Saturday, 17 December 2011

Mhux int; jien nibnilek dar

It-tifkira tat-twelid ta’ Gesù hija ghalina ghajn ta’ farag bla qjies. Fuq kollox, tfakkarna li Alla ma jabbandunaniex, izda dejjem jiehu hsiebna, ihares fuqna u jmexxina minn grazzja ghal grazzja. Ghalhekk, ghandna ghalxiex nifirhu, issa u kull waqt, izda l-aktar u b’mod specjali ghall-prezenza tal-persuna ta’ Gesù fl-istorja taghna u fl-istorja tal-umanità.

Fejn twieled Gesù

Meta niccelebraw il-Milied, il-hsieb taghna l-insara jmur ghall-grajjiet marbuta mat-twelid ta’ Gesù madwar elfejn sena ilu. Ghalkemm hafna drabi r-rakkonti ta’ dawn il-grajjiet, hekk kif insibuhom fl-evangelji ta’ Mattew u ta’ Luqa, jittiehdu b’mod litterali, hafna esperti tal-Iskrittura jsostnu li, qabel xejn, dawn inkitbu sabiex iwasslu messagg spiritwali. U la wiehed teologiku, la wiehed storiku u wisq anqas wiehed xjentifiku.

Fost ir-rakkonti hemm centrali li Gesù gie mqieghed f’maxtura (‘fatni’ bil-Grieg) ghax ma kienx hemm post ghalih fil-kmamar ta’ fejn kienu jorqdu n-nies (‘kataluma’ bil-Grieg; Luqa 2: 7). Skont il-bicca l-kbira tal-arkeologi bibblici, l-implikazzjoni mhijiex li din il-maxtura kienet f’xi stalla jew f’xi ghar. (Din hareg biha Gustinu Martri fis-seklu 2) Minhabba li f’dak iz-zmien fid-djar taghhom in-nies kienu jorqdu fuq u l-annimali isfel (bhalma dari kien isir anki f’Malta u Ghawdex), ghal Gesù ma kienx hemm wisgha fuq, izda isfel biss.

Messagg profond

Hu x’inhu, il-messagg spiritwali ovvju li l-kittieb donnu ried iwassal f’din il-bicca tar-rakkonti kien li Gesù twieled bhallikieku barrani f’daru stess, kif jishaq Gwanni fid-dahla ghall-evangelju tieghu: ‘Gie f’daru u niesu ma laqghuhx’ (1: 11), u bhalma jigrilhom hafna nies ohra madwar id-dinja f’kull zmien (‘Kont barrani u ma lqajtunix’; Mt 25:43). Izda minkejja dan il-messagg spiritwali ovvju jidher li jista’ hemm messagg spiritwali aktar profond.

Gesù, bhala l-mibghut ta’ Alla (Mt 15: 24; Lq 4: 43; Gw 3: 2), ma kien hemm ebda dar umana li setghet tilqghu, lanqas dik tal-genituri tieghu stess. Dan ghaliex hadd ma jibni dar lil Alla. Hu Alla li jibni dar ghalina. Din mhijiex dar tal-gebel jew tal-injam, maghmula minn materjal li jitmermer u jintemm, jew maghmula mis-sengha u l-hila tal-bniedem. Hija l-lok tal-prezenza divina, li Alla biss jista’ jibnih u jwaqqfu.

Dar ghal Alla?

Il-Lhud kienu mimlijin bihom infushom li bnew dar sabiha ghal Alla f’Gerusalemm (Mt 8:20; Lq 21: 5). Din kienet l-istess dar (jew tempju) li ried jibni David (2 Sam 7:1), il-post fejn bniha Salamun (1 Slat 8: 4), u d-dar li nbniet wara tmiem l-ezilju tal-poplu Lhudi fil-Babilonja (Esdra 1:1-4). Kienu jsejhulha ‘Xekinà’, jigifieri l-post fejn jghammar Alla.

Izda Alla ma ried ebda dar bhal din. “Se tibnili int dar biex noqghod fiha?” qal lil David permezz tal-profeta Natan, “Jien qatt ghedt lil xi hadd: ‘Ghaliex ma bnejtlix dar?’ Mhux int tibni dar lili; jien nibni dar lilek.” (2 Sam: 7:5, 7, 27).


Alla fl-azzjoni

Bit-twelid tieghu ’l barra minn kull dar, u bl-ghajxien tieghu minghajr dar fissa (Lq 9:58), Gesù wera li l-post fejn jghammar Alla ma jsirx minn idejn il-bniedem jew bir-rieda ta’ xi bniedem. Isir bir-rieda ta’ Alla u bil-hila tieghu. Alla ma jghammar f’ebda post fiziku u lanqas hadd ma jista’ qatt ihejji post ghal Alla fil-qalb tieghu. Hu Alla li jhejji dan il-post bil-hidma tal-Ispirtu s-Santu u bi grazzja tal-mewt u l-qawmien ta’ Gesù.

Jaghmel sewwa l-Milied li jfakkarna li spiritwalità awtentika ma tistax tkun wahda li bhallikieku temmen li l-grazzja tal-prezenza t’Alla tista’ tinkiseb bir-rieda taghna jew b’xi azzjoni li ahna nistghu naghmlu. Grazzja bhal din tiddependi kollha kemm hi mir-rieda u l-hidma ta’ Alla.

Hu Alla, u Alla biss, u Alla wahdu―mhux int jew jien jew xi hadd iehor―li jibnilna dar fejn jghammar sebhu.

2 comments:

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  2. For this same reason God does not dwell in the eucharist because according to the catholic church He does, and that is a temple made by human hands were God does not dwell.

    Jesus said do this in the remembrance of HIM.

    ReplyDelete