużi Il-librerija hija bogħod mill-għajn għax il-post fejn suppost li xi darba tiġi ma jidher minn inkien. Tidher biss il-mina ta’ wieħed mit-truf tagħha, hemmhekk, fil-foss ta’ Bieb il-Belt int u dieħel fuq il-lemin, minfejn qabel, sa l-1929, kienet taħdem il-ferrovija. Il-post intuża bħala xelter fl-aħħar gwerra. Minn dak iż-żmien lil hawn, il-mina baqgħet vojta, qisha ġerha li ma titfieqx. Fil-proġett ta’ Piano, li tlesta bejn l-2011 u l-2015, il-librerija tal-Parlament kellha tiġi eżatt fejn illum naraw il-Parlament ta’ Malta. Għalkemm

Qerq bit-turist

Image
Ma tantx jagħtu fil-għajn. Lanqas ma jissemmew wisq fl-aħbarijiet. Ftit jaffettwaw direttament lil xi ħadd minna. Qajla nisimgħu bihom mingħand ħadd. Iżda r-realtà qiegħda hemmhekk: turisti li, wara li nilqugħhom għandna, inqarrqu bihom. Xi kultant, meta taqbad diskussjoni ma’ xi wħud mit-turisti, jew tkellem lil xi ħadd li għamel dan, issib li xi wħud mill-Maltin u l-Għawdxin ma jiddejqux iqarrqu bit-turisti bħallikieku kienu nies li jistħoqqilhom l-isfruttament. Turisti misruqa Għalkemm dan hu fenomenu li qajla jissemma, spiss tisma’ privatament lil min kien xhud ta’ qerq li jsir bit-turisti. Dan mhuwiex sew. Lill-barranin li jsuru xtutna għandna dejjem nirrispettawhom u naraw li l-mawra tagħhom fosthom ma tinbidilx f’waħda ta’ wġigħ il-qalb. Sfortunatament, iżda, mhux dejjem hu hekk. Il-qerq li jidher li jsir bit-turisti jkun ta’ diversi għamliet. Skont statistika tal-pulizija li tista’ tindikalna dawn l-għamliet, l-aktar prevalenti (madwar 90%) huwa s-serq li jsir lit-turis

Il-bikja tas-Sirja

Image
Il-gwerra fis-Sirja, li issa ilha għaddejja sa minn Marzu tal-2011, jiġifieri għal dawn l-aħħar ħames snin u fuqhom, hi eżempju ieħor—jekk qatt kellna bżonn ieħor—ta’ kemm ħsara tista’ ssir bl-indħil barrani imprudenti fil-ħwejjeġ interni tal-pajjiż. Indħil barrani L-Istati Uniti tal-Amerika, ir-Russja, l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina lkoll għandhom subgħajhom imdeffes f’din it-traġedja Sirjana. Sena ilu, skont il-Ġnus Magħquda ġie kkalkulat li kienu diġà nqatlu mal-250,000 ruħ (kwart ta’ miljun). Sal-lum, ħdax-il miljun kienu sfaw refuġjati, erbatax-il miljun ruħ jeħtieġu għajnuna umanitarja, u ħames miljun ruħ jinsabu abbandunati għal kollox mingħajr ebda għajnuna ta’ xejn minngħand ħadd. Il-gwerra bdiet bħala rvell relattivament ċkejken, iżda li mbagħad kompliet tikber u tikber aktar ma daħlu fiha interessi li ma kellhom x’jaqsmu direttament magħha. Il-koalizzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti kontra l-gvern leġittimu Sirjan ta’ Assad (li tinkludi l-Gran Britannja u ’l Franza), għa

Il-viżitaturi Għawdxin f’Mater Dei

Image
Huma ftit u rari l-Maltin li jkollhom joqogħdu qrib is-sodda ta’ xi ħadd li jkun rikoverat fl-isptar t’Għawdex. Bil-maqlub, huma ħafna aktar l-Għawdxin li jkollhom jagħmlu dan fl-isptar Mater Dei. Għalkemm din tidher ħaġa faċli u l-biċċa l-kbira tagħna ma naħsbux darbtejn fuqha, għall-Għawdxin li jkollhom jishru ma’ xi ħadd f’Mater Dei hi biċċa wġigħ ta’ ras kbira. Żjajjar ta’ tbatija Huwa spiss li pazjent Għawdxi, hu ta’ liema età hu, ikollu jgħaddi żmien twil jew qasir fl-Isptar Mater Dei. Biex ikollu lil xi ħadd minn Għawdex maġenbu f’dak il-mument diffiċli hemm tliet għażliet: jew li l-viżitatur joqgħod ġej u sejjer Għawdex kuljum; jew li l-viżitatur jgħix fis-sala tal-pazjent fuq peltruna sakemm iħalluh l-uffiċjali tas-sala jew tal-isptar; jew li jikri xi flett xi mkien madwar Malta sakemm il-pazjent idum l-isptar. Ħafna drabi, hi t-tieni għażla li tkun l-aktar ‘konvenjenti’ (li ma hi konvenjenti xejn). Jien iltqajt ma’ Għawdxin li kellhom jagħmlu dan għal ftit tal-jiem u