Faqar dejjem akbar

Fit-13 ta’ Dicembru li ghadda, l-Eurostat, id-dipartiment tal-Unjoni Ewropea li tiehu hsieb l-istatistici tal-komunità, xandret ghadd ta’ statistici dwar il-faqar u l-eskluzjoni socjali fil-pajjizi Ewropej. L-indikazzjonijiet li tat Eurostat juru li l-faqar f’Malta qieghed dejjem jizdied. Li hu aghar hu li, jekk tibqa’ tithaddem l-istess politika ekonomika u socjali, jidher li l-faqar fil-gzejjer Maltin se jizdied aktar.

Preokkupazzjoni xierqa

L-istatistika li tidher hawnhekk gbartaha min-numri li taghti l-Eurostat fuq il-website taghha. Il-percentwali ghal dawk fil-gzejjer Maltin li jinsabu fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar inghataw hekk: ghall-2006, 12.5% tal-popolazzjoni; ghall-2007, 13%; ghall-2008, 13.3%; ghall-2009, 14.8%. Maqlubin f’numri ta’ persuni, dawn il-percentwali jigu kif jidhru fit-tabella li tajt. Ir-rata ghall-2010 hija mahduma fuq il-medja ta’ zjieda fis-snin ta’ qabel.

F’diskors li ghamel dak in-nhar stess li thabbru dawn l-istatistici mill-Eurostat, il-President ta’ Malta, George Abela, wera l-preokkupazzjoni tieghu dwar ir-rata dejjem tizdied tal-faqar f’Malta. Huwa osserva li d-distakk bejn is-sinjur u l-fqir fil-gzejjer Maltin qieghed kulma jmur dejjem jizdied. Osserva wkoll li xi mizuri li hu stess kien ippropona sena qabel biex dan id-distakk jitwaqqaf, bhall-holqien ta’ Kunsill tal-Istat, il-gvern baqa’ ma wettaqhomx.

Naturalment, il-preokkupazzjoni mhijiex tieghu biss. Li pajjizna jkollu 61,500 ruh fi stat ta’ faqar mhuwiex accettabbli. Wisq anqas ma huwa accettabbli li ta’ kull sena qieghed ikollna zjieda ta’ madwar 2,300 ruh li jsibu ruhhom fi stat ta’ faqar. B’din ir-rata, ghallanqas bicca sew mill-poplu Malti riesqa lejn zminijiet tassew koroh.

Konsolazzjonijiet insensati

Biex jikkonslaw xi whud ihobbu jiftahru li, minkejja dawn in-numru tal-wahx, f’Malta u Ghawdex m’ghandniex tallaba. Ovvjament, it-tallaba qatt ma marru wara bieb dawn in-nies biex jitolbuhom l-ikel, l-ilbies jew il-flus. Izda ohrajn, bhal diversi sacerdoti jew kappillani, jistghu jixhdu li l-affarijiet mhumiex hekk. Tallaba hawn u l-ghadd taghhom qieghed dejjem jizdied b’rata li, ghalkemm relattivament bil-mod, hija preokkupanti ferm.

Ohrajn ihobbu jikkonslaw (din instemghet fuq diversi mezzi tax-xandir) li, ghalkemm Malta ghandha dawn il-fqar, però ninsabu f’qaghda tajba meta nitqabblu mal-medja ta’ faqar fl-Ewropa. Xi whud ihobbu jzidu wkoll li ghallanqas m’ahniex f’qaghda hazina daqs ta’ certi pajjizi ohra, bhall-Latvja, ir-Rumanija jew il-Bulgarija.

Dawn huma konsolazzjonijiet bla sens. L-aktar l-aktar meta wiehed jikkunsidra li r-rati ta’ faqar qeghdin dejjem jizdiedu. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni turi li ghandna marda li qieghda tikolna minn gewwa u, jekk xejn, tista’ tilhaq proporzjonijiet li minn preokkupanti jsiru allarmanti. Li nqabblu lilna nfusna ma’ min sfortunatament jinsab aghar minna ma jsolvi xejn.

L-ingustizzja tal-faqar

Hu evidenti li l-problema ewlenija hi strutturali. Il-pajjiz qieghed ihaddem politika li b’mod car mhijiex qieghda tahseb f’kulhadd. Mhux biss ghandna dejjem aktar nies qeghdin jaqghu f’livelli inaccettabbli ta’ ghajxien, imma ghandna wkoll lil min fuq in-naha l-ohra tal-iskala qieghed jistaghna zzejjed. Fil-fatt, l-istatistici tal-Eurostat mhux biss juri li min hu l-aktar ’l isfel fl-iskala ekonomika qieghed jaqa’ dejjem aktar ’l isfel, imma wkoll li min hu ’l fuq fl-iskala tiela dejjem aktar ’il fuq.

Kien ghal dan li rrefera l-President meta qal li d-distakk bejn is-sinjur u l-fqir qieghed dejjem jizdied. Issa din mhijiex kwestjoni ta’ differenza bejn hawtiela u ghazziena. Hija kwestjoni ta’ politika governattiva mhux biss hazina imma wkoll ingusta. Il-61,500 persuna fqira fil-gzejjer Maltin mhijiex vittma ta’ mument difficli jew sitwazzjonijiet imwieghra. Hija vittma tal-ingustizzja.

L-gherq ta’ din l-ingustizzja jinsab fil-fatt li l-politika mhaddma attwalment qieghed tivvantaggja lis-sinjur u tizvantaggja bil-kbir lill-fqir. Dan turih iz-zjieda ta’ 2,300 persuna fqira gdida fis-sena. Kemm il-2,300 persuna ghandna Malta? Bil-mod il-mod, dan it-tinwir se jilhaq lil hafna minna aktar malajr milli nistghu nahsbu.

Rimedji mehtiega

Fid-diskors tieghu, il-President kien qal li “rridu nidhlu ghal impenn kollettiv biex nippruvaw insibu l-metodi prattici biex jinstabu r-rimedji”. Ma nafx kienx qieghed jghid ghalina lkoll, jekk hux ghall-politici jew jekk hux ghall-gvern biss. Jien ma nistax nara kif jien u int (jew il-politici kollha, jekk nigu f’dan) nistghu nsibu rimedji bhal dawn. Nahseb li huwa l-gvern li jrid isib ir-rimedji. U minn kif jidhru l-affarijiet, ma tantx jidher li l-gvern ghandu xi rieda li jibdel ir-rotta.

Il-fatt jibqa’ li l-faqar zdied f’dawn l-ahhar snin u, mid-dehra, se jibqa’ jizdied fis-snin li gejjin. Din mhijiex xi prospettiva sabiha hafna. Jiena jidhirli li dawk l-istituzzjonijiet li f’dan il-pajjiz ghandhom setgha u rizorsi bizzejjed biex jaghmlu xi haga, ahjar ixammru l-kmiem kemm jista’ jkun malajr qabel ma, wara kollox, jerga’ jibda jkollna tassew it-tallaba fit-toroq!

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?