Jesus Christ Superstar

Time Rice u Lloyd Webber fl-1973
Erbghin sena ilu, fl-1971, it-Teatru Hellinger ta’ Broadway f’New York (l-Amerika) ipprezenta ghall-ewwel darba r-rock opera famuza Jesus Christ Superstar b’muzika mill-isbah ta’ Andrew Lloyd Webber u bil-lirika msahhra ta’ Tim Rice. Ghal xi whud, din il-kompozizzjoni ghadha sal-lum tnebbah l-ohla sentimenti f’kulmin digà jkun jaf jew ghad irid ikun jaf lil Gesù ta’ Nazaret.

Storja ta’ opra

Ghall-ewwel, meta giet ipprezentata ghall-ewwel darba erbghin sena ilu, l-opera giet ikkritikata hafna. Webber u Rice kienu digà hadmu fuq xi xogholijiet flimkien, izda l-fama dinjija taghhom kienet ghadha trid tigi. L-opera kienet ibbazata fuq double record album li Webber u Rice kienu hargu ftit tax-xhur qabel. Inghad li d-direttur tal-opra ghall-palk, Tom O’Horgan, kien ‘iddrammatizza’ zzejjed ix-xoghol originali. Izda, minkejja dan, kien minn hawnhekk li s-Superstar bdiet it-trijonf taghha.

Wara New York, l-opra ssoktat tinhadem ukoll f’Londra, Los Angeles, Copenhagen, Parigi, Sydney u fid-dinja kollha. Is-swali kienu dejjem mimlijin u l-eluf li bdew jaraw ir-rock opera baqghu kollha msahhrin biha.

Kien ftit wara li harget id-diska originali li d-direttur tal-films Norman Jewison (li wkoll hadem Fiddler on the Roof) thajjar jadatta l-kompozizzjoni ghac-cinema. Il-film ingibed kollu Israel u (differenti mir-rapprezentazzjonijiet teatrali) x-xenografija nghatat laqta storika u kontemporanja f’salt. Il-produzzjoni harget ghall-ewwel darba fl-1973. Is-Superstar issa kienet lahqet l-oghla espressjoni taghha u postha kien garantit fil-memorja individwali u kollettiva ta’ generazzjonijiet shah.

Tberdin f’Malta

F’dawn l-ahhar erbghin sena, bejn bil-miljuni ta’ diski li nbieghu, bl-eluf ta’ rapprezentazzjonijiet fuq il-palk u bit-tifrix dinji tal-film, din l-opra mill-isbah iltaqghu maghha eluf ta’ miljuni ta’ nies ta’ kull età u gens. Biss biss, matul is-snin il-muzika tal-opra xxandret f’hafna ilsna differenti.

F’Malta l-film ma dahalx qabel April tal-1974. Niftakar bl-agha u l-paniku li kienu nqalghu ghalih. Kienu tkazaw bih ghadd ta’ nies mhux hazin. Digà l-istess kritika kienet instemghet barra minn Malta, specjalment l-Amerika, meta hareg il-film ghall-ewwel darba. Xi whud ma setghux inizzlu l-laqta moderna li kien fih: it-tankers tal-gwerra, il-machine-guns, il-jet fighters, in-nisa mnazza’, Guda iswed, appostli hippies, Maddalena Asjatika, Madonna assenti u l-bqija.

Ghalkemm barra minn Malta l-film kien hareg ghall-udjenzi kollha, f’Malta hareg biss ghal dawk b’età ta’ sittax-il sena jew aktar. Speci, la darba ma setghux izommuh milli jidhol Malta, hekk setghu jikkontrollaw xi ftit il-“hsara” li seta’ jaghmel lis-sensibilità Kattolika Maltija.

Opra rivelatorja

Ghalkemm f’dak iz-zmien jien kelli biss ghaxar snin, ridt immur narah bil-qawwa. Xi sena qabel, kont gemmajt ftit flus min-naqriet li kien ikolli u rnexxieli nixtri d-double album. Kont smajthom ghexieren ta’ drabi u kont naf il-kliem kollu bl-amment. Kif stajt issa nitlef il-film? Insomma, minn hawn u minn hemm, id-direttur tal-Plaza, Tas-Sliema, certu wiehed Tusè, ra kif ghamel u dahhalni baxx baxx.

Tassew, ghalija dak il-film kien dinja ohra: sfida wara sfida ghall-mod tradizzjonalissmu li bih konna tghallimna r-religjon. Rajt Gesù totalment differenti. Possibilitajiet godda ta’ interpretazzjoni u kunsiderazzjoni tal-istorja bazika ta’ Gesù.

Ma nghidx li ma berraqtx ghajnejja, ta! Jew li ma staghgbitx bil-kbir b’certi xeni (bhal ta’ Erodi, nghidu ahna). Izda, kumplessivament, il-film kien rivelazzjoni. Aktarx mhux ghalija biss. Maz-zmien, gie accettat ukoll u bosta kappillani ppermettew li jsiru rapprezentazzjonijiet tal-opra fuq il-palkijiet tal-parrocci. Kien lixka tajba ghal zghazagh tilghin f’socjetà moderna totalment mibdula mill-izvilupp tas-sebghinijiet.

Celebrazzjoni ta’ hiliet

Naturalment, il-film u l-muzika ta’ dik l-opra grandjuza ghadhom jigbduni sal-lum, b’xi ftit tan-nostalgija, imma wkoll b’seher ghas-sbuhija u l-originalità taghhom. Kien hemm hafna films dwar Gesù wara, kemm b’laqta moderna u kemm b’laqta tradizzjonali. Imma s-Superstar tibqa’ dejjem xi haga specjali: pijunier fil-generu taghha.

Illum, li ghaddew erbghin sena shah minn fuq it-twelid taghha, is-Superstar ghadha ssahhar ghax-xenografija taghha, ghad-drammaticità taghha, ghas-sensibilità taghha u ghall-ikonoklasticità taghha. Fuq kollox, tibqa’ ssahhar ghax tittratta temi eterni madwar personagg storiku li jmur lil hinn mill-istorja.

Din it-tifkira mhijiex biss celebrazzjoni tal-hila artistika ta’ Webber, Rice, O’Horgan u Jewison, imma aktar u aktar tal-hila spiritwali ta’ kull generazzjoni li tibqa’ tara f’Gesù ta’ Nazaret persuna fenomenali ta’ gmiel u sbuhija bla tarf.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?