Argumenti effettivi

Spiss tisma’ nies jirragunaw minghajr wisq logika. Jippruvaw juru li xi haga hija tajba fiha nnifisha ghax jghidu li tikkawza aktar effetti tajba milli hziena; jew jippruvaw juru li xi haga hija hazina fiha nnifisha ghax jghidu li tikkawza aktar effetti hziena milli tajba. Xi kultant, fiz-zewg kazijiet l-affarijiet jistghu jkunu differenti. Halli nfissru dan b’zewg stejjer.

Zewg stejjer

Naghtu kaz li jien, int u mijiet ta’ nies ohrajn konna ghaddejjin minn Strada Rjali s-Sibt filghodu. Wiehed mignun jidher car li se jisplodi lilu nnifsu u joqtolna lkoll. Hafif hafif, minn warajh jigi ragel, jaghtih erba’ daqqiet sikkina u joqtlu fuq il-post. X’nghidu ahna? Nghidu li ghamel sew, allavolja nafu li fih innifsu l-qtil hu hazin. Mela, xi haga li fiha nnifisha hi hazina tista’ evidentement tikkawza effetti tajba.

Ha niehdu storja ohra. Naghtu kaz li jien, int u mijiet ta’ nies ohrajn kellna niehdu minn kumpanija kummercjali. Din il-kumpanija hija ta’ tnejn li kienu dahlu fi shab ma’ xulxin. Imma wiehed kien qieghed jirrovina lill-iehor. Ghalhekk, dan tal-ahhar iddecieda li jzarma l-kumpanija. X’nghidu ahna? Nghidu li ghamel hazin, allavolja nafu li fih innifsu l-ghemil tieghu hu tajjeb. Mela, xi haga li fiha nnifisha hi tajba tista’ evidentement tikkawza effetti hziena.

Il-punt kollu tieghi hu dan: mill-effetti tajba ta’ xi haga ma tistax targumenta li fiha nnifisha l-kawza taghhom hija bil-fors tajba; u, bil-kontra, mill-effetti hziena ta’ xi haga ma tistax targumenta li fiha nnifisha l-kawza taghhom hija bil-fors hazina.

Rabtiet illogici

Fi kliem iehor, biex persuna tqis it-tjieba jew il-hazen ta’ xi haga fiha nnifisha, ma tistax iggib l-argumenti mill-effetti li dik il-haga tikkawza. Biex nergghu niehdu l-ezempji li gibna hawnfuq, il-qtil jibqa’ fih innifsu hazin u x-xoljiment ta’ shubija dannuza jibqa’ fih innifsu tajjeb, huma x’inhuma l-effetti li jgibu maghhom.

Naturalment, wiehed jista’ dejjem jiddiskuti hemmx eccezzjonijiet ghal xi haga li, generalment, hija fiha nnifisha hazina jew tajba. Imma l-eccezzjonijiet stess juru li r-regola hi bil-kontra, bhall-kazijiet fl-ezempji li tajna hawnfuq.

Izda xi whud dan kollu ma jaghtux kasu. Jibqghu jippruvaw juri li, ghax xi haga jista’ jkollha aktar effetti tajba milli hziena, allura l-kawza hija fiha nnifisha tajba wkoll; jew, ghax xi haga jista’ jkollha aktar effetti hziena milli tajba, allura l-kawza hija fiha nnifisha hazina wkoll. Hu evidenti li dan ma jregix u huwa illogiku. M’hemmx rabta ta’ dan it-tip bejn il-kawzi u l-effetti taghhom.

Diskussjoni miftuha

Illogicità bhal din iddejqek, l-aktar meta tigi minn nies li studjaw il-filosofija u suppost jafu ahjar. Iddejqek l-aktar ghax qisek tiehu l-impressjoni li nies bhal dawn ikunu qeghdin jipprovaw jehduk bid-dghajsa jew jghadduk minn ghajn il-labra. F’kull kaz, thoss li qeghdin jittrattawk ta’ imbecilli.

Meta n-nies jargumentaw, specjalment meta jkunu qed jittrattaw temi ta’ certa gravità u delikatezza, ma tistennihomx ikunu laxki fl-argumenti li jgibu. Jekk dan jaghmluh inkonxjament jew ghax ma jafux ahjar, dan taghhom ma jaghmlilhomx gieh; jekk jaghmluh konxjament, allura ikun insolenza.

Id-diskussjoni ghalhekk sabiha. Ghax nitghallmu minn xulxin. Nitghallmu nsaffu l-argumenti taghna mill-isballji li nistghu nkunu qeghdin naghmlu u nirfinawhom halli jkunu aktar shah u b’sahhithom. Izda l-istinazzoni u l-ebusija m’ghandhomx ikunu parti minn diskussjoni. Ghax dan sempliciment juri li m’ahna niddiskutu xejn. Inkunu biss bhal suldati f’trunciera li ma jafu jaghmlu xejn ghajr jisparaw fuq in-nies fit-trunciera opposta.

Dinja mhux perfetta

Hadd ma jhobb kawza jekk iggib aktar effetti hziena milli tajba. Izda xi kultant, ghax qeghdin f’dinja fejn xejn ma hu perfett, ghall-kisba ta’ mqar effett importanti tajjeb, naghalqu ghajnejna ghat-tjieba jew il-hazen fih innifsu ta’ xi kawza jew anki ghall-effetti l-ohra hziena.

Barra minn hekk, bhal fl-ezempji li gibna hawnfuq, hafna drabi ikollok taghmel dak li ma tridx.

Comments

  1. as usual ilqatt il-musmar fuq rasu........ ghandna hafna imsiemer.......... imma mhux bizzejjed imritell. So simply logical and yet there are those who DON`T want to understand.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?