Paralleli Tunezini

Sa ftit aktar minn gimghatejn ilu, kollox kien jidher sew u trankwill gewwa l-gara taghna, it-Tunezija. Gvern stabbli, jahdem id f’id ma’ hbiebu, lokali u barranin; id tahsel ’il ohra. Istituzzjonijiet sodi fuq saqajhom; komplici mal-gvern. Il-fqir boghod mill-ghajn u boghod mill-qalb; igorr bil-kwiet. Religjon kuntenta bil-privileggi taghha. Imma f’hakka t’ghajn kollox inbidel … fuq zewg kaxxi tal-haxix u l-frott.

Mohamed Bouazizi

L-isem tal-mibki Mohamed Bouazizi se jibqa’ ghal dejjem marbut mal-qawma tal-poplu Tunezin li waqqa’ r-regim ta’ Zine al-Abidine Ben Ali. Bouazizi kien zaghzugh ta’ 27 sena; bejjiegh tal-frott u l-haxix minn fuq karrettun zghir fit-toroq ta’ Sidi Bousaid.

Bouazizi ma kellux possibbiltà ta’ impjieg fiss ghajr li jarma ghal rasu. Mill-ftit flus li kien idahhal kien jghajjex lilu nnifsu u l-familja kollha tieghu. Bl-gharaq ta’ gbinu kien sahansitra rnexxielu jhallas l-università ghal wahda minn hutu. Hadem minn mindu kellu ghaxar snin. Il-pulizija kienu ilhom imqabbda mieghu. Minkejja li ma kellux bzonn permess ufficjali biex ibiegh b’karrettun, xorta wahda kemm-il darba arrestawh ghalxejn u sahansitra kemm-il darba kkonfiskawlu l-karrettun b’kollox.

Ftit aktar minn gimghatejn ilu, il-Gimgha, 7 ta’ Jannar li ghadda, Bouazizi ssellef ftit flus biex ikun jista’ jarma l-karrettun tieghu. Dehret il-pulizija, fosthom wahda mara. Biex iqazzuha, il-pulizija umiljawh pubblikament. Minkejja li Bouazizi mar jaghmel rapport ghand l-awtoritajiet, hadd ma ried jisimghu. Ftit wara, kiseb ftit petrol u, quddiem il-kwartieri tal-gvern lokali, ta n-nar lilu nnifsu. Sa l-President Ben Ali nnifsu mar jarah l-isptar qabel ma radd ruhu!

Sorpriza mistennija

L-indinjazzjoni ta’ bosta zghazagh f’Sidi Bousaid qeghda kienet kbira. L-ghada tal-mewt tragika ta’ Bouazizi, marc pacifiku ta’ solidarjetà garrab attakki vjolenti mill-pulizija. Minn hemm, il-qawmien kontra d-“demokrazija” ta’ Ben Ali ha r-ritmu tieghu. Il-funeral tieghu ha ghamla ta’ protesta b’ghexieren ta’ eluf ta’ nies jghaddbu ghad-demokrazija falza tal-pajjiz. Imbaghad, f’bosta mkejjen, mhux anqas f’Tunez innifisha, il-poplu qal “Daqshekk!”

Sa gimgha wara l-mewt tragika ta’ Bouazizi, il-gvern ta’ Ben Ali kien waqa’ u spicca. Kien ilu jpappiha tlieta u ghoxrin sena.

Dan kien sorpriza kbira ghal kulhadd. Il-gvern kien jidher stabbli. Il-paci kienet issaltan kullimkien. L-investituri barranin kienu jqisu t-Tunezija bhala post sod fejn iqieghdu flushom. It-turisti (fosthom hafna Maltin u Ghawdxin) kienu jqisu l-pajjiz bhala post ta’ btala relattivament irhis u sabih. Il-gvern kien jiftahar li l-ekonomija tat-Tunezija kienet qed tikber bil-mod il-mod. L-istituzzjonijiet ewlenin kienu ghaddejjin zejt. Ir-religjon kienet trankwillament mhedija bir-ritwalizmi taghhom.

“Demokrazija” taparsi

Imma taht l-apparenzi sbieh, l-istorja kienet ferm u ferm differenti. Il-fqir kien minsi minn kulhadd. It-taparsi “demokrazija” u “tkabbir ekonomiku” ta’ Ben Ali kienu qed jithallsu bi prezz qares. Bosta affarijiet kienu kompici fid-“demokrazija” ta’ gvern li l-poter kien telaghlu ghal rasu u li kien sar ghami ghall-karba siekta tac-cittadin iz-zghir.

Il-prezzijiet kienu kontinwament qed joghlew bil-qajla l-qajl. Bhalma kienet qed taghmel ukoll l-inflazzjoni. Ir-rata tal-qaghad kienet fittizzja. Il-pulizija kienet qed issir dejjem aktar prepotenti u insidjuza. L-istituzzjonijiet ewlenin, bhal dawk tal-gustizzja u l-midja, kienu qed joghorku dahar il-gvern.

Aktar. L-investimenti barranin ma kinux qed jispiccaw f’halq kulhadd, imma aktar fil-but tal-qawwi. Il-korruzzjoni f’postijiet pubblici kienet ghaddejja galor. Il-liberajiet tal-poplu kienu qed jitnaqqru bil-mod il-mod. It-turisti kienu ghal kollox ghomja ghall-qaghda tal-biki tal-poplu z-zghir. Ir-religjon ewlenija tal-pajjiz kienet seba’ mili ’l boghod milli jkollha kuxjenza socjali. Ix-xoghol prekarju u atipiku kien sar ir-regola tal-pajjiz. L-oppozizzjoni kienet kwieta kwieta tistenna s-siegha taghha biex tiggverna.

X’jigik f’mohhok?

Din id-“demokrazija” taparsi, mizmuma b’komplicità ta’ dawn l-elementi kollha flimkien, tfakkret lill-Algerini, l-Egizzjani, ir-Rumeni u aktarx lil popli ohra wkoll f’“demokraziji” ohrajn hi huma mlewna minn elementi simili.
L-ideali demokratici, ghalkemm ivarjaw minn lok ghal iehor, huma gholjin hafna. Il-moghdijiet ghalihom joffru kull ghamla u sura ta’ opportunitajiet li jistghu jigu abbuzati daqskemm sfruttati. Fejn se jaslu t-Tunezini bil-qawmien taghhom ghadu mhuwiex maghruf.

Xorta wahda, minn hawnhekk, inhoss id-dmir li nuri solidarjetà mal-isforz qalbieni taghhom.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?