Dimech mill-gdid!

Xi whud jistaqsuni: ‘Imma kemm id-dinja se tippubblika xorti dwar Manwel Dimech!?’ Ikollhom ragun. Imma din id-darba ghandi xi haga tabilhaqq specjali. F’dan il-ktieb il-gdid, jien u Frans Galea se nohorgu fil-pubbliku ghall-ewwel darba kitba bl-Ingliz ta’ Dimech minn zmien l-ezilju tieghu.

Hija kitba li qatt ma harget qabel u li ghal hafna snin lanqas biss konna nafu li tezisti. Kulmin jghozz lil Dimech, jaqra l-kitbiet tieghu u jhobb isir jaf dwaru, ma jistax ― assolutament ma jistax ― ma jiksibx dan il-ktieb li hu fih innifsu mument ta’ siwi storiku u letterarju specjali.

Aforizmi

Bhalma jindika t-titlu tal-ktieb il-gdid ― MANUEL DIMECH: APHORISMS ― il-kitba ta’ Dimech li qeghdin nohorgu ghad-dawl ghall-ewwel darba hija gabra ta’ eluf ta’ ‘aforizmi’ li Dimech kitibhom direttament bl-Ingliz f’Lixandra fl-ahhar tliet snin tal-ezilju tieghu, bejn l-1917 u l-1920.

Xi jkunu ‘aforizmi’? Aforizma hija sentenza, aktarx qasira, li, bhallikieku b’nofs cajta jew b’tidwira intelligenti tal-kliem, tistqarr xi verità generali jew taghmel osservazzjoni bil-hsieb. Minnhom infushom, l-aforizmi aktarx johorgu, biex nghid hekk, mill-fomm ta’ nies b’ghajnejn ta’ seqer, b’mohh ta’ volpi u b’ilsien ta’ serp.

Mhux kull persuna intelligenti hi maqtugha biex tohrog bl-aforizmi. Ghax ghal dan it-tip ta’ tahdit tehtieg, mhux biss gharfien sewwa tal-kliem, u sengha biex tilghab bihom, imma trid ukoll mohh li ghandu l-hila specjali li jahbi dak li jrid jghid filwaqt li jghid dak li jkun qed jahbi.

Integrità u spiritwalità

Dimech kellu dawn il-kwalitajiet. Dan jurih b’mod car f’din il-kitba bl-Ingliz li kiteb hekk kif l-aforizmi gew f’mohhu ftit ftit. Izda l-aktar nara tal-ghageb fiha din il-kitba hija l-fatt li Dimech kitibha fi zmien ta’ dulur, pressjoni u tbatija enormi. Li kieku dan ma tkunx tafu, ma tintebahx biha mill-kitba.

Dan il-fatt jurina haga importanti dwar Dimech: l-integrità morali u l-profondità tal-ispiritwalità tieghu. Dimech ma kellux ruh ckejkna (jew pusillanima); bhalma jkollhom, nghidu ahna, nies bla sinsla li jibzghu minn dellhom u medhijin biss fil-hmerijiet zghar ta’ hajjithom.

Minn din il-kitba sabiha ta’ eluf ta’ aforizmi, Dimech johrog bhala bniedem ferm akbar mit-tragedja terribbli li kien qed jghix, u bil-wisq superjuri ghal min gieghel lilu u ’l familija tieghu ibatu turmenti bla qjies. F’din il-kitba, Dimech johrog bhala bniedem ta’ maturità enormi li, minkejja l-hemm tieghu tal-biza’, huwa ghal kollox iffukat fuq it-tkabbir tar-ruh, kemm tieghu kif ukoll ta’ haddiehor.

Il-process editorjali

Frans Galea u jien skoprejna l-manuskritti li fuqhom hdimna dan il-ktieb fl-2002 kwazi flimkien izda separatament. Ghal hafna snin, ma stajniex naccertaw l-awtenticità taghhom. Fi kliem iehor, ma stajniex inkunu mija fil-mija certi kinux ta’ Dimech jew le. Mhux biss ghax kienu bl-Ingliz (u Dimech qatt ma kiteb xoghol letterarju kbir b’dan l-ilsien), izda wkoll ghax kien hemm xi bicciet mill-kitba li ma kinux jaqblu mal-fatti storici li konna nafu bic-cert.

Imma mbaghad, seba’ snin wara, fl-2009, skoprejna manuskritt iehor li nehhielna kull dubju li seta’ kellna qabel. Dan kien manuskritt bl-Ingliz li Dimech kitbu sahansitra qabel l-ohrajn li konna sibna fl-2002. Fil-fatt, kien il-versjoni originali ta’ parti minnhom. B’hekk issa konna assolutament certi li l-manuskritti li kellna f’idejna kienu xoghol originali ta’ Dimech: l-ewwel xoghol letterarju maghruf tieghu bl-Ingliz u l-ewwel (u aktarx l-uniku) xoghol kbir letterarju tieghu minn zmien l-ezilju.

Sabiex wasalna biex nippubblikaw dan il-ktieb bl-aforizmi ta’ Dimech, htigilna niehdu mas-sentejn u nofs xoghol. Mhux biss ridna nkunu certi mill-fatti storici ta’ kif issawru l-manuskritti li ghamluh possibbli, imma wkoll ridna nezaminaw sewwa u b’reqqa kbira kull tentufa ta’ dawn il-manuskritti. Fi kliem iehor, ridna naghtu lill-pubbliku l-kitba ta’ Dimech fl-ghamla mill-isbah li biha sawwarha hu mad-disghin sena ilu. U hekk ghamilna.

Opra letterarja ta’ gieh

Personalment ― u nahseb li hawnhekk nista’ nitkellem ukoll f’isem siehbi Frans ― ninsabu grati hafna lejn l-amministraturi tas-Sensiela Kotba Socjali (SKS) ghall-appogg li tawna fit-thejjija ta’ dan il-ktieb li se jippubblikawlna. Kienu hekk gentili li, flimkien mal-aforizmi ta’ Dimech, talbuna ninkludu wkoll bijografija shiha tieghu bl-Ingliz ghal min m’ghandux ix-xorti jaqraha bil-Malti.

M’ghandix dubju li dan il-ktieb se jiehu post ta’ gieh, kif jisthoqqlu, mal-opri l-kbar tal-letteratura Maltija u mal-hazna ta’ gherf li digà ghandna minghand Dimech. Hija kitba differenti ghal kollox minn dak li Dimech kien kiteb qabel, u ghal din ir-raguni se zzid xi haga importanti hafna ma’ dak li nafu dwar hajtu, hsiebu u ghemilu.

Dan il-ktieb, ghaggel biex tixtrih; ghax jekk jispicca, jiddispjacik zgur.



Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?