Miliedmanija

Dawn huma gimghat li jgibu hafna irrazzjonalità. Nghid hekk mhux ghax daz-zminijiet jimlewna fernezija biex nixtru fuq li nixtru. Jew biex naraw il-familja maghquda, anki jekk xi kultant ghall-apparenza. Jew anki biex niddevertu minghajr kont. Qed nghid hekk ghax f’dawn iz-zminijiet spiss jigri li l-attenzjoni taghna tigi distratta aktar mis-soltu; nemmnu affarijiet li sempliciment ma jezistux.

Irrazzjonalitajiet

L-irrazzjonalità hija t-twemmin f’affarijiet li jezistu biss f’mohhna. Flok noqoghdu fuq il-fatti li jghaddulna l-hames sensi taghna, nivvintw ohrajn minn zniedna u nemmnu li jezistu tabilhaqq. Fi kliem iehor, nghawwgu r-realtà. Nghidu ahna:
  • Hu irrazzjonali li temmen li int suppost tkun mod u mhux iehor.
  • Hu irrazzjonali li temmen li r-realtà ta’ madwarek suppost tkun mod u mhux iehor.
  • Hu irrazzjonali li temmen li r-reazzjoni tieghek ghal certi sitwazzjonijiet suppost tkun bilfors ta’ inkwiet jew ta’ ferh.
  • Hu irrazzjonali li temmen li problema ghandha mod wiehed biss kif tissolva.
  • Hu irrazzjonali li temmen li ghandek tibqa’ ggib ruhek kif dejjem gibt ruhek fl-imghoddi.
  • Hu irrazzjonali li tipprova ssolvi problema billi tohloq ghadd ta’ problemi ohra.
  • Hu irrazzjonali li tibqa’ tipprova ssolvi problema bl-istess soluzzjoni li qatt ma hadmet.
  • Hu irrazzjonali li temmen li l-affarijiet ma jinbidlux imma li se jibqghu dejjem l-istess.
  • Hu irrazzjonali li taghmel jew tiddeciedi xi haga taf li se ggiblek il-hsara.
  • Hu irrazzjonali li tibqa’ tagixxi b’tali mod li jdejjaq lilek innifsek jew lil haddiehor.
  • Hu irrazzjonali li temmen li int m’int kapaci ghal xejn jew li int kapaci ghal kollox.
  • Hu irrazzjonali li temmen li bhalek la qatt kien hawn u lanqas qatt m’hu se jkun hawn.
  • Hu irrazzjonali li temmen li kulhadd hu kontrik.
  • Hu irrazzjonali li temmen li haddiehor hu sidek jew sidtek.
  • Hu irrazzjonali li temmen li hawn xi haga naturali daqshekk li ma tistax tibdilha jew tghaddi minghajrha.
Assoluti

Dawn huma ftit mill-irrazzjonalitajiet li jista’ jkollna. Bhala regola generali, il-filosfu Aristotli ghallimna li kull argument assolut (jew ‘universali’) hu hafna drabi zbaljat u irrazzjonali. Dawn huma argumenti li jinvolvu l-kliem jew il-kuncetti ‘kull’, ‘ebda’, ‘dejjem’ jew ‘qatt’. Nghidu ahna: ‘Kull bniedem hu hazin’ jew ‘Ebda ragel ma hu onest’ jew ‘Il-bahar dejjem hu sabih’ jew ‘Il-brimb qatt ma jtir’.

Fuq lat aktar personali, jista’ jkollok argumenti bhal dawn: ‘Kull job nitilbu’ jew ‘Ebda haga ma jien kapaci fiha’ jew ‘Jien qatt ma ngib wahda zewg’ jew ‘Jien qatt ma nsib xi hadd li jhobbni’. Argumentazzjonijiet bhal dawn, li jinvolvi l-assoluti, huma generalment dejjem zbaljati jew irrazzjonali.

Issa f’dawn iz-zminijiet ta’ tmiem is-sena, mhuwiex rari li mohhna jigi kkundizzjonat li jahseb b’dan il-mod. Bhallikieku jekk ma nberbqux, m’ahniex nies (‘Kulhadd jonfoq fiz-zmien tal-Milied’); jekk ma nurux li ahna kuntenti, m’ahniex nies (‘M’hawn hadd li ma jifrahx fi zmien il-Milied’); jekk ma nhossux xi sentimenti f’qalbna, m’ahniex nies (‘Il-Milied dejjem igib sentimenti sbieh); jekk ma nohorgux mal-hbieb, m’ahniex nies (‘Fil-Milied hadd ma jhossu wahdu’).

Libertà

Tmiem is-sena hu mimli sterjotipi li ahna, xi ftit jew wisq, inhossnuna obligati li nosservaw … ghax ‘suppost’ hekk isir. Din il-famuza ‘suppost’, kemm jekk nistqarruha u kemm jekk tkun sempliciment implikata fid-diskors taghna, hafna drabi hi dejjem prezenti b’xi mod jew iehor. Is-‘Suppost’ jikkmandana aktar milli nikkmandaw lilna nfusna u aktar milli jikkmandana haddiehor.

Din mhijiex ghajr irrazzjonalità (jew, jekk trid, ‘manija’) shiha. Mhux ghax dawn l-affarijiet huma hziena fihom infushom. Imma ghaliex minghajr ma rridu nhossuna anqas minn haddiehor jekk ma mmorrux mar-ritmu li bih iddecieda li jmur haddiehor.

Jekk il-Milied mhuwiex dwar il-libertà li tana Alla bhala wliedu, mela x’inhu?

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?