Il-voluntarjat

Din is-sena (2011) giet iddikjarata mill-Unjoni Ewropea bhala s-Sena tal-Voluntarjat. Ghaldaqstant, hija sena mahtura ghac-celebrazzjoni tal-hidma li jaghmlu miljuni ta’ voluntieri Ewropej u dinjija, kif ukoll ghal sforzi mgedda sabiex il-voluntarjat jikber u jissahhah bhala kuncett.

Celebrazzjoni ta’ generosità

Madwar terz tal-popolazzjoni Ewropea kollha hija impenjata f’hidma voluntarja, mhux biss fl-Ewropa stess, izda fid-dinja kollha. Tobba, infermiera, suldati, missjunarji, ghalliema, avukati, sacerdoti, katekisti, ambjentalisti, haddiema manwali, studenti, professjonisti u hafna ohrajn... kollha qed jaghtu servizz voluntarju fejn l-aktar huma mehtiega fid-dinja.

Bla dubju ta’ xejn, din il-generosità gejja minghand miljuni ta’ Ewropej (u min jaf kemm aktar minn madwar id-dinja) hija rikkezza bla qies; rikkezza hafna aktar ghal min jaghtiha milli ghal min jirceviha. Il-voluntarjat jopponi l-kultura ta’ egocentrizmu li hafna drabi tkidd u tfaqqar il-mentalità u r-ruh Ewropea.

Naturalment, fost dawn hemm hafna u hafna voluntieri Maltin u Ghawdxin li jaghtu s-servizz voluntarju prezzjuz taghhom mhux biss fil-gzejjer taghna stess, imma wkoll f’partijiet ohra tad-dinja. Din hija s-sena li fiha, b’mod specjali, niccelebraw il-generosità u d-dedikazzjoni taghhom, filwaqt li nittamaw li l-ghadd taghhom jizdied dejjem.

Certa patologija

Hafna drabi, il-voluntarjat huwa mifhum l-aktar bhala servizz bla hlas. Din il-vizjoni monitarja jew finanzjarja tal-voluntarizmu jcekken, idejjaq u jghawweg il-valur u s-siwi tieghu. Il-volunarizmu huwa hafna aktar minn hekk. Jekk xejn, qabel kollox ghandu jitqies bhala skola ta’ taghlim. Ghax min qatt ghamilha ta’ voluntier jaf sewwa li f’servizz bhal dan aktar taqla’ milli taghti; aktar jaghtuk milli taghti int.

Tassew, jista’ jkun li, ghall-bidu, bosta nies jidhlu ghall-voluntarjat ghax ihossu li ghandhom xi haga x’jaghtu lil haddiehor. Dan hu hsieb nobbli, imma aktarx xi ftit jew wisq nieqes. Ir-raguni hi li bosta voluntieri jidhlu ghal servizz bhal dan ghax psikologikament ikunu jridu lil haddiehor isalvahom minn certa inerzja tar-ruh u l-ispirtu. Jghidu li jidhlu ghalih biex jaghtu meta, fil-qiegh il-qiegh, jafu li dahlu ghalih biex jaqilghu.

Ghaldaqstant, xi kultant hemm certa patologija ghall-voluntarjat, ghall-anqas inizzjali, li mbaghad jizviluppa, jekk qatt, ghal xi haga aktar b’sahhitha u cara. Meta bniedem jintebah li, fis-servizz voluntarju tieghu, m’ghadux jaghti, imma qieghed aktar jircievi, allura hemmhekk ikun beda jsib l-ekwilibriju tas-servizz voluntarju.

Sigurtajiet foloz

It-tifsira tieghi ta’ voluntarjat hija din: li voluntarjament tiddeciedi li thalli lil haddiehor jibdlek. In-nuqqas ta’ hlas ghax-xoghol tieghek, l-uzu ta’ hafna hin ghas-servizz, il-hrug ta’ xi flus minn butek, l-impenn u t-thewdin tas-servizz, il-kollaborazzjoni ma’ tim ta’ voluntiera ohra ... dawn kollha huma ta’ siwi sabiex persuna tasal ghall-voluntarjat kif fissirtu hawnfuq.

Le, il-fus tal-voluntarjat huwiex li ma tithallasx, li tghin lil haddiehor, li tuza hafna hin u forsi anki flus fis-servizz jew tahdem id f’id ma’ haddiehor, le mhuwiex dan. Il-qalba tal-voluntarjat huwa li tinbdel; li thalli lil haddiehor jibdlek; li voluntarjament tippermetti thalli lil haddiehor jikxiflek u jnehhilek is-sigurtajiet foloz ta’ hajtek u li bihom tkun bdejt is-servizz voluntarju tieghu.

X’sigurtajiet foloz? Is-sigurtà falza li int jista’ ghandek x’taghti xi haga li haddiehor m’ghandux; is-sigurtà falza li int tista’ tkun ahjar minn haddiehor; is-sigurtà falza li int tista’ tkun xi ‘salvatur’ jew ‘salvatrici’ ta’ haddiehor; is-sigurtà falza li haddiehor ghandu bzonn il-karità tieghek, u l-bqija.

Salvazzjoni ghalina stess

Wara kollox, il-voluntarjat huwa mezz sabih li jghinna nohorgu mill-fosqa taghna nfusna. Huwa mezz li jnehhina mic-centru tal-univers ckejken taghna u jaghmel lil haddiehor fic-centru tieghu. Dan hu terapewtiku. Mhux ghal haddiehor, izda ghalik stess.

Hafna drabi tant ahna mhedijin bil-buzzieqa zghira taghna li ma nirrealizzawx li din id-dinja ckjekna li hloqna ghalina nfusna hi mnawra u mmuffata; dinja mkebba fiha nnifisha u fqira. Li voluntarjament inhallu lil haddiehor jifqaghhielna u jaqlaghna minnha hi ta’ salvazzjoni ghalina; hija s-sigriet li taghmilna isbah u ahjar.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?