L-istennija interminabbli ghall-Parowl

Wahda mir-riformi l-aktar mistennija fil-qasam tal-gustizzja kriminali u penali hija l-introduzzjoni tas-sistema tal-Parowl f’Malta. Din tkun l-aktar radikali f’dan il-qasam sa mir-riformi li kienu saru fl-1994. Minkejja li digà sar hafna xoghol ghal din l-introduzzjoni, jidher li l-mument taghha qieghed jigi rritardjat wisq u ghalxejn.

Snin ta’ stennija

Il-Gvern wieghed li jintroduci l-Parowl f’Malta fil-manifest elettorali tieghu tal-ahhar elezzjoni generali. Dr Karm Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, habbar l-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta f’Lulju ta’ sentejn ilu (2008). Imbaghad, seba’ xhur wara, fi Frar tal-2009, il-Ministru ippubblika ‘White Paper’ bil-hsieb ewlieni tal-introduzzjoni taghha.

Seba’ xhur wara, f’Settembru tal-2009, hareg ir-Rapport tal-Kummissjoni li kienet hadmet fuq ir-reazzjonijiet ghall-‘White Paper’. Seba’ xhur ohra wara, f’April li ghadda, il-Ministru habbar li kien se jipprezenta fil-Parlament l-Abbozz ta’ Ligi dwar l-introduzzjoni tal-Parowl f’dan ix-xahar ta’ Gunju.

Naturalment, minhabba li issa digà ghadda aktar minn nofs Gunju, l-istennija ghall-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta hija fl-aqwa taghha. Xi whud qeghdin jiddubitaw serjament jekk il-kelma tal-Gvern hijiex se titwettaq tabilhaqq. Ohrajn ghadhom fiducja li dan se jkun ix-xahar li fih l-istennija apparentement interminabbli saflahhar se tintemm.

Xoghol ghaqli

Jiena naf li Dr Karm Mifsud Bonnici ghandu ghal qalbu hafna din l-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta u jixtieq jaraha titwettaq. Hadem hafna fuqha u jidher li jrid li l-introduzzjoni taghha f’Malta ssir b’mod li jiggarantixxi l-aqwa possibbiltà ta’ success ghaliha.

Dan wiehed jista’ jifhmu perfettament, ghax l-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta hija xi haga serja li jista’ jkollha effetti tajbin jekk issir bil-ghaqal daqskemm jista’ jkollha effetti hziena jekk ma ssirx. Il-kawtela u l-prudenza f’dan il-qasam qatt ma huma hwejjeg li ghandhom jintesew jew jitwarrbu.

Madanakollu, jidhirli jien li kien hemm zmien bizzejjed sabiex l-affarijiet jigu mahsuba sew u sabiex isiru l-ewwwel thejjijiet mehtiega. Id-dewmien huwa wahda biss mill-problemi li qieghda tohloq l-istennija. Problema ohra hija s-segretezza brindata li l-Ministeru qieghed ihaddem f’dan il-kaz.

Gejja l-Parowl, imma prattikament hadd ma jaf meta u kif. Hafna nies jinsabu imdendlin minhabba din il-qaghda.

Wasal il-waqt!

Shabi u jien bdejna hidma intensiva ghall-introduzzjoni tal-Parowl f’Malta hames snin ilu, fis-sajf tal-2005. Fil-process twil, kumpless u delikat, Dr Mifsud Bonnici kien xi ftit jew wisq involut il-hin kollu. Mhux biss hu, imma ghadd imdaqqas ta’ professjonisti, parlamentari (fosthom Dr Jason Azzopardi u Dr Josè Herrera) u nies ohra li l-Parowl tolqothom direttament, inkluz eks-prigunieri u familji tal-prigunieri.

Kif wiehed jistenna, sar hafna xoghol iebes b’attenzjoni u razzjonalità kbira. Imma issa, li wasalna fl-ahhar, ma jidhirlix li l-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern ghandu jkaxkar saqajh. Il-prezentazzjoni tal-Abbozz quddiem il-Parlament Malti jaghti bidu ghal diskussjonijiet elaborati li jistghu jiehdu x-xhur. Ghaldaqstant, huwa imperattiv li d-dewmien ma jittawwalx aktarx.

Dr. Karm Mifsud Bonnici jaf li f’din il-bicca ghandu l-appogg tal-bicca l-kbira tal-professjonisti f’dan il-qasam u m’ghandux jiddubita li l-pass li wieghed li jaghmel huwa wiehed tajjeb u ta’ gid ghas-socjetà taghna. Jiena nixtieq naghmillu l-qalb halli dan il-process twil jitwassal ghat-tmiem tieghu. Zgur li t-temma tieghu ggib unur lilu u ’l Gvern li gharaf is-siwi ta’ riforma sabiha bhal din.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?