Il-kalvarju tal-Palestina

Wasal tmiem Settembru 2011. Disgha snin ilu, fl-2002, il-“Kwartett ghall-Paci fil-Lvant Nofsani” – maghmul mill-Unjoni Ewropea, l-Amerika, ir-Russja u l-Gnus Maghquda – kien iddecieda li sa tmiem dan ix-xahar il-Palestina u Israel ikunu saflahhar zewg nazzjonijiet indipendenti. Izda ghandu jkun tmiem ix-xahar se jasal, jghaddi u l-kalvarju tal-Palestina jissokta.

Ultimatum iehor ghalxejn

Din il-holma ilha biex issehh sa mill-anqas hamsa u erbghin sena, mill-1967 lil hawn. F’dak iz-zmien, wara l-gwerra “Tas-Sitt Ijiem”, il-kunsill tal-Gnus Maghquda ghas-sigurtà kien iddecieda – f’resoluzzjoni msejha “242” – li Israel jirtira mit-territorji li okkupa fil-Palestina u jzomm il-fruntieri li kellu ta’ qabel il-gwerra.

Israel m’obdiex u, wara kwazi nofs seklu, mhuwiex behsiebu li jobdi. Sadattant, kulma ghamel kien li kkomplika u ggrava l-problema dejjem u dejjem aktar bl-appogg dirett jew indirett ta’ tlieta mill-aktar superpotenzi ewlenin: l-Amerika, l-Gran Britannja u Franza.

Issa li rega’ wasal ‘ultimatum’ iehor skont l-hekk imsejha ‘Mappa ta’ Triq ghall-Paci’, infassal fl-2002, it-tmiem tal-kalvarju twil tal-Palestina ghadu mhux jintlemah. Din il-gimgha, il-Palestina se titlob lill-Kunsill ghas-Sigurtà sabiex jaghtiha ‘stat ta’ osservatur mhux-membru’, targa ’l fuq mill-istat attwali taghha ta’ semplici ‘osservatur’ ... izda, ghal darba ohra, l-Amerika, l-Gran Britannja u Franza mhumiex kapaci jzommu l-weghdiet repetuti taghhom.

Impossibbli ghax hekk iridu

Dan il-pass li qieghda titlob il-Palestina hu aktar simboliku milli xi mizura li tista’ ggib xi bidla effettiva. Minkejja dan, hu pass sinifikattiv hafna. It-talba trid taghfas lill-hbieb ta’ Israel li saflahhar ikunu rgiel u jroddu dak li ilhom iparlaw dwaru ghal nofs seklu shih.

Biex isehh dan il-paroli fil-vojt u dawn il-weghdiet fiergha, Israel irid inehhi n-nofs miljun Israelita li ttrasferixxa f’mitejn imkien differenti madwar il-Palestina; il-Lvant ta’ Gerusalemm isir il-kapitali tal-Palestina; Israel jirtira minn Gaza; ir-refugjati Palestinjani jithallew jirritornaw fl-artijiet taghhom; u l-fruntieri bejn iz-zewg pajjizi jergghu jigu kif kienu qabel il-gwerra tal-1967.

Israel isostni li dan kollu hu sempliciment impossibbli. U tabilhaqq hekk hu ... JEKK Israel jibqa’ jikkomplika u jiggrava l-problema minn jum ghall-iehor, u JEKK jibqa’ jkollu l-appogg u s-sosten tal-Amerika, il-Gran Britannja u Franza ... l-istess pajjizi, fil-fatt, li originarjament holqu l-problema kollha wara l-ewwel gwerra dinjija fl-1919.

Xi darba ssir ir-rebha


Xi whud isostnu li l-kalvarju tal-Palestina ma hu se jintemm qatt. Dan mhuwiex probabbli. Fi tfuliti niftakar ‘kalvarji’ ohrajn li dehru impossibbli daqsu, jekk mhux aktar, bhall-kalvarju tal-Irlanda ta’ Fuq u l-kalvarju tal-Libanu, biex insemmi tnejn biss. Ghall-grazzja t’Alla, illum dawn intemmu t-tnejn, u l-popli taz-zewg pajjizi issa jghixu fis-sliem. Ghal dak tal-Palestina nemmen l-istess.

Ir-raguni hi li min m’ghandux is-sewwa fuq in-naha tieghu, anki jekk idum igawdi u jdum igieghel lil min ibati bla qjies, ghada pitghada jkollu jcedi bil-fors ghax id-dar tal-hazen tieghu mibnija fuq ir-ramel. Iva, il-Palestinjani ghad ikollhom darhom; ghad jghixu fis-sliem u jkunu membri shah u sovrani tal-Gnus Maghquda.

Izda sadattant il-kalvarju mdemmi taghhom jissokta. Filwaqt li l-Unjoni Ewropea, l-Amerika, ir-Russja u l-Gnus Maghquda taparsi jifirhu bl-hekk imsejha ‘Harifa Gharbija’, fl-istess waqt jibqghu jichdu l-istess ‘harifa’ lill-poplu Palestinjan. Hemm hu l-hmieg, il-jasar u t-tnawwir tal-politika!

Qalbi tohrog ghal dan il-poplu. Meta kelli z-zorti li nzuru fis-sena 2000, stajt nara b’ghajnejja stess is-sofferenzi tal-ghageb li jigi mgieghel ibati minn idejn xi whud mill-Israeliti, is-sistema korrotta li jhaddem il-gvern Israelita fit-territorji okkupati tal-Palestinjani halli jrawwem fi hdanhom spiji u tradituri minn fosthom stess, u l-mod li bih gabu l-Palestina gharkobbtejha.

Jien nemmen fil-helsien tal-Palestina. Xi darba ghad naraha ssehh.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?