Il-Qassis tal-Belt

Fir-relazzjonijiet politici tal-Punent, it-tensjoni bejn dawk li gew biex jissejhu ‘liberalizmu’ u ‘tradizzjonalizmu’ aktarx taf it-twelid taghha fis-seklu 18 bl-izvilupp tal-filosofija empirista Britannika, jigifieri dik il-filosofija li ghaliha ghandu biss siwi dak it-taghrif li jigi mis-sensi. Kull teologija, nghidu ahna, li hija bbazata biss fuq ir-rivelazzjoni jew xi tip ta’ ispirazzjoni, bdiet titqies bhala semplici tnebbih jew tfettil ta’ mohh il-bniedem.

Sa seklu wara, din il-filosofija zviluppat f’hafna ghamliet ta’ azzjoni politika radikali madwar l-Ewropa kollha li tqiesu kuntrarji ghal kull awtorità politika li s-setgha taghha kienet imsejsa, aktar milli fuq xi mandat popolari, fuq teoriji xi ftit jew wisq religjuzi.

F’kuntest bhal dan, kwazi minghajr ma ried, kull nisrani kellu jirrevedi, xi kultant mill-qiegh, il-mod kif kien ihares lejn is-socjetà u t-twemmin baziku tal-fidi tieghu; kellu jaghmel kontijiet ma’ tliet fatturi ewlenin: it-tbatijiet u l-ingustizzji reali fis-socjetà (partikularment b’effett tar-revoluzzjoni industrijali); l-isfida ta’ sistemi intellettwali li cahdu lil Alla; u l-inkapacità tal-knejjes insara li, bazikament minhabba l-politika, jittraducu l-kmandament tal-imhabba f’vizjoni ta’ gustizzja.


Rumanz miftuh

Dun Gwakkin, qassis idealista zaghzugh u marradi, protagonista tar-rumanz gdid ta’ Gorg Peresso IL-QASSIS TAL-BELT (Horizons Publications), jippersonifika dan it-taqtigh. Fir-rumanz, li hu ambjentat madwar l-1848, Peresso jipprova jaqbad xi ftit il-mentalità prevalenti ta’ dak iz-zmien, specjalment ta’ nies li, bhal Dun Gwakkin, kienu ntertqin bejn sentimenti ta’ sottomissjoni u ta’ ribelljoni; bejn fedeltà ekklezjastika u fedeltà evangelika.

Kontra ma wiehed ghandu mnejn jistenna, il-grajja storika li tinsab fl-isfond tar-rumanz ma tittehidx bhala spunt (jew skuza) ghal riflessjonijiet li ghandhom relevanza attwali, izda pjuttost bhala motiv ta’ esplorazzjoni dwar kif kien igib ruhu qassis bhal Dun Gwakkin f’dawk iz-zminijiet.

Minkejja li hafna nies illum jistghu jaraw f’Dun Gwakkin xi xebh mal-qaghda affettiva u spiritwali taghhom―skomdi ghall-ahhar f’istituzzjonijiet mehdija bil-politika aktar milli bil-gustizzja―Peresso ma jippruvax jaghti soluzzjonijiet ta’ malajr. Pjuttost, jipprezenta alternattivi li, ghallanqas f’dan ir-rumanz, ihallihom ilkoll accessibbli l-istess.

Is-semplicità evangelika

Ir-rumanz ta’ Peresso, kif jghid l-awtur stess fid-dahla tal-ktieb, huwa speci ta’ parafrazi ta’ rumanz famuz iehor, dak li l-kittieb Franciz Georges Bernanos (1888–1948) hareg fl-1936: Djarju ta’ Qassis tal-Kampanja (mahdum film fl-1951). Minkejja x-xebh evidenti, Peresso donnu jishaq ferm aktar fuq aspetti ta’ natura politika.

Minbarra dan, fost hafna hwejjeg ohra z-zewg rumanzi jharsu lejn ir-realtà b’mod manikew, b’nies ‘hziena’ fuq naha u ohrajn ‘tajba’ fuq in-naha l-ohra. Il-moghdija minn naha ghal ohra tidher possibbli biss b’bidla totali ta’ attitudnijiet u personalitajiet. Triq tan-nofs mhemmx jekk mhux wahda ta’ tormenti kontinwi li, bhal f’Dun Gwakkin, aktarx jitnisslu mill-inkapacità li tittiehed decizjoni favur naha u mhux ohra.

Fl-ahhar mill-ahhar, Bernanos daqskemm Peresso donnhom jistqarru li, f’dinja ta’ taqtigh u tbatijiet, l-oghla gieh ghandu jinghata lis-semplicità evangelika. Hija biss din is-semplicità li kapaci tissupera l-inkomprensibbiltà, l-oppozizzjoni, il-firda, il-mibeghda u l-kattiverja li ggib maghha l-politika. Hija din is-sempicità li tista’ trodd is-sliem lit-tormenti.


Esperjenza spiritwali

Ir-rumanz il-gdid ta’ Gorg Peresso, IL-QASSIS TAL-BELT, mhuwiex biss miktub b’Malti mill-isbah, bi thaddim espert tal-kitba u bi profondità ta’ sentiment, imma huwa wkoll tieqa ckejkna ghal parti zghira mill-istorja ta’ Malta. Ilaqqaghna kemm ma’ personalitajiet bhal Nazju Falzon u Adeodata Pisani u kemm ma’ ohrajn anqas maghrufa li xi ftit jew wisq sawru bicca mill-grajja tal-poplu taghna.

Fuq kollox, ir-rumanz hu storja sabiha. Jista’ jghinna sabiex nirriflettu aktar dwar hajjitna llum, dwar l-ghazliet li nahtru, dwar il-kompromessi li jkollna naghmlu u dwar il-fedeltajiet li ghandna. Ktieb minn idejn Peresso huwa dejjem garanzija ta’ esperjenza spiritwali.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?