L-abbozz tal-Parowl

Fit-28 ta’ Novembru li ghadda, il-Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, Dr Karm Mifsud Bonnici, habbar abbozz ta’ ligi li tintroduci s-sistema tal-parowl f’Malta. L-ghada, is-Sur Joe Gerada, kelliemi ghall-Ministeru, ta aktar dettallji dwar dan it-tant mistenni abbozz.

Stennija ta’ snin

Il-hidma ghall-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta bdiet mill-organizzazzjoni Mid-Dlam ghad-Dawl fis-sajf tal-2005, jigifieri mal-hames snin u nofs ilu. Tul dawn is-snin, saru hafna sforzi u attivitajiet, kemm privati, interni, pubblici u ufficjali, li, flimkien ma’ hafna xoghol iehor li ghamel haddiehor, wasslu ghal dan l-abbozz li dalwaqt ikollna quddiem il-Parlament.

Il-gvern prezenti kien ikkommetta ruhu li jintroduci l-parowl f’Malta fi Frar tal-2008, jigifieri tliet snin ilu, meta l-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, wieghed pubblikament li jintroduci l-parowl fil-legislatura prezenti (2008-13). F’Lulju ta’ wara, il-Ministru Mifsud Bonnici habbar pubblikament l-impenn tieghu f’dan ir-rigward ghall-ewwel darba.

L-abbozz li l-Ministru wieghed li se jipprezenta dalwaqt kellu jigi, skond il-Ministru stess, f’Gunju tas-sena li ghaddiet. Il-process ghall-approvazzjoni tieghu mill-Parlament jista’ jiehu mal-isbah sentejn. Dan ikun ifisser li jkunu ghaddew mat-tmien snin mill-ewwel hidma ghall-introduzzjoni tal-parowl f’Malta u mal-hames snin mill-ewwel thabbira tal-abbozz mill-Ministru. Minkejja dan, il-weghda originali tal-Prim Ministru tkun inzammet.

Eskluzjoni ingusta

Dwar dan l-abbozz imwieghed saru hafna u hafna u hafna diskussjonijiet ta’ kull tip u fuq kull livell. Ghalkemm ghadna ma nafux bl-ezatt x’se jkun fih, mit-taghrif prevju li nghata ftit aktar minn xahar ilu mis-sur Gerada nistghu niffurmaw idea vaga tal-kontenut tieghu.

Nafu, nghidu ahna, li l-prigunieri b’sentenza ta’ ghomor il-habs, immigranti illegali u l-prigunieri barranin kollha (li jsawwru aktar minn terz tal-popolazzjoni tal-habs) mhux se jkunu jistghu jgawdu mill-provedimenti tal-parowl.

Dan, jidhirli jien, huwa l-akbar nuqqas ta’ dan l-abbozz. L-ezercizzi kollha li saru fis-snin li ghaddew, anki fuq livell governattiv, biex dan ma jsirx, evidentement ma kellhomx l-effett li kien mixtieq. Nifhem li dan il-qasam tal-parowl huwa sensittiv hafna. Imma xorta wahda nahseb li kien ikun xieraq li tinghata xi ftit tal-attenzjoni lejn dawn il-kategoriji ta’ prigunieri.

L-eskluzjoni li saret inqisha ingusta u skorretta. Xi whud mill-prigunieri eskluzi huma fost dawk li l-aktar jehtiegu l-parowl. Terga’ u tghid, originarjament is-sistema tal-parowl inholqot proprju ghal xi whud tal-kategorija taghhom.

Rati ineffettivi

Minn dak li ntqal nafu wkoll li, sakemm jiddeciedi l-Ministru, il-prigunieri li jistghu jiehdu l-parowl isiru eligibbli ghaliha wara li jkunu skontaw 58% tas-sentenza (jew akkomulazzjoni ta’ sentenzi) taghhom. Wara, prigunieri b’sentenza ta’ bejn sena u sentejn habs se jkun eligibbli ghall-parowl wara terz tas-sentenza tieghu; u dawk b’sentenza/i ta’ bejn sentejn u hames snin habs, wara nofs. Dawk b’sentenza/i ta’ aktar minn hames snin, jibqghu jridu jiskuntaw 58%.

Dawn ir-rati aktarx mhumiex realistici. Meta mqabbla ma’ dawk tas-sistema tar-remissjoni li tezisti llum, dawn ir-rati jfissru li, meta tghaddi l-ligi tal-parowl, kwazi kwazi l-prigunier se jmur minn taht. Mid-differenza bejn is-sistema tar-remissjoni u dik tal-parowl hemm biss xahar gwadann fis-sena. Barra minn hekk, filwaqt li prigunier huwa prattikament cert mill-kisba tar-remissjoni, mill-parowl ma se jkun qatt cert huwiex se jiksibha jew le.

Dan aktarx se jzid l-incertezza fil-hajja tal-prigunieri u l-familji taghhom. U hija din l-incertezza l-aktar element li jtellef ir-reabilitazzjoni ta’ prigunier. Huwa car li l-komputazzjoni ta’ dawn ir-rati, filwaqt li nholqu ghal ragunijiet politici, ma jaghtux kas tal-aspett psikologiku tas-sitwazzjoni tal-prigunier.

Effett kontro-producenti

Dawn iz-zewg elementi jistghu joholqu effetti kontro-producenti ghall-iskopijiet li tixtieq il-ligi tal-parowl. L-ewwelnett, ghaliex minhabba l-eskluzjoni taghhom mis-sistema tal-parowl, kwazi nofs il-prigunieri mhumiex se jibbenefikaw mill-mizuri riabilitattivi li qeghdin jintrabtu mas-sistema.

It-tieni, ghaliex lin-nofs l-iehor, is-sistema mhijiex se toffri incentiv bizzejjed, u dan jista’ jaghmel difficli hafna l-isforzi kollha li se jsiru fir-rigward tar-riabilitazzjoni.

Wiehed jifhem li ligi bhal din ghandha ssir b’kawtela kbira u bi prekawzjonijiet xierqa, izda min-naha l-ohra, minkejja dawn, lanqas m’ghandha xxejjen il-marginu ta’ beneficji li jista’ jkollha, kemm ghall-prigunieri u kemm ghall-operaturi tas-sistema.

Hija hasra li pass bhal dan aktarx se jsir b’trepidazzjoni.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?