L-hena ta’ gnien

Waqt li l-politici jilaghbu noli bejniethom, waqt li l-ekonomisti jhabblu rashom bil-problemi li holqu huma stess, waqt li kemm-il gharef u gharfa jippruvaw jifhmu ahjar it-tghaffig li ghamilna fid-dinja, huwiex wiehed jew tnejn li jsibu l-ghaxqa taghhom f’xi rokna fejn xettlu l-gnien taghhom. ‘Kull gennien,’ jghid wiehed mis-seba’ ghorrief tal-mitologija Indù, Vixista, ‘warraf minn dak li hu finit u resaq daqsxejn aktar lejn dak li infinit.’

L-hena fil-harsien ta’ gnejna ssib li jinstab fid-dinja kollha. Aktarx huwa l-akbar fejn il-karozzi u l-bini honqu l-ambjent naturali li lkoll twelidna ghalih. Issibu wkoll fl-aqwa tieghu fejn il-genn u l-fernezija tal-hajja jghattnu l-hsieb tal-bniedem u jghaffgulu l-helsien ta’ go fih. Aktar ma nsiru magni, aktar ma nsiru qisna robots, aktar nigi maghfusin biex noqoghodu f’qafas, aktar il-gnien jiehu tifsiriet ta’ bicca genna ckejkna fuq l-art.

Cicerun, filosfu Ruman tal-ewwel seklu qabel Kristu, kien qal li ‘min ghandu gnien u librerija ma jonqsu xejn aktar.’ Ghalkemm kien gharef li ma harabx mid-dinja, gharaf sewwa li d-dinja – jigifieri l-hajja mignuna tal-bniedem – tista’ tabilhaqq twassalna biex ningarru mill-genn taghha, izda fuq kollox mill-artificjalità, l-ghaggla u t-taqtiegh li ghandha l-hila twebbilna bihom.

‘X’ghamilt mill-gnien li gie afdat lilek?’ jistaqsi l-poeta Spanjol tas-seklu l-iehor. Xi gnien hu dan? Hu l-gnien tal-ispirtu uman tieghek li tant kien sabih fi tfulitek u li aktarx maz-zmien hallejtu jmur ghal ruhu u jimtela’ b’haxix hazin, gebel u hmieg; l-ispirtu uman li d-dinja tobghod ghax tghir ghalih u trid teqirdu.

Kulmeta fil-Bibbja l-kittieb irid jaghti xbieha tal-grazzja ta’ Alla, dejjem jaghzel li jqabbilha ma’ gnien bil-fjur u z-zahar tieghu. Il-profeti Isaija, Geremija, Amos, Ezekjel u bosta ohrajn jaghzlu din ix-xbieha b’tifsira bhal din. Imbaghad ukoll bil-kontra, meta jridu juru l-hsara li l-bniedem igib fuqu nnifsu bid-dnub, arahom ixebbhulek ir-rovina mal-qerda tal-gnien, bhallikieku meta jinqerdu l-gonna tinqered ukoll il-fohrija ta’ Alla.

Darba wahda, sahansitra Gesù stess – irxoxt – jissejjah gennien (kipojros). Min jaf? Jista’ jkun biex nintebhu bis-sbuhija tieghu fis-seher tal-ambjent naturali, fis-sebh tal-ward u l-fjuri u fil-hlewwa tal-gonna. Aktar minn hekk, il-genna stess tissejjah ‘paràdisos’, jigifieri gnien. U mhux biss fil-Genesi, fil-Ktieb tan-Numri, fl-Ekklezjastiku u f’ghadd ta’ kotba ohrajn mir-Rabta l-Qadima, izda wkoll mill-Evangelisti Luqa u Gwanni, u wkoll minn San Pawl fit-Tieni Ittra lill-Korintin.

X’hasra llum hafna nies li jghixu fil-flettijiet ma jistghux igawdu aktar minn xi qasrija jew tnejn. U kemm, hafna drabi, ikunu prezzjuzi ghalihom, u bir-ragun! Dawk ix-xtieli umli, siekta, dipendenti ... huma biss xbieha tar-rabta ferm akbar taghna mal-holqien, mal-hajja tieghu u mal-Hallieq li sawru mix-xejn!

Il-gnien ckejken tieghi mhuwiex biex nahrab go fih. Anzi, huwa l-imkien fejn insib lili nnifsi. Fil-firxa zghira tieghu darba kellna mizbla; illum biddiltu fi gnejna li jghaxxaq ir-ruh, ghal min jaf iwieznu u jitghaxxaq bih. Bhal din il-gnejna tieghi hawn hafna fil-gzejjer Maltin. Ghal xi whud ma huma xejn li jisthoqqilhom it-tifhir jew l-istaghgib. Izda, fis-sewwa, kull bicca gnejna hi ta’ fohrija, ghax hi dejjem eqreb lejn ruhna aktar milli ruhna hi qariba lejha.

‘Li tghix hija li ggennen,’ kien qal Heidegger, il-filosfu Germaniz tas-seklu l-iehor. U l-kittieb tas-seklu ta’ qabel, Goete, Germaniz ukoll, kien qal li ‘l-gnien jirraprezenta lil kull habib jew habiba li jafuna minn gewwa u jaqsmu hajjithom maghna minghajr taqtiegh.

F’dinja mignuna l-gnien hu kenn ta’ sliem u roqgha ta’ talb.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?