Bravu, Obama!

Fi tmiem is-sena li ghaddiet, il-President Amerikan, Barak Obama, irnexxielu jmexxi ’l quddiem ghadd ta’ legislazzjonijiet importanti. Dan m’ghamlux minghajr hafna taqtiegh il-qalb mar-rapprezentanti tal-poplu fil-Kungress u s-Senat Amerikan. Infatti, l-approvazzjoni tal-proposti ta’ Obama wrew kemm is-sistema legislattiva Amerikana hija problematika u sahansitra difettuza.

Tliet riformi kbar

Fi tmiem Dicembru li ghadda, is-Senat approva tliet proposti li Obama ressaq quddiemu. L-ewwel wahda, ghal habta ta’ nofs ix-xahar, kienet sabiex jiffranka lil kull cittadin Amerikan eluf ta’ dollari f’taxxi lill-gvern fis-sena. Minkejja l-oppozizzjoni harxa minn xi senaturi tal-partit tieghu stess, Obama ghamel din ir-rebha sinifikanti favur ic-cittadini z-zghar.

It-tieni legislazzjoni, ftit qabel il-Milied, kienet sabiex l-Amerika tiffirma trattat gdid nukleari (imsejjah START) mar-Russja. Il-President Demokratiku ta’ qabel Obama, Carter, snin ilu ma kienx irnexxielu jwassal lis-Senat sabiex jirratifika trattat simili. Obama irnexxielu bi ftehim qawwi mar-Repubblikani.

It-tielet legislazzjoni, ukoll ftit qabel il-Milied, kienet sabiex Obama jnehhi darba ghal dejjem il-htiega li persuna ghal suldat prospettiv mal-armata Amerikana tiddikjara hijiex eterosesswalità jew omosesswali. Qabel, permezz ta’ din il-htiega, ghexieren ta’ eluf ta’ zghazagh, kemm irgiel u kemm nisa, kienu jigu diskriminati u sahansitra mkeccija milli jservu ’l pajjizhom.

Demokratici stess kontrih

Obama rebah dawn it-tliet riformi sinifikanti wara kumbattiment politiku qawwi ma’ xi
Senaturi Repubblikani, imma wkoll ma’ bosta ohrajn Demokratici stess (mill-istess partit ta’ Obama). L-oppozizzjoni taghhom gieghlu lil Obama jittratta fit-tul u bil-qawwi sabiex irodd xi ftit minn dak li wieghed lill-elettorat Amerikan li tellghu fil-presidenza.

F’Marzu tas-sena li ghaddiet, Obama kellu kumbattiment feroci iehor sabiex jghaddi miz-zewg kmamar tar-rapprezentanti tal-poplu ligi ohra li riedet tipprovdi lic-cittadin Amerikan kopertura ghas-sahha fizika (li l-maggoranza tal-Amerikani ma kellhomx). Ir-Repubblikani opponew il-mizuri mixtieqa ta’ Obama, imma wkoll bosta ohrajn mill-Partit Demokratiku.

Tidher stramba. Wiehed jistenna li d-Demokratici jappoggjaw bil-qalb ir-riformi tal-President taghhom. Imma fl-Amerika ma jigrix hekk. Obama ma jiehu ebda passiggata fil-partit tieghu stess u n-negozjati tieghu jridu jsiru kemm mas-Senaturi tal-Partit Repubblikan daqskemm, jekk mhux aktar, ma’ dawk tal-Partit Demokratiku.

Presidenza dghajfa

L-approvazzjoni ta’ dawn l-ahhar tliet riformi, flimkien ma’ dik ta’ Marzu li ghadda, juri l-hila perswaziva ta’ Obama, imma wkoll id-dghufija tieghu bhala President Amerikan. Dan ghaliex, minkejja li rebah l-elezzjoni ta’ Novembru ta’ sentejn ilu b’maggoranza konvintenti hafna, xorta wahda, meta jigi biex jimplimenta dak li wieghed lill-elettorat, isib ma’ wiccu l-hajt tar-rapprezentanti tal-poplu, inkluz dawk tal-partit tieghu stess.

Evidentement, is-sistema nholqot sabiex il-President Amerikan ma jkunx jista’ jaghmel li jrid. Dan huwa tajjeb, anki jekk xorta wahda l-President Amerikan ghad ghandu hafna sahha f’certi aspetti. Però, meta jigi biex jimplimenta l-ligijiet, dik is-sahha kollha tmurlu. Il-President Amerikan irid ibaxxi rasu ghar-rieda ta’ mijiet ta’ senaturi li, kif wiehed jista’ jifhem, ghandhom l-agenda taghhom li mhux necessarjament taqbel ma’ dik tal-President.

Ghaldaqstant, is-sistema Amerikana, filwaqt li taghti certi poteri lill-President (bhal dawk amministrattivi), iddghajjfu hafna f’bosta oqsma ohrajn, fosthom dawk legislattivi. Ir-rebhiet li ghamel Obama s-sena li ghaddiet, ghalkemm sinifikanti hafna ghalih, specjalment ghall-elezzjoni presidenzjali li jmiss dalwaqt, min-naha l-ohra hlewlu hafna zmien prezzjuz li seta’ wzah ahjar b’rizq il-poplu.

Sistema stramba

Fl-ahhar mill-ahhar, sistema li nholqot sabiex thares lill-poplu Amerikan mill-abbuz presidenzjali donnha spiccat tithaddem kontra l-poplu stess. Obama kiseb maggoranza kbira ta’ voti minhabba l-programm li ppropona lill-poplu fl-elezzjoni generali, imma dan mhuwiex bizzejjed sabiex jimplimenta l-istess programm. Ikun ghad fadal triq twila hafna sabiex dan isir.

Is-sistema hija tabilhaqq stramba: programm ivvutat min-nies jista’ jitwaqqaf milli jsehh mir-rapprezentanti li nhatru mill-istess nies. Kemm dan jaghmel sens huwa kwestjonabbli.

Hu x’inhu, ghallanqas f’din l-ahhar sena Obama wera r-rieda qawwija tremenda tieghu li jkun ta’ gid ghall-poplu li hatru minkejja l-gambetti u l-bsaten fir-roti l-aktar mir-rapprezentanti tal-poplu li huma tal-partit tieghu stess. Sahansitra xi kultant wiehed jiehu l-impressjoni li, wara l-hatra tieghu, il-President jigi jifforma partit ghalih wahdu.

Jalla dawn ir-rebhiet ta’ Obama jwassluh ghal ohrajn sakemm jerga’ jikseb ir-riedni tal-pajjiz fl-elezzjoni li jmiss.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?