Sunday, 11 September 2011

Gaddafi u l-moda tal-mibeghda

L-istorja twila ta’ Gaddafi fiha t-tlugh u l-inzul taghha. Kien hemm zmien meta l-proposti politici tieghu kienu sensati. Kien hemm zmien meta deher bhala alternattiva xierqa ghal sistema politika oppressiva. Kien hemm zmien meta l-ambizzjonijiet tieghu bdew jitilfu l-kontroll. Kien hemm zmien meta kien donnu tilef rasu. Kien hemm zmien meta sar bhal donnu appostlu ghall-ghaqda tal-Afrika. Issa jidher li hu zmien li fih saret moda toboghdu.

Is-saltna ta’ Gaddafi

Jien nissimpatizza hafna mal-Libjani li tant u tant sofrew taht il-hakma twila ta’ Gaddafi. Nibki mal-eluf ta’ familji li daghqu l-id terribbli tieghu meta zarilhom djarhom bl-oppressjoni u sahansitra bil-mewt. Qalbi tinghasar ghal pajjiz hekk sabih u hekk imgarrab u mgerrah. Tabilhaqq, mhux ghal-Libja biss, izda wkoll ghal kull pajjiz iehor – partikularment fil-Magreb u fl-Afrika – li daghaq jew ghadu jduq l-istess xorti qalila.

Imma din l-istorja ta’ dmugh u dmija mhijiex ta’ Gaddafi biss, tal-Libja biss jew tal-Afrika biss. Hija storja umana li l-processi taghha huma hafna eqreb lejk u lejja milli nistghu nahsbu. Ghax Gaddafi ma saltanx wahdu; ma setax isaltan wahdu. Saltan ghax hafna u hafna nies ohrajn dawru wicchom meta raw u kienu jafu l-herba li kien qieghed jaghmel.

Dawru wicchom ghax kien minn fuq. Ghax kien jaqblilhom li jikkooperaw mieghu minhabba s-setgha li kien irnexxielu jikseb f’idejh. X’kien jinporta li qed jahqar lil niesu? X’kien jinporta li kien qed joqtlu? X’kien jinporta li kien qed joppressah.


Kuxjenza rieqda

Hija politika ta’ xi whud minna – anki fuq livell personali – li jfittxu l-gid ta’ gildhom billi ma jopponux il-hazen ta’ madwarhom. Anki jekk jafu (u jaraw) li dak il-hazen qieghed johloq it-tbatija. Jikkooperaw mal-qawwi, jidhkulu, itaptpulu fuq dahru … ghax huma godardi. Ghax mhux kapaci jiqfulu. Mhux kapaci jaghmlu sagrificcju b’rizq min ikun qieghed ibati minhabba fih.

M’ghandniex xi nghidu, dan jaghmilhom komplici mieghu fil-hazen li jaghmel. Ghax min ma jopponix il-hazin, hu kompici mieghu.

Kemm hawn minna li raqqdu l-kuxjenza taghhom! Kemm hawn minna jharsu n-naha l-ohra sabiex jincensaw lis-setghani u l-qawwi! Kemm hawn minna komplici tat-tghaffig u l-mandriet ta’ haddiehor!

Ghal dawn, it-tbatija ta’ min isofri l-konsegwenzi tal-hazen li jkun qieghed isir donnu ma jghodd xejn. Jaghalqu ghajnejhom ghalih. Iserrhu rashom li dak il-hazen mhuwiex huma li qeghdin jaghmluh. Mhumiex huma responsabbli.


Tragedja umana

Illum lil Gaddafi donnu sar joboghdu kulhadd. Ghax hekk hi l-moda. Meta kien fis-setgha – minkejja l-oppressjoni, il-persekuzzjonijiet u sahansitra l-qtil – kulhadd donnu kien jilaghqu. Issa, ghax bhal iljun xih tilef snienu, sa l-grieden jitilghu fuq daharu jaghmlu festa.

Din hi tragedja umana li ssehh madwarna l-hin kollu. Nies li jistghu jaghmlu xi haga kontra l-hazen, imma ma jaghmluhx ghax jibzghu. Ghax huma dghajfa. Ghax iridu jibqghu fuq wicc l-idejn. Ghax ma jridux ifixklu l-hajja komda taghhom. Ghax huma, appuntu, godardi.

Dan biss iridu t-tghaffig, il-mandriet u l-mizbliet tal-hazin sabiex jibqghu jsaltnu: is-skiet ta’ min ma jaqbilx mieghu; l-ghajnejn maghluqa ta’ min it-tbatija ta’ haddiehor ma jqishiex it-tbatija tieghu. Ta’ min jintilef f’politika jew religjon ta’ konvenjenza.


Nies ta’ stoffa

Dan jien naf. Li Gesù ma kienx hekk. Dan l-imghallem ta’ xi whud minna m’ghalaqx ghajnejh ghat-tbatija ta’ haddiehor u lanqas ma qaghad sieket quddiem il-hazen. Wisq anqas qaghad jikkoopera mal-qawwi, jidhaklu jew itaptaplu fuq dahru.

Gesù oppona lill-‘iljuni’ – bil-kliem u bl-ghemil – mhux meta kienu tilfu s-sahha taghhom, izda meta kienu fl-aqwa ta’ setghethom. U bhal Gesù ghamlu hafna ohrajn warajh, kemm imnebbhin minnu u kemm imnebbhin minn ghejjun ohrajn – bhall-hafna Libjani musulmani li opponew lil Gaddafi meta kien qawwi (u hallsu l-prezz tal-oppozizzjoni u d-dissens taghhom).

Hemm hu l-ispirtu li jsawwar in-nisa u l-irgiel ta’ stoffa.

2 comments:

  1. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete
  2. Tassew Fr. Mark. Nahseb kien hemm dawk li kienu jafu x'kien, imma ipprovaw izommulu idu. M'hawn hadd li hu justifikat wahdu jew waheda

    ReplyDelete

Top posts last 30 days

Top posts ever