It-taghrif u l-gherf

It-taghrif jigi mill-istudju; l-gherf jigi mit-talb. Wahdu wahdu, it-taghrif ma jwassalx ghall-gherf, ghalkemm l-gherf xi ftit jew wisq iserrah fuqu. X’differenza tghaddi bejn taghrif u gherf? Kif inhu li minn wahda tasal ghall-ohra. Ghax nghiduha kif inhi: hafna ghandhom kull xorta ta’ taghrif, izda ftit ghandhom l-gherf.

Il-piramida tat-taghrif

Fil-ktieb taghhom Sistemi Esperti tal-1998 (mahrug fl-Amerika), Joseph Giarratano u Gary Riley jaghtu dak li huma jsejhu l-‘gerarkija tat-taghrif’ (jew il-‘piramida tat-taghrif’). Din il-gerarkija jew piramida hija maghmula minn sitt saffi ta’ taghrif differenti, li kull wahda minnhom isserrah u tibni fuq ta’ qabilha.

Is-saff l-aktar ’l isfel, tal-qiegh, huwa dak tal-‘hsejjes’, li hu msawwar minn massa ta’ storbji minghajr tifsir. Is-saff ta’ fuqu huwa dak tal-‘fatti’ (‘data’ bl-Ingliz) li jigu misluta mill-hsejjes bla sura. Mis-saff tal-fatti jigi l-iehor ta’ fuqu: dak tal-‘informazzjoni’, fejn mill-fatti tinholq xi ghamla ta’ fasla u fehma. Is-saff li jmiss huwa dak tat-‘taghrif’, fejn l-informazzjoni tintuza sabiex issolvi l-problemi. F’dan is-saff insibu wkoll it-twemmin.

Saff aktar ’il fuq, insibu s-‘sopra-taghrif’ (‘meta knowledge’ bl-Ingliz), li huwa taghrif dwar it-taghrif. Fl-ahhar saff, imbaghad, insibu l-‘gherf’.

Il-process tat-taghrif

Mela: mill-hsejjes jigu l-fatti; mill-fatti, l-informazzjoni; mill-informazzjoni, it-taghrif; mit-taghrif, is-sopra-taghrif; mis-sopra-taghrif, l-gherf.

Huwa interessanti li, fil-ktieb taghhom, Giarratano u Riley ma jithaddtux dwar filosofija jew dwar xi dixxiplina intellettwali astratta ohra; jithaddtu dwar it-teknologija u t-tmexxija tal-kumpaniji. Fi kliem iehor, il-‘piramida’ taghhom ghandha finijiet prattici ghall-ahhar (u anki kummercjali).

Xjenzat iehor espert fit-teknologija tal-informatika, Richard Wurman, donnu xi ftit jew wisq isostni l-istudji taz-zewg xjenzati Amerikani. Fil-ktieb tieghu tal-2000, Anzjetà Informatika 2 (mahrug fl-Ingilterra), Wurman jghid li l-gherf huwa l-ahhar u l-oghla livell tal-process li bih nifhmu l-affarijiet. L-gherf, jghid, jigi meta nilmhu fasliet u sopra-fasliet (jigifieri fasliet ta’ fasliet) fit-taghrif li niksbu u li nuzaw.


L-gherf u t-talb

Fi kliem iehor, l-gherf mhuwiex sempliciment gabra ta’ taghrif mill-hemel informazzjoni u fatti li mohhna ghandu l-hila jahzen. Hafna nies ghandhom kull xorta ta’ taghrif, informazzjoni u fatti bhal dan; xi whud minnhom huma wkoll esperti fi frieghi ta’ dawn l-oqsma. Izda b’daqshekk ma jfissirx li ghandhom l-gherf.

Fuq nett ghedt li l-gherf jigi mit-talb. B’dan ma nifhimx biss talb religjuz. Nifhem kull xorta ta’ meditazzjonijiet u, aktar u aktar, ta’ kontemplazzjonijiet; ilkoll ta’ natura spiritwali (ghalkemm mhux necessarjament ta’ sura religjuza). It-talb li ghandi f’mohhi huwa ghemil affettiv (aktar milli sempliciment mentali) li jorbot mal-polz tal-hajja ta’ go fina u ta’ madwarna.

Talb bhal dan jibni, tabilhaqq, fuq il-fatti, l-informazzjoni u t-taghrif, imma jmur bil-wisq u bil-bosta lil hinn minnhom. Hdejh dawn jidhru bhallikieku kienu hwejjeg mejta u bla ruh.

L-gherf u r-rabtiet

Il-kwadru li ghazilt biex isieheb dawn il-kelmtejn huwa incizjoni sabiha tal-artist Franciz Francois Houtin. Fiha qisu juri s-‘sigra tal-hajja’ li ssawwar bhal maqdes. L-incizjoni tista’ facilment tittiehed bhal xbieha tal-gherf – gherf f’rabta mal-hajja u l-qdusija taghha. Ghax l-gherf jaghraf ir-rabtiet bejn kull ghamla u sura ta’ hajja, u ghalhekk mal-ghajn tal-hajja nnifisha.

Il-fatti, l-informazzjoni u t-taghrif – ukoll dawk religjuzi – izommuna marbuta mal-art. L-gherf, izda, jerfaghalna mohhna u qalbna lejn il-berah. Dawk itaqqluna; l-gherf iferrahna. Dawk izommuna fuq ix-xwiek; l-gherf, izda, iroddilna s-sliem.

Mhuwiex il-bniedem tat-taghrif li hu ta’ min jghozz. Izda l-gharef.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?