Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 2


Il-gimgha l-ohra rajna li kull migemgha ta’ bnedmin ghandha taghmira (jew gabra) ta’ principji morali li timxi fuqhom. Dawn il-principji mhux dejjem ikunu ghal kollox integri. Persuna m’ghandha qatt iccedi l-fakultà taghha li tistharreg dawn il-principji u tara jixirquliex bhala bniedem.

Skopijiet

L-iskop ta’ kull moralità―jigifieri ta’ x’inhu tajjeb jew hazin li wiehed ghandu jaghmel―irid jinftiehem fi hdan il-raguni ghala l-bniedem jghix. Il-moralità, speci, hi t-triq li twassal ghal destinazzjoni preciza, li hi r-raguni ghala naghmlu jew ma naghmlux xi haga fil-hajja taghna.

Din id-destinazzjoni hi li, sakemm ninsabu fid-dinja u ghandna gharfien taghna nfusna, inkunu kemm jista’ jkun kuntenti (hu x’inhu dak li nahsbu li jista’ jigri wara li mmutu). Din il-kuntentizza tinvolvi l-personalità shiha taghna: fizikament, emozzjonalment u mentalment. Din il-kuntentizza m’ghandhiex tinftiehem f’sens sempliciment senswali jew edonistiku, izda aktar u aktar mentali u affettiv.

Destinazzjoni ta’ kuntentizza bhal din mhijiex xi haga li tikkoncerna l-gens uman kollu JEKK MHUX, l-ewwel u qabel kollox, ma tkunx tikkoncerna lil kull wiehed u wahda minna individwalment. L-iskop IMMEDJAT tal-moralità mhuwiex li d-dinja KOLLHA tkun kuntenta, imma li kull wiehed u wahda minna, individwalment, inkunu kuntenti. Fl-ahhar mill-ahhar, ma jistax ikollok kuntentizza kollettiva minghajr ma l-individwi li jikkostitwixxu dik il-kollettività ma jkunux kuntenti.

Kuntentizza

Kuntentizza individwali tfisser fuq kollox li kull wiehed u wahda minna jkollna r-rikonoxximent taghna nfusna u ta’ haddiehor li ghandna, qabel xejn, DRITT NATURALI inkunu kuntenti u, ghaldaqstant, li ghandu jkollna l-libertà li niksbu dik il-kuntentizza minghajr tfixkil ta’ hadd (u minghajr ma ahna stess infixklu lil haddiehor milli jaghmel li jista’ sabiex jikseb il-kuntentizza tieghu).

Din il-kuntentizza tirrigwarda l-hajja kollha taghna b’mod generali u tiddependi fuq il-valuri u l-attitudnijiet li nhaddnu, kif ukoll fuq l-ghazliet u d-decizjonijiet li naghmlu. Ghalkemm dawn ghandhom siwi individwali ghal kull wiehed u wahda minna, necessarjament jirrelataw ma’ dawk li nsibu madwarna fil-hajja socjali li nghixu.

Fi kliem iehor, il-moralità individwali taghna ghandha rabta mill-qrib mal-moralità kollettiva, u ma nistghux ma nigux influwenzati minnha. Anzi, din tal-ahhar aktar minn hekk taghmel. Bosta drabi ggibna f’pozizzjonijiet, sitwazzjonijiet u cirkustanzi li fihom ikollna nagixxu bhalma tghidilna jew jamrilna, ukoll jekk dan ma joghgobniex; kontra r-rieda taghna.

L-immaginazzjoni

Il-moralità maggoritarja, jigifieri dik li tkun prevalenti madwarna fil-qasam socjali, taghfas u tahdem fuq l-immaginazzjoni taghna. It-taghmira morali l-hin kollu tipprova xxejjen l-immaginazzjoni taghna sabiex nikkonformaw maghha. Ghalkemm hafna jirrezistuha f’affarijiet ckejkna, fil-hwejjeg l-ohra, u fil-bicca l-kbira tal-kazi, jispiccaw jagixxu kif tamrilhom u timponilhom hi, ukoll jekk forsi ma jkunux jaqblu maghha ghal kollox.

L-immaginazzjoni taghna hija s-sigriet tal-individwalità li ghandna. Xejjen lilha u xxejjen id-dimensjoni artistika u kreattiva fl-individwu, u ggibu tal-istess fasla ta’ haddiehor. Fl-ahhar mill-ahhar, l-ghan ta’ kull taghmira morali hu DAN li, bil-mod kwiet, kostanti u persistenti taghha, tipprova taghmel il-hin kollu. Jigifieri li ggib il-hsieb u l-attitudnijiet tan-nies inixxu u jigru f’direzzjoni wahda; ixxejjen, jew ghall-anqas tnaqqas, l-immaginazzjoni taghhom sabiex ma jikkontradixxix l-amar taghha.

Dan huwiex xi pjan mohbi jew xi komplott mistur. Huwa l-mod normali ta’ kif tahdem taghmira bhal din li, bhalma jqisu hafna, ahna, bhala bnedmin, ma nistghux nghaddu minghajrha, jekk mhux ghal kollox, ghall-anqas b’xi sura jew ghamla imqar zghira taghha. Minnu nnifsu, huwa l-ghajxien socjali stess li jitlob dan. Ghax mhuwiex esperjenza ta’ nies li qeghdin jghixu wahedhom, indipendentement minn xulxin, imma lkoll flimkien. Ghaldaqstant, jehtiegu xi ghamla ta’ ftehim li jghaqqadhom.

Agir alternattiv

Il-gimgha d-diehla naraw kif u ghaliex xi kultant hu dmir taghna li nsibu u naghzlu agir morali alternattiv ghal dak li tipproponielna s-socjetà ta’ madwarna, l-aktar meta dak li tipproponielna ma jkunx jixraq lill-integrità morali li ahna lkoll fid-dmir li nharsu.



Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?