Ta' fuqu senduqu

Fuq il-bankina tal-habs. Zaghzugh, mahsul u mbiddel, jistenna. Hdejn riglejh, tliet boroz kbar tal-plastik: tnejn trasparenti, fihom hwejjeg mghaffgin gozz; wahda sewda, minn taz-zibel, forsi bil-hwejjeg ukoll. Ghadhom kemm daqqu s-sebgha ta’ filghaxija. Warajh, il-bieb tal-hadid maghluq; quddiemu, il-hajja ghaddejja indifferenti. X’inhu jaghmel hemm? Min hu? X’inhu jistenna?

Storja ta’ kull gimgha

Hu wiehed mill-hafna prigunieri li, ta’ kull gimgha tas-sena, fis-sebgha ezatt ta’ filghaxija, spicca s-sentenza tieghu. Sentejn, tliet snin, forsi aktar. Ihares ’il fuq u ’l isfel fit-triq biex jara jilmahx lil hadd ghaddej bil-karrozza li jafu. Irid passagg. Irid jibda hajja gdida ta’ bla kriminalità. Irid jahseb li f’dak il-bini ikrah ta’ warajh ma kien se jirritorna qatt aktar. Irid jittama.

Jaqbillu jittama. Ghax tama biss ghandu. U l-boroz ta’ hdejn riglejh. Xejn aktar. Fil-but, lanqas centenzmu mgiddem m’ghandu. Hareg mill-habs, saflahhar, wara snin imsakkar hemmgew. Ospitu tal-Istat. Hareg mill-habs … b’ta’ fuqu senduqu. Lanqas flus ghal tal-linja m’ghandu. Bla xoghol. Forsi lanqas fejn joqghod.

Minnfejn se jibda? F’qalbu ghandu suspett ckejken li aktarx digà jaf fejn se jerga’ jispicca. Hi kwestjoni biss ta’ zmien. Imma ghalissa ma jistax jahseb f’dan. Irid jahseb minnfejn se jibda. Ghalissa t-tama biss ghandu. Irid jixtri biha. Irid jiekol biha. Irid jinhasel u jilbes biha.

Il-paniku jibda diehel bhal mewga hafifa li tiekol kastell ckejken tar-ramel. Imma ma jridx jahseb f’dan; ma jistax. Jehtieg jittama. Jehtieg jittama. Jehtieg jittama. Anki jekk hi tama vojta. Jehtieg jittama.

Bzonn finanzjarju

F’Artiklu 4#7 tar-“Regolamenti tal-Habs” jinghad hekk: ‘Prigunier fi bzonn finanzjarju jista’, meta jinheles ghal kollox mill-habs, jinghata ghotja mal-helsien li tkun tghin lil dak il-prigunier jiffaccja dawk il-bzonnijiet urgenti li jiltaqa’ maghhom meta huwa jinheles’.

Innota l-kliem: “Jista’ … jinghata”. Fi kliem iehor, il-ligi ma tobligax ’l awtoritajiet jaghtu ghotja. Ghaldaqstant, xi whud din jehduha bhala permess permanenti biex ma jaghtu qatt ghotja finanzjarja lil prigunier, ghandu jew m’ghandux ‘bzonn finanzjarju’.

L-istess Artiklu legali li semmejt hawnfuq ikompli jippreciza li ‘‘prigunier fi bzonn finanzjarju’ tfisser prigunier li, fil-fehma tal-Ministru, ma jkollux il-mezzi ta’ manteniment tieghu nnifsu, inkluzi dawk ghall-htiega ta’ ikel, ilbies u post fejn jghammar’. Izda fir-realtà, minkejja li jehorgu mill-habs diversi prigunieri f’dawn il-kundizzjonijiet imkaghbra, xorta wahda ebda ghotja finanzjarja ma tinghata, imqar biex bniedem ikun jista’ jaqbad karozza tal-linja.

Sistema xierqa

L-istess ligi tghid li ‘s-somma tal-ghotja u l-metodu kif din tinghata ghandhom ikunu skond dawk id-direttivi generali li jistghu minn zmien ghal zmien jigu approvati mill-Ministru’.

Xi snin ilu, kien jinghad li l-qligh li jsir mit-‘Tuck Shop’ tal-habs imur ghal dan l-iskop. Dan it-‘Tuck Shop’ huwa servizz li jinghata fil-habs sabiex il-prigunieri jixtru affarijiet ghall-uzu personali taghhom. Fir-realtà, ebda prigunier ma qatt inghata xi ghotja finanzjarja mqar ckejkna minn hawn. Effettivament, xi jsir mill-qligh tat-‘Tuck Shop’ ma nafx.

Artiklu 29#7 tal-istess “Regolamenti tal-Habs’ ikompli jzid li ‘l-Ministru jista’ jistabbilixxi sistema li biha prigunier ikun mehtieg jalloka (xi) qligh’ (tax-xoghol li jaghmel fil-habs), fost ghal affarijiet ohrajn, ghal ‘fond ta’ tifdil li jigi mghoddi lilu mal-helsiem tieghu’. Izda, milli jidher, il-Ministru qatt ma stabbilixxi sistema bhal din.

Fi kliem iehor, minkejja dawn ir-regolamenti kollha, prigunier bi ‘bzonn finanzjarju’ car ghall-‘manteniment tieghu nnifsu, inkluzi dawk ghall-htiega ta’ ikel, ilbies u post fejn jghammar’, xorta wahda l-awtoritajiet relevanti ma hasbu qatt biex jipprovdulu mqar ftit centezmi. Meta johrog mill-habs b’ta’fuqu senduqu, irid sempliciment jara kif se jaghmel biex jiddobba xi haga.

Kwestjoni ta’ karità

Naturalment, jiena jidhirli li dan m’ghandux ikun. Kemm-il darba jien stess inzertajt prigunieri lampa stampa fuq il-bankina tal-habs u tajthom il-flus halli jdabbru rashom. Jew inhallihom icemplu bil-mobajl lil min iridu halli jigi ghalihom. Gieli, jekk insiru nafu (minghand gwardjani qalbhom tajba) b’xi prigunier li qieghed fuq il-bankina tturufnat, shabi stess nizlu dak il-hin stess bil-karozza taghhom biex iwassluh xi mkien ghall-kenn.

Imma din mhijiex sistema. Jidhirli li l-Ministru ghandu jirrimedja din is-sitwazzjoni mill-aktar fis. Ligi jew mhux ligi, ilha sejra s-snin. U nahseb wasal iz-zmien biex l-awtoritajiet jibdew jaghtu ftit kas. L-indifferenza taghhom quddiem sitwazzjoni tal-biki bhal din m’ghandhiex tissokta.

Alla biss jaf prigunier x’ikun ra ma wiccu qabel ma dahal il-habs u waqt li kien hemmhekk. Alla biss jaf x’ghad irid jara mal-hrug tieghu. Li ghallanqas jinghata ftit flus halli jiekol bicca hobz jew biex isib fejn ideffes rasu hija, mhux biss kwestjoni ta’ gustizzja, imma wkoll kwestjoni ta’ karità.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?