Konsumaturi u Produtturi

Donnu llum, it-tendenza politika kostanti li niltaqghu maghha hi li tigi kkonfermata u msahha n-natura konsumatrici ta’ kull wiehed u wahda minnha. Ironikament, taht il-kappa jew l-ghajta tal-umanizmu donna lkoll kemm ahna ninsabu skoragguti milli nassumu rwol produttiv, halli b’hekk tkun tista’ tibqa’ titmexxa ’il quddiem l-funzjonalità socjali tal-istituzzjonijiet. Dan donnu qieghed isir kemm fuq il-livell tal-politika b’p zghira u kemm fuq il-livell tal-politika b’P kbira. Ha nfisser x’irrid nghid b’dan.

L-umanizmu

Il-kelma “umanizmu” tigi mill-kelma Latina “humus”, li tfisser art jew trab, u li minnha tigi l-kelma “homo”, li tfisser bniedem (maghmul mit-trab tal-art; jigifieri mhux-alla). Ghaldaqstant, l-umanizmu jeghlem dak il-moviment kbir fil-Punent li kiber mis-seklu 15 ’il quddiem u li jqieghed lill-bniedem fic-centru ta’ kull kunsiderazzjoni socjali, politika, religjuza, ekonomika u l-bqija.

Hafna drabi, l-ghajta u l-promozzjoni tal-umanizmu jitqiesu bhala hwejjeg pozittivi, specjalment minn min hu ta’ xejra liberali. Illum, specjalment wara t-taqlib ideologiku li sehh fil-Punent minn nofs is-seklu 19 lil hawn, l-umanizmu sar kwazi kwazi religjon li l-kanoni dommatiku taghha huma d-drittijiet tal-bniedem.

Din ir-“religjon” spiccaw li jissiehbu fiha (u jhaddnu t-twemmin taghha) nies ta’ kull xejra politika immaginabbli, kemm jekk liberali u kemm jekk konservattiva. Hija l-“moda” taz-zmien, frott ir-revoluzzjoni industrijali, li hadd ma jista’ jqis lilu nnifsu civilizzat jekk jazzarda ma jitlghax fuq il-karru taghha. Hija l-lixka ewlenija ta’ zmienna.

Bhala lixka

Ftit minna tigihom f’rashom li anki l-umanizmu kien u ghadu tishiq ideologiku kkapparrat mill-qawwija tad-dinja biex jippromovu l-interessi taghhom. Tqies u ghadu jitqies bhala l-aqwa tikketta kontemporanja sabiex jinbieghu (jew jitbellghu) l-prodotti tal-istituzzjonijiet, kemm politici u ekonomici daqskemm socjali u religjuzi. “Ahna nhobbu l-bniedem; kull bniedem!” jghidulek. Imma ghalfejn jghiduh dan? Jghiduh sabiex huma jkomplu jahkmu fuq dahar kull bniedem, fuq dahar kull wiehed u wahda minna; sabiex ilkoll kemm ahna nibqghu naghmlu dak li jghidu huma u nitmexxew ’il fejn iridu huma.

Bil-modi distintivi taghhom (u forsi minghajr ma jridu), dan jaghmluh it-tradizzjonalisti kif ukoll il-liberali li jinsabu kemm fil-kamp socjalista daqskemm f’dak konservattiv. Fil-fatt, jaghmluh dawk kollha li, b’xi mod jew iehor, ghandhom interessi istituzzjonali f’kull qasam tal-hajja, inkluz dak socjali u religjuz.

Konxjament jew inkonxjament, dawk ta’ xejra leminija jinqdew bl-ghajta (jew il-lixka) attraenti tal-umanizmu sabiex izommu n-nies f’fasla dixxiplinata li tghin fit-tishih tal-istituzzjoni taghhom. Min-naha l-ohra, dawk ta’ xejra xellugija konxjament jew inkonxjament jinqdew bl-istess ghajta sabiex jiffacilitaw aktar fin-nies il-possibbiltà li jiffunzjonaw sewwa u ahjar fi hdan l-istituzzjonijiet.

Htiega ta’ tigdid

Fiz-zewg kazijiet, ir-rizultat huwa l-istess wiehed: individwi mahkuma mill-istituzzjonijiet u l-interessi taghhom; individwi li jaghmlu sens biss fi hdan il-fasla tal-istituzzjonijiet u l-objettivi taghhom. Ukoll, fiz-zewg kazijiet, it-teknika (jew it-tattika) hija l-istess wahda: b’diversi modi, kull persuna hija kostantement imhajra sabiex b’mod pacifiku u kooperativ tidhol fir-ritmu tal-fasal istituzzjonali (U, ghaldaqstant, kostantement skoragguta milli tichad jew tithajjar ma taghmilx dan)

Fi kliem iehor: kull persuna hija xi ftit jew wisq imgieghla ‘tikkonsma’ (taccetta jew taddotta ghaliha nnifisha) dak li l-istituzzjonijiet jaghtuha, u tfittex li d-definizzjoni socjali, politika, religjuza u ekonomika taghha nnifisha tkun biss skont il-parametri li l-istituzzjonijiet jippermettulha.

Dan narawh jigri kemm fuq il-livell tal-loghba politika li jaghmlu l-partiti partiggjani l-kbar (Politika bil-p kbira), kif ukoll fuq il-livell tal-hajja u l-ghajxien taghna ta’ kuljum (politika bil-p zghira). F’kull kaz, it-tkabbir u t-thaddim tan-natura tal-individwu bhala produttur la hija mixtieqa u wisq anqas inkoragguta. Kemm jekk it-tharrik liberu u kreattiv tieghu huwa dghajjef u ckejken, u aktar u aktar jekk huwa qawwi u wiesgha, l-individwu ghandu l-permess jopera u jiffunzjona biss fi hdan il-borduri u l-fruntieri istituzzjonali decizi ghalih.

Hu x’inhu l-kaz, l-individwu jibqa’ dejjem konsumatur. Produttur qatt. Il-produttur tibqa’ dejjem l-istituzzjoni. L-istituzzjoni ma ssir qatt konsumatur.

Din hi r-realtà taghna. Hija din li tehtieg l-ispirtu ta’ tigdid.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?