“Ejja nirragunaw, ta!”

Din l-espressjoni ta’ spiss nisimghuha minn fomm in-nies. Biha, dak li jkun irid jghidlek li qieghed igib argumenti sodi fit-tahdit tieghu. Kemm ikun hekk tassew mhux dejjem tista’ tghid bic-cert. Izda bhala espressjoni hi sabiha. Ghall-anqas tistiednek biex id-diskors isir bis-sewwa u xi ftit jew wisq skont is-sens komun.

Xjenza fl-isem taghha

Din il-gibda ghal diskors bis-sens ghandna lkoll kemm ahna. Hadd ma jrid jisma’ hmerijiet, anki jekk xi whud mhux dejjem ikollhom il-hila jevitawhom. Izda ghall-anqas ix-xewqa hemm tkun. Dan aktarx ghax nafu li diskors bhal dan – diskors bis-sens – iwassal ghall-ftehim, ghar-rispett ta’ xulxin u, fuq kollox, ghas-sustanza ta’ hsiebna.

Ghal xi whud, din mhijiex biss gibda. Hija wkoll arti. Anzi, aktar minn hekk. Hi xjenza. Xjenza li ghandha wkoll isem. Tissejjah ‘filosofija’. Ghax il-kelma ‘filosofija’ tigi mill-Grieg u tfisser ‘imhabba’ (filo) ‘ghall-gherf’ (sofija). X’gherf hu? Gherf li nkunu nafu l-affarijiet kif inhuma tassew. Iswed fuq l-abjad.

Din hija xjenza li ilha tezisti eluf ta’ snin, kemm fl-Orjent Asjatiku, kemm fil-Punent Ewropew u kemm fin-Nofsihar Afrikan. Minn hafna u hafna snin ilu l-bniedem wera x-xewqa li jkun jaf dwar kollox u li jkun jkun jafhom sew, minghajr qerq u minghajr habi.

Ktieb gdid

Din ix-xewqa kienet tezisti Malta wkoll u ghandna evidenza cara u dokumentata ghaliha tal-anqas mis-seklu 16 lil hawn. Dwar din l-evidenza dalwaqt johrog ktieb gdid li jmexxik pass pass tul l-istorja ta’ pajjizna u jurik liema kienu whud mill-aqwa mhuh li pperfezzjonaw (jew ghall-anqas ippruvaw) din ix-xjenza msejha ‘filosofija’, jigifieri l-arti tal-hsieb.

Il-ktieb jismu “Malta’s Philosophy & Philosophers” (Il-Filosofija u l-Filosfi ta’ Malta) u se johrog ghall-ewwel darba fil-Fiera tal-Ktieb li se ssir il-gimgha d-diehla. Il-fiera tibda nhar l-Erbgha, 9 ta’ Novembru, filghaxija, u tispicca l-Hadd ta’ wara, 13 ta’ Novembru, filghaxija wkoll. Se ssir fis-Sala tal-Mediterrann ghall-Konferenzi, il-Belt.

Il-ktieb ktibtu jien, Mark Montebello, imma x-xoghol shih tal-produzzjoni tieghu sar minn hafna nies, kemm mil-lat ta’ kontenut u kemm mil-lat ta’ arti. Ghax dan hu ktieb specjali: huwa opra t’arti. Fih mijiet ta’ ritratti originali b’rabta ma’ pajjizna; fih prezentazzjoni li ggiblek ghajnejk wara widnejk. Hu ktieb sabih hafna li se johrog minn Pubblikazzjonijiet PIN.

Opra mill-aqwa

Dan il-ktieb ilu jissawwar hafna snin. Jekk tithajjar izzur il-Fiera tal-Ktieb ta’ din is-sena, hu hsieb li tasal wasla sas-sezzjoni tal-PIN ghall-anqas biex taghti titwila lil dan il-ktieb mill-isbah. Tara x’produzzjoni fih; kemm xoghol ha sabiex ingabar il-kontenut tieghu u sabiex inhadem. Fuq kollox, tara x’wirt kbir u sabih ghandu pajjizna fejn tidhol din ix-xjenza tal-filosofija.

Dan il-ktieb jinteressa kemm lil min studja jew qieghed jistudja l-filosofija, u kemm lil min m’ghandu ebda tahrig f’din ix-xjenza. Il-ktieb inkiteb apposta sabiex ikun jista’ jiehu gost bih kulhadd. Inkiteb ukoll sabiex ikun jista’ jaghti gost lill-barranin ukoll. Hekk, f’pubblikazzjoni wahda, ghandek mhux biss gwida ghall-aqwa hassieba Maltin, imma wkoll ghall-wirt kulturali u artistiku ta’ pajjizna.

Aktar minn hekk, il-ktieb huwa miktub b’tali mod li jista’ jghinek tirfina hsiebek stess. Ilkoll nafu nirragunaw, imma llkoll ghandna bzonn nitghallmu dak il-ftit aktar fid-dixxiplina ta’ hsiebna, le? Ghaldaqstant, dan il-ktieb jista’ jghinek taghmel dan ukoll.

Titlifx din l-opportunità biex tikseb opra mill-aqwa li jista’ jsebbah lil darek.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?