Il-gustizzja skont Cameron

Il-Qorti Ewropea ghall-Harsien tad-Drittjiet tal-Bniedem fi Strasburgu (tal-Kunsill tal-Ewropa) m’ghandhiex toqghod tahli z-zmien taghha billi tghasses fuq pajjizi li fihom il-Konvenzjoni Ewropea ghall-Harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem digà taghmel parti mil-ligijiet nazzjonali taghhom. Minflok ghandha tuza hinha ahjar u tiffoka fuq pajjizi Ewropej fejn il-Konvenzjoni ma taghmilx parti mil-ligijiet taghhom.

Qorti ghall-ohrajn

Dan kien l-argument ewlieni li ghamel nhar l-Erbgha li ghadda, 25 ta’ Jannar, l-Prim Ministru tal-Gran Britannja, David Cameron. Huwa qal dan fi Strasburgu fil-ftuh tas-sitt xhur li pajjizu ghandu fil-presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa (sa Mejju). Huwa sahaq li mhuwiex sew li pajjizi maghrufa sew ghall-harsien tad-drittijiet tal-bniedem―bhalma hi l-Gran Britannja―isirilhom indhil zejjed mill-Qorti ta’ Strasburgu.

Il-Qorti, qal Cameron, ghandu jkollha sistema ta’ prijoritajiet biex b’hekk tkun tista’ tiffoka fuq pajjizi fejn l-aktar li hemm bzonn li tiffoka. B’dan il-mod, pajjizi bhall-Gran Britannja u ohrajn li minn dejjem habbew id-drittijiet tal-bniedem u minn dejjem harsuhom bir-reqqa, jithallew bi kwiethom biex jaghmlu d-decizjonijiet taghhom minghajr indhil zejjed tal-Qorti. Il-Qorti ta’ Strasburgu, qal Cameron, mhijiex qed turi bizzejjed rispett lejn il-parlamenti ta’ pajjizi bhal dawn.

Skont Cameron, il-Qorti ta’ Strasburgu mhijiex qed thalli li certi gvernijiet nazzjonali―fosthom il-Gran Britannja―tiddefendi lic-cittadini taghha mit-terroristi u minn nies meqjusa perikoluzi. Lil dawn in-nies, il-Gran Britannja ma tridhomx ma saqajha; izda l-Qorti Ewropea mhijiex qed thalli li dawn jintefghu ’l barra.


Mhux kulhadd l-istess

Gimgha biss qabel dawn l-istqarrijiet tal-ghageb ta’ Cameron, il-Qorti Ewropea ghall-Harsien tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu ddecidiet li l-kjeriku Islamiku Abu Qatada, li l-Gran Britannja trid li jitlaq lejn il-Gordan, ma jistax jittellaq ’il barra minghajr ksur tad-drittijiet tieghu. Ghal Cameron, dan huwa indhil zejjed.

Ghal Cameron huwa wkoll indhil zejjed li l-Qorti Ewropea kemm-il darba ddecidiet li l-prigunieri fil-Gran Britannja ghandhom jithallew jivvutaw; izda dan id-dritt dejjem gie michud mill-gvern Britanniku.

Skont Cameron, hemm bzonn ta’ riforma fil-mod kif tahdem il-Qorti Ewropea halli ma toqghodx tindahal izzejjed f’decizjonijiet li jiehdu pajjizi “bil-ghaqal”. Skont hu, digà l-bicca l-kbira tal-pajjizi fil-Kunsill tal-Ewropa qablu ma’ dan; fis-sitt xhur li gejjin irid li dawn ir-riformi jsiru u jidhlu fis-sehh.

Dak li fil-prattika jrid Cameron hu li l-Qorti Ewropea tqis lil pajjizi bhall-Gran Britannja u xi ftit ohrajn bi privilegg filwaqt li l-attenzjoni tal-Qorti tinghata aktar lil pajjizi bhar-Russja, it-Turkija, l-Italja u r-Rumanija.

Fi kliem iehor, irid li l-gustizzja ma tkunx l-istess ghal kulhadd u li mhux kulhadd jitqies l-istess quddiem il-ligi. Dan hu perikoluz ferm. Fost bosta ohrajn, is-Segretarju Generali tal-Kunsill tal-Ewropa, Thorbjorn Jagland, qal mill-ewwel li l-prezunzjoni li pajjizi bhall-Gran Britannja ghandhom titqiesu fidili lejn il-Konvenzjoni ghad-Drittijiet tal-Bniedem filwaqt li pajjizi ohrajn ma jitqisux b’dan il-mod, hi azzardata. Strasburgu biss, zied jghid, tista’ tiddeciedi dan huwiex il-kaz.

Ftuh ghal abbuzi serji

Il-biza’ tieghi hi li gvernijiet ohrajn―fosthom taghna―jithajru minn dak li qal Cameron u jkunu jridu ghalihom ukoll il-privilegg li jrid ghal pajjizu. Nghid dan ghax l-argument tieghu digà kien intuza fl-imghoddi―anki mill-gvern ta’ Malta―biex icahhad id-drittijiet tal-bniedem f’kazijiet partikulari. Izda qatt ma sar fuq dan il-livell u b’tant decizjoni.

Allahares dak li qieghed jipproponi Cameron isehh. Ghax ikun ifisser li l-Qorti ta’ Strasburgu titlef is-setgha li jista’ ghandha fuq certi pajjizi li jilaghbuha tal-paladuni tad-drittijiet tal-bniedem. L-esperjenza turina li dan mhuwiex il-kaz u li qatt ma tista’ tafda bizzejjed gvernijiet li, minkejja li ghandhom rekord ta’ harsien tad-drittijiet tal-bniedem, ghandhom ukoll ksurijiet serji tal-istess drittijiet f’certi kazijiet partikulari.

Ir-riforma li jrid Cameron tkun tfisser disfatta enormi ghall-Qorti ta’ Strasburgu u wkoll ghall-Konvenzjoni Ewropea. L-accettazzjoni tal-principju li jrid li jiddahhal fl-amministrazzjoni tal-gustizzja fuq dan il-livell hekk gholi jista’ jiftah il-bieb ghal eccezzjonijiet ohrajn li jkunu ta’ dannu kbir ghall-harsien tad-drittijiet taghna lkoll bhala cittadini Ewropej.

_________________

Id-diskors shih ta’ Cameron jista’ jinqara hawnhekk: http://www.guardian.co.uk/law/2012/jan/25/cameron-speech-european-court-human-rights-full

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?