L-Amerika migrugha

Il-Hadd li ghadda, fl-10 anniversarju tal-attakk terroristiku fuq il-World Trade Centre f’New York, flimkien ma’ hafna pajjizi ohrajn l-Amerika bkiet il-vittmi ta’ dik it-tragedja kolossali. Dan bir-ragun. Izda madwar New York u madwar l-Amerika kollha hemm tragedja ohra ghaddejja li ebda anniversarju ma jfakkarha. Hija t-tragedja tal-faqar.

Il-faqar Amerikan

Wiehed donnu lanqas jistenna li wiehed mill-aktar pajjizi sinjuri, mhux biss tad-dinja, imma ta’ kull zmien, ghadu migrugh mill-pjaga tal-faqar. Hafna drabi, il-faqar nassoccjawh ma’ pajjizi hekk imsejha tat-‘tielet dinja’, jigifieri l-pajjizi fqar. Imma l-Amerika – li hija l-ewlenija tal-‘ewwel dinja’, jigifieri l-pajjizi zviluppati – hija mkiddha b’din il-pjaga u donna ma tistax tehles minnha.

Skont ir-rapport annwali mahrug il-gimgha li ghaddiet mill-US Census Bureau, l-ghadd ta’ nies li kienu qed jghixu fil-faqar s-sena li ghaddiet fl-Amerika kien ta’ 46.2 miljun! Dan ifisser li kien hemm fl-Amerika wiehed minn kull sitta min-nies fi stat ta’ faqar, hafna drabi jghix fuq it-triq, fi griebec jew f’imkejjen abbandunati.

Sena qabel, ir-rata mahruga mill-istess organizzazzjoni kienet ta’ 14.3%. Mentri s-sena li ghaddiet, din ir-rata telghet ghal 15.1%. Hija rata li zdiedet dejjem f’dawn l-ahhar erba’ snin. L-aktar Amerikani li jidhru milqutin mill-faqar huma s-suwed u l-Ispanici. Fost l-aktar milquta hemm iz-zghazagh: 22% fil-mija taz-zghazagh taht it-18-il sena jghixu fil-faqar (rata ta’ 1.3% aktar mis-sena ta’ qabel). L-ghadd ta’ Amerikani li m’ghandhomx assigurazzjoni fuq djarhom huwa ta’ 49.9 miljun!

Obama kontra r-rih

Dawn ir-rata huma tal-iskantament. Specjalment meta wiehed iqis li l-Amerikani ghandhom president li ghamilha wahda mill-aktar prijoritajiet importanti tieghu li jheffef il-piz finanzjarju tac-cittadin iz-zghir u jhallilu aktar flus f’idejh. Dan wara snin shah ta’ politika kuntrarja li fittxet li taghti vantaggi bla qjies lis-sinjuri.

Izda fl-istess waqt, ilkoll nafu Obama x’mixja iebsa ghat-telgha kellu minn mindu nhatar president. Mhux biss sab l-iebes fis-senat u fil-kungress, iddominati kif inhuma mir-repubblikani, imma wkoll minn xi whud fil-partit demokratiku tieghu stess. Donnha l-filosofija prevalenti tal-bicca l-kbira tar-rapprezentanti tal-poplu kienu decizi li jaghmlulu hajtu iebsa.

Minkejja din l-oppozizzjoni kollha, Obama xorta wahda rnexxielu jintroduci mizuri ta’ beneficju ghac-cittadin iz-zghir. Nghidu ahna, wara taqtiegha shiha, huwa rnexxielu jikkonvinci l-kungress jghaddi riforma tas-sahha, imma l-mizuri l-aktar importanti taghha ma jidhlux fis-sehh qabel l-2014.

L-istess gara fil-qasam tal-impjiegi. Ir-riformi ta’ Obama trazznu mill-kungress u b’rizultat ta’ dan ir-rata ta’ qaghad ta’ 9.1% baqghet xi ftit minghajr ma titharrek, la ’l fuq, izda lanqas ’l isfel.

Gustizzja u biki

Dan il-pajjiz migrugh – li d-dejn nazzjonali tieghu lahaq mal-15-il biljun dollaru (ekwivalenti ghal madwar 11-il biljun Ewro) – huwa ddominat mill-filosofija neo-liberali li taghti lis-sinjur vantaggi bla qjies ghad-detriment tac-cittadin medju u zghir. Xi ftit jew wisq, Obama qieghed jipprova jdahhal valuri godda jew ghall-anqas ftit aktar sensittivi ghall-karba tal-fqir, izda kemm qieghed jirnexxielu huwa dubjuz hafna.

Id-dominju tas-sinjur – li t-twemmin tieghu hu biss ‘Alla, Jien u l-Flus’ – mhux biss hsara kbira lill-Amerika stess qieghed jaghmel, izda wkoll lill-bicca l-kbira tal-pajjizi l-ohra tad-dinja. Fl-ittra universali tieghu “L-Imhabba fis-Sewwa”, il-Papa Benedittu XVI fakkar li l-“progress ta’ natura ekonomika u teknologika biss mhuwiex bizzejjed” (n. 23). “L-izvilupp,” jissokta, “jehtieg ikun fuq kollox sewwa u shih.”

‘Sewwa’, jigifieri onest u gust; ‘shih’ jigifieri li jfittex il-gid tal-bnedmin kollha u ta’ kull wiehed u wahda minnhom fid-dimensjonijiet kollha taghhom. Izda l-faqar skandaluz tal-Amerika jfakkarna li dan huwiex qieghed isir mill-ispekulaturi ekonomici li donnu l-uniku interess taghhom huwa l-qliegh esagerat. Huwa faqar li jixli lill-generazzjoni kollha kurrenti tal-umanità. Huwa faqar imnazza’ minn kull gustizzja.

Taghmel sewwa l-Amerika tibki lil ulieda innocenti li nqatlu fil-11 ta’ Settembru tal-2001. Izda taghmel wisq ahjar jekk tibki aktar il-qerda li qieghed igib il-faqar fost ulied innocenti ohra taghha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?