Il-virtù tal-immoralità (jew L-immoralità tal-virtù) - PARTI 1

Biex nghixu ma’ haddiehor jehtieg li l-hin kollu ninnegozjaw u nibbilancjaw il-libertajiet li lkoll ghandna. Nippruvaw nghixu hajjitna b’rispett lejna nfusna filwaqt li nirrispettaw lil haddiehor, u nittamaw li haddiehor jaghmel l-istess. Izda xi kultant il-fasliet li nsibu rwiehna fihom jaghmlu dan il-process wiehed difficli, l-aktar meta jkunu fasliet li ma nistghux nehilsu minnhom kif gieb u lahaq, u meta r-rispett lejna nfusna ssir taqtiegha aktar milli don.

Huma x’inhuma l-fasliet morali li tghix fihom, kull persuna jehtieg li dejjem thares id-dritt naturali taghha li tghix kuntenta. Waqt li ninnegozjaw u nibbilancjaw il-libertajiet taghna u ta’ haddiehor, haga wahda tibqa’ suprema: dik li nharsu l-integrità taghna. Minghajr din, inkunu tlifna l-akbar valur li l-hajja taghna jista’ jkollha.

Ftit tifsir

It-tifsira klassika tal-moralità hija li tikkonsisti fi principji li joforqu bejn ghemil tajjeb u ghemil hazin. Ghaldaqstant, l-immoralità hija dik il-kwalità ta’ agir li mhijiex skond dawn il-principji. M’ghandniex xi nghidu, dan kollu jiddependi ghal kollox fuq liema principji jikkostitwixxu moralità partikulari. Jekk il-principji huma fihom infushom hziena, l-ghemil it-tajjeb isir hazin, u l-ghemil hazin isir tajjeb. Bl-istess mod, il-moralità ssir immorali, u l-immoralità ssir morali.

Ha niehu l-ezempju tal-isteralizzazzjoni sforzata tal-Lhud min-Nazi. Il-principju morali kien li huwa tajjeb li l-Lhud ma jirripproducux lilhom infushom u, ghalhekk, huwa wkoll tajjeb li ggeghilhom jigu sterilizzati. Il-principju kien accettat min-Nazi bhala wiehed tajjeb.

F’kaz bhal dan, kien meqjus bhala moralment virtuz tagixxi skont dan il-principju u, ghaldaqstant, immorali li ma ssegwihx. Izda jekk, ghal diversi ragunijiet, dan il-principju jitqies bhala wiehed hazin, allura kien ikun virtuz tkun immorali u ma tagixxix skont dan il-principju. B’implikazzjoni, kien ikun moralment virtuz li ma ssegwihx.

Taghmira ta’ principji

Barra dan il-principju morali, in-Nazi kellhom taghmira shiha ta’ principji morali simili; ilkoll meqjusin virtuzi u tajba. Minghajr ma nidhlu fid-dettalji u l-mertu tal-kaz partikulari taghhom, fil-fatt dik it-taghmira li haddnu setghet titqies kollha kemm hi immorali u hazina. F’dan il-kaz nistghu nghidu li l-moralità taghhom kienet immorali, u l-virtuijiet taghhom vizzjuzi. Fi kliem iehor, l-immoralità kienet meqjusa virtù, u l-moralità vizzjuza.

Ghalhekk, kien fil-fatt virtuz―anki jekk meqjus vizzjuz―li tghix immoralment (kontra l-morali taghhom) u ma tagixxix skont dik l-hekk imsejha virtù.

Kull socjetà, mhux dik Nazista biss, fiha t-taghmira tal-principji morali taghha, u kull socjetà tqis it-taghmira morali taghha bhala virtuza u tajba. F’kull socjetà, li xi hadd ma jghixx skont dik it-taghmira jigi meqjus bhala immorali u vizzjuz; jissejjah virtuz biss dak l-agir li jkun skont il-principji morali li jitqiesu tajba.

Ovvjament, jekk it-taghmira tkun tajba, allura hu virtuz tghix biha. Izda jekk, bhal fil-kaz estrem tan-Nazi, tkun hazina u meqjusa biss bhala xierqa, allura hu virtuz tkun immorali.

Tizwiqa ta’ agir

F’kaz bhal dan, fejn ikollok sitwazzjoni li fiha l-immoralità titqies virtù u l-moralità titqies vizzjuza, il-virtù tal-moralità tikkonsisti filli wiehed jichad li jagixxi skont dik l-immoralità u jghix il-hajja vizzjuza.

Taghmira tista’ ma tkunx kollha kemm hi immorali jew hazina, bhalma, naturalment, ma kinetx kollha kemm hi immorali u hazina dik tan-Nazi. Nghidu ahna, ma kienx immorali u hazin ghan-Nazi li thobb lill-genituri tieghek jew li tmur ghax-xoghol fil-hin u twettaq l-impjieg tieghek tajjeb. Dawn u hafna ohrajn bhalhom kienu moralment tajba.

Izda mhux kull agir mistenni minn kulhadd seta’, ghall-argument, jitqies hekk. L-istess f’kull socjetà ohra. Hemm agir mistenni li hu morali u tajjeb, u hemm ukoll certu agir li jista’ jitqies immorali u hazin. Fi kliem iehor, ebda taghmira ta’ ebda socjetà ma hi dejjem ghal kollox morali u tajba jew ghal kollox immorali u hazina.

Programm

F’din il-kitba li se nipprezenta fil-ftit gimghat li gejjin, huwa l-hsieb tieghi li nipproponi li, jekk kemm-il darba dawk ta’ madwarna jippretendu li ahna ncedu l-integrità taghna ghal xi skop komuni u politiku, ahna―kull wiehed u wahda minna―ghandha d-dmir li dan nirrezistuh u nfittxu alternattivi ghalih.

Hadd m’ghandu d-dritt li jgeghilna naghmlu l-hazin sakemm dak id-dritt ma naghtuhulux ahna stess, u dan m’ghandna naghmluh qatt.



Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?