Sunday, 22 July 2012

Il-mohqrija tal-annimali

Ir-ritratt li jidher hawnhekk hadtu jien stess il-gimgha li ghaddiet. Iz-zwiemel li tara fih quddiem Sant’Iermu, il-Belt, huma tnejn biss minn hafna ohrajn li, waqt il-qadi ta’ xoghlhom, kuljum jghaddu s-sighat kollha tal-imbierka gurnata f’xemx taqli l-ankri. Meta tqis li hi l-aktar haga facli u semplici fid-dinja li tinhadem tinda ghall-kenn ta’ dawn l-imsejkna vittmi taghna, ma tistax ma titmezmizx bil-qalb xierfa ta’ min ihallihom f’din il-qaghda tal-wahx.

Nies b’qalb kbira

Iz-zwiemel tal-karozzini mhumiex l-unici annimali vittmi tal-insensittività taghna. Kull tip ta’ annimali ‘domestici’ ohra ghandhom ix-xorti wisq hazina li waqghu taht l-inciviltà ta’ xi whud minna li jistmawhom bhallikieku kienu hlejjaq li ma jhossux, ma jitnikktux u ma jweggghux.

Ovvjament, mhux ilkoll ahna nies bla qalb. Hawn hafna u hafna nies li jagharfu d-dmir taghhom li jirrispettaw lill-annimali u jfittxu li jaghmlulhom hajjithom wahda hienja u sabiha, kif jixirqilhom. F’kull belt u rahal tal-gzejjer taghna ssib bosta nies li johorgu minn triqthom sabiex jghinuhom kif jistghu u wkoll iharsuhom mill-indifferenza u l-hruxija ta’ haddiehor.

Dawn huma nies ammirevoli ghax imorru kontra kultura li, b’mod generali, ma hejjitniex inhobbu lill-annimali bhalna nfusna. B’mod partikulari, f’dan l-aspett it-taghlim tradizzjonali Kattoliku ma edukax bizzejjed, u forsi ghadu sal-lum stess difettuz u nieqes ferm. Jekk mhux sa zmien recenti hafna, il-kmandament suprem tal-imhabba donnu ma kienx mifhum li jestendi ruhu wkoll sabiex jinkludi l-annimali (bhalma l-ambjent naturali). Izda llum suppost nafu ahjar. Suppost.

Evoluzzjoni ritardata

Minhabba li ma jitkellmux, u bosta minnhom ma jafux ma jaghmlux l-izball kbir li jafdawna, ta’ spiss l-annimali jigu abbuzati u mghobbija bil-kattiverja u sahansitra l-hdura ta’ xi whud minna. Dak li xi whud minna ma jistghux jaghmlu lill-bnedmin, jaghmluh lilhom. Dan hu sinjal car tal-faqar ikrah tal-personalità ta’ nies bhal dawn.

Poplu tkun taf kemm hu socjalment u politikament evolut minn kif, b’mod generali, igib ruhu ma’ min hu l-aktar vulnerabbli fostu. L-annimali (kif ukoll il-hlejjaq hajjin tal-ambjent naturali kollu) huma fost dawn. Il-mod kif hafna nies fostna jittrattaw lill-annimali, kemm dawk domestici u kemm dawk li mhumiex, juri fejn ninsabu f’din l-iskala evoluttiva.

Li hu l-aktar inkwetanti hu li m’ghandniex processi edukattivi bizzejjed stabbiliti u sostnuti―la min-naha tal-istat u wisq anqas min-naha tal-Knisja―li jfittxu li jrabbu kultura ta’ rispett lejn l-annimali u l-hlejjaq hajjin l-ohra. Dan ma jfissirx li jezistu xi processi edukattivi ta’ rispett lejn il-bnedmin, ghax min ma jirrispettax bl-aqwa mod lill-annimali u l-hlejjaq hajjin, ir-rispett tieghu lejn il-bnedmin, specjalment dawk l-aktar vulnerabbli fosthom, hu biss apparenti, superficjali u illuzorju.

Indifferenza mifruxa

Biss biss, il-kwestjoni tat-tined ghaz-zwiemel haddiema bil-karozzini ilha ghaddejja s-snin. Naturalment, l-awtoritajiet civili m’ghandhomx bizzejjed hsieb ghalihom u qatt ma gabu lilhom infushom biex isolvu din il-htiega tant elimentari. Ovvjament, ghalihom mhijiex prijorità ta’ xejn.

Min-naha l-ohra, ftit wisq huma dawk in-nies li tassew ghandhom kultura civili bizzejjed evuluta sabiex jinteressahom minn qatta zwiemel imsejkna li, siekta siekta, isofru ta’ kuljum l-indifferenza taghhom. Lanqas ghal nies bhal dawn ma l-vittmi jikkwalifikaw ghal xi tip ta’ prijorità.

Din l-indifferenza mhijiex superficjali jew passanti. Hija endemika. Dan juri sewwa l-kultura ta’ umanità u ta’ karità li ghandhom hafna minna. Fih innifsu, igiddeb il-pretensjonijiet redikoli li ghandna ta’ poplu civili li jilghabha ta’ gens politikament u religjozament evolut.

Jekk m’ahniex kapaci nissupplixxu b’mod hekk ovvju ghall-htigijiet tant semplici u rudimentari taz-zwiemel tal-karozzini, kemm tabilhaqq nistghu nkunu kapaci nissupplixxu ghall-vulnerabbli l-ohra tas-socjetà?

_________________________________________________________

Korrispondent gentilment baghatli dan ir-ritratt recenti li jidher hawnhekk f'post fil-Belt biex jurina x'qieghed isir u kif qeghdin jintuzaw certu tined ghaz-zwiemel tal-karozzini:




1 comment:

  1. A very good and powerful message indeed !!! Bongu

    ReplyDelete