Zmien ta' paci

It-tragedja li sehhet il-gimgha li ghaddiet fl-ibhra internazzjonali bejn Cipru u Israel terga’, bhalma jaghmlu hafna okkazjonijiet imdemma ohra, tnissel fi qlubna x-xewqa qawwija ghall-paci dinjija u dejjiema. Ghall-grazzja t’Alla, pajjizna ilu ma jara gwerra mas-sebghin sena. Imma dan m’ghandux inessina f’dawk il-popli kollha li m’ghandhomx din l-istess xorti.

Gwerer u mwiet

Illum, hafna minna jhobbu jirreferu ghalih bhala ‘zmien ta’ paci’. Jekk taghti harsa lejn it-tabella li tidher hawnhekk, malajr tintebah li dan, fil-fatt, mhuwiex minnu. Bhalissa, f’kull kontintent tad-dinja, ghaddejjin millanqas tletin konflitt armat u mdemmi, xi whud minnhom ilhom sejrin mas-sittin sena.

Dawn mhumiex xi battibekki zghar ’l hemm u ’l hawn. Huma konflitti li diga’ temmew il-hajja ta’ miljuni ta’ nies u ghadhom, dal-hin stess, qeghdin itemmu ghexieren ta’ eluf ohrajn. Forsi ghax xi whud minnhom ftit nisimghu dwarhom fl-ahbarijiet, u forsi wkoll ghax ftit jinteressana minn dak li ma jmissx lilna direttament, il-bicca l-kbira ta’ dawn il-konflitti u dawn l-imwiet ftit naghtu kashom jew nahsbu dwarhom.

Hu evidenti, però, li dan mhuwiex hekk imsejjah ‘zmien ta’ paci’. Forsi hu hekk ghalina. Imma certament li mhuwiex hekk ghal kulhadd. Il-paci dinjija u dejjiema ‘fi zmienna’ ghadha holma li ma sehhitx.

It-tragedja ta’ Gaza

It-tragedja li holqu l-Israeliti t-Tnejn tal-gimgha li ghaddiet, meta attakkaw flotta ckejkna li kienet fi triqtha biex tipprovdi ghajnuna umanitarja lill-poplu ta’ Gaza, hi tfakkira kerha ta’ kemm ghad hawn nies li jahsbu, u forsi jemmnu wkoll, li l-glied u l-vjolenza huma xi soluzzjoni ghall-problemi tad-dinja.

L-izball ta’ Israel f’din l-okkazjoni, jidhirli, kien jikkonsisti fil-fatt li suldati armati sa snienhom, fid-dlam, fl-erbgha ta’ filghodu, f’nofs ta’ bahar, haduha ma’ nies civili mhux armati. Ma nahsibx li ma kienx hemm soluzzjonijiet ahjar u anqas imdemma sabiex irazznu l-flotta milli tisfida u tikser l-imblokk Israelit ta’ Gaza.

Apparti l-legittimità u s-shuhija tal-imblokk innifsu, Israel seta’, fil-fatt, ma jagixxix bil-vjolenza ghamja u sproporzjonata li biha agixxa. Iz-zamma tad-dritt tieghu li jibqa’ jsostni l-imblokk ta’ Gaza ma kellhiex ghalfejn issir bil-mezzi agressivi li biha saret.

Onestà u gustizzja

Bhalma tara mit-tabella, it-tragedja ta’ Gaza hi wahda biss mill-bosta konflitti mdemma li jezistu fid-dinja llum, fi zmien meta l-ideal kbir tal-umanità hija l-ghaqda, il-gustizzja u l-paci. Anki t-Tazza tad-Dinja tal-loghob bil-ballun, li l-fazi finali taghha bdiet il-Gimgha li ghadda, bhall-hafna gabriet sportivi li jsiru internazzjonalment kull sena trid twassal messagg ta’ ftehim u hbiberija.

Il-paci dinjija u dejjiema mhijiex impossibbli. Bhalma ssehh fuq livelli komuni tista’ logikament issehh ukoll fuq livell gholjin u kumplessi. Naturalment, però, ma ssehhx wehedha; ma taqax mis-sema. Irridu nahdmu ghaliha lkoll kemm ahna, inkluz jien u int.

Il-paci fid-dinja dejjem tibda mill-qalb tal-bniedem; mill-qalb ta’ kull wiehed u wahda minna: paci msejjsa fuq l-onestà u l-gustizzja.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?