Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 4

Il-gimgha li ghaddiet rajna li l-ghajxien ma’ haddiehor spiss jitlobna nissagrifikaw aktar milli jmisna. Hemm periklu kostanti li, filwaqt li ninbidlu biex l-ghajxien taghna ma’ haddiehor ikun dejjem aktar possibbli, nitilfu dak li hu prezzjuz ghall-kuntentizza ta’ ruhna u ghall-integrità tal-personalità taghna.

Istituzzjonijiet

L-immoralità li tippoza bhala virtù tiehu hafna suriet, izda fil-qiegh nett hija dejjem l-istess: hija ssostni u tiggustifika filosofija ta’ istituzzjonalizmu mehdi bih innifsu li jaqdi lilu nnifsu. Hija moralità li tissagrifika l-immaginazzjoni tal-individwi li jiffurmaw il-gemgha li jhaddnuha ghall-interessi bazikament politici taghha stess.

Fuq kollox, hija moralità tal-apparenzi: li tishaq fuq il-ghamla aktar milli fuq is-sustanza; li ma tinteressax ruhha mis-shuhija tal-kuxjenzi jew mis-safa tal-intenzjonijiet daqskemm mill-konformità esterjuri u mill-korrettezza tal-qoxra ta’ barra. L-interess uniku taghha hija li l-istituzzjoni b’xi mod tiffunzjona u tittrijunfa; x’hemm minn taht, jew x’inhu s-sugu tal-agir li tapprova u theggeg, ma jinteressahiex direttament.

Mhuwiex kumbinazzjoni li huma l-akbar istituzzjonijiet li jaddottaw moralità apparenti bhal din, specjalment dawk l-aktar istituzzjonijiet vojta li nsew l-iskop ghalfejn twaqqfu u ghalxiex jezistu. Infatti, aktar ma istituzzjoni titbattal mis-sustanza taghha (jekk qatt kellha), aktar toghxa f’moralità tal-pozi, il-pretensjonijiet u l-maskerati. L-immoralità taghha, murija u mxandra bhala virtù, anki jekk apparenti, hija l-espressjoni l-aktar sublimi tar-redikolozità taghha.

Biza’

Hi virtù li persuna taghzel li ma tghixx moralità bhal din; li taqtaghha li, fi hdan taghmira ta’ agir li hu morali b’mod apparenti biss, taghzel li tghix hajja tabilhaqq morali b’mod ‘immorali’. Li persuna tkun ‘immorali’ f’dan is-sens―jigifieri b’dissens―jaghmilha persuna li aktarx trid thares l-immaginazzjoni u l-kreattività taghha, izda fuq kollox l-integrità morali taghha.

Xi whud kapaci jibzghu jkunu virtosament immorali. Dan hu komprensibbli. Ghax kull migemgha li tippoza bhala morali minghajr ma hi taghmilha difficli hafna biex individwi minn hdanha jitilqu l-moralità apparenti taghha u joholqu taghmira morali ghal rashom. Mhux biss, izda wkoll, f’kazijiet bhal dawn, tuza l-istess taghmira immorali taghha biex thedded u sahansitra tikkastiga lil dawn l-individwi.

Imma ghandu jkun hemm aktar biza’ filli persuna titlef l-integrità morali taghha milli toqghod ghal taghmira immorali u vizzjuza. Ghax hu ahjar (u jaghmel lill-persuna aktar hiena) li tkun fidila lejha nnifisha (u, ghalhekk, lil Alla) milli lil istituzzjoni ta’ pozi u falzitajiet. Bniedem li jippoza huwa profondament miskin.

Awtenticità

Kull bniedem ghandu jfittex li joqghod ghal dik l-ghamla ta’ virtù li hi giddieba u ghajjura. Bil-maqlub, ghandu jfittex dejjem u f’kull cirkustanza li jorbot l-attitudnijiet u d-decizjonijiet tieghu ma’ dak li jtuq l-ispirtu integru tieghu, ikunu xi jkunu l-konsegwenzi li jkollu jgarrab u joqghod ghalihom minhabba fl-ghazliet tieghu.

Ebda bniedem m’ghandu joqghod ghal ebda falzità, hi kemm hi msahha u sostnuta minn istituzzjonijiet b’sahhithom. Ebda bniedem m’ghandu obbligu bhal dan, la uman u lanqas divin. Anzi, hu dmir kull bniedem―dmir naturali―li ma jkunx falz u li ma joqghodx ghal taghmiriet ta’ moralità giddieba u vizzjuza.

‘Immoralità’ bhal din hi virtù; vizzjozità bhal din hi l-qalba tal-moralità. Ghax, bhalma ghedt fil-bidu, it-tifsira tal-moralità hija hija proprju din: li tikkonsisti fi principji li joforqu bejn ghemil tajjeb u ghemil hazin. Ghaldaqstant, hu hazin li persuna tbiegh ruhha lil xi istituzzjoni. Hu hazin li persuna tqis lilha nnifisha inferjuri ghal xi istituzzjoni. Hu hazin li xi persuna zzomm li l-bniedem ghandu jkun ghall-qadi tal-istituzzjoni flok l-istituzzjoni ghall-qadi tieghu.


Gheluq

Persuna m’ghandha qatt tiddejjaq, tibza’ jew thossha aghar minn haddiehor ghax thaddan ‘immoralità’ li taghzilha minn moralità vizzjuza. Pjuttost ghandha titmezmez minn taghmira ta’ moralità li ccekken ir-ruh u jqasqsilha l-gwienah tas-sbuhija taghha. Bil-maqlub, persuna bhal din ghandha thossha dejjem hienja li l-awtenticità u l-integrità taghha qieghda tiddefendihom u tipprova tharishom kemm jista’ jkun.

TMIEM


Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?