Tajra fuq bejt

Il-filosofija f'Malta

Nixtieq nipproponielkom din ix-xbieha: Sthajlu li qeghdin taraw dar ta’ familja fi triq traffikuza. L-Imsida, il-Mosta, Birkirkara, jew fejn tridu. It-twieqi fil-faccata huma kollha maghluqa minhabba l-mugrufun gej mill-karozzi. It-tfal ma jilghabux barra minhabba l-periklu. Id-dar maghluqa minn kullimkien: fil-gnub tappoggja ma’ djar ohrajn, u fuq wara jitla’ l-hajt gholi tal-bitha. L-uniku ftuh taghha huwa l-bejt. U minn fuq il-bejt sthajlu li qeghdin taraw tajra kollha lwien tittajjar fil-gholi. Araw tarawhiex bhali: dik it-tajra hija l-uniku sinjal ta’ hajja; hija l-unika haga li qieghda tahrab l-gheluq tad-dar; hija l-uniku ftuh ghall-bqija tad-dinja; hija l-unika indikazzjoni ta’ libertà. Min-naha l-ohra, minkejja li ferhana qieghda tirkeb ir-rih u donnha gharfa qieghda tilmah kulma qieghed jigri dawramejt madwarha u fil-boghod, xorta wahda hija marbuta bi spaga rqieqa ma’ l-art. Xorta wahda ghandha t-truf li ma tistax taqbez. Il-filosofija f’Malta hija bhal dik it-tajra fuq bejt.

Fil-ktieb tieghi ta’ l-1995, Stedina ghall-Filosofija Maltija, li kien ix-xoghol pijunier li ghall-ewwel darba gibed l-attenzjoni fuq il-hajja, il-hidma u l-hsieb tal-Maltin li hadmu fil-qasam filosofiku, tajt indikazzjonijiet ta’ xi xejriet―li kont sejjahtilhom “maniji”―li jikkaratterizzaw il-forom tal-hsieb taghna. Insistejt, kont, li dawn aktarx huma frott tal-kundizzjonijiet geografici li huma mposti fuqna, kundizzjonijiet li jsawru l-limitazzjonijiet psikologici u l-fasliet socjo-politici tal-kultura taghna. Il-“maniji” li semmejt kienu l-megalomanija, il-prosopopea, il-politika partiggjana, u r-religjon (inkluz il-poselitizmu). F’dan il-kuntest, kont esponejt kwestjoni li nqisha fundamentali ghalina. Ha nikkwota mill-iStedina (paragrafi 55 sa 57):

Biex il-filosofija f’pajjizna tghid xi haga bis-sens jehtieg li tkun (kemm jista’ jkun) hielsa mill-megalomanija, il-prosopopea, il-politicizmu u r-religjonizmu. Impossibbli? Jekk iva, il-filosofija f’Malta u f’Ghawdex ma tistax issir u mhemmx postha. Dan ikun ifisser li s-suggettivizmu huwa hekk imwahhad ma’ diskors li jrid ikun kritiku-kreattiv u hieles (ideologikament) li l-possibbilta’ ta’ oggettività hija, tista’ tghid, negligibbli. Fejn il-possibbiltà ta’ diskors oggettiv ma tezistix hemmhekk il-filosofija m’ghandhiex x’taghmel.
Jekk, min-naha l-ohra, it-twegiba ghall-mistoqsija li ghamilt hija “le”, allura l-filosofija ghandha hafna x’taghmel f’dal-pajjiz. Bhala l-ewwel pass, l-istudju tar-riflessjoni filosofika taghna fl-isfond ta’ l-izvilupp tal-hsieb Malti jehtieglu jsir bl-gharfien shih ta’ l-evoluzzjoni ta’ ghadd ta’ problemi li jidhru kostanti fil-grajja kulturali ta’ pajjizna. L-iprem fost dawn il-problemi, naturalment, hija dik ta’ l-oggettività u l-possibbiltà taghha. Il-progress fil-filosofija ma jitkejjilx minn kemm problemi bhal dawn gew solvuti b’success (bhal fix-xjenzi pozittivi) imma mill-ghamliet differenti li bihom dawk il-problemi gew mistharrga, u minn kemm intlahaq ftehim dwar is-sura tas-soluzzjonijiet taghhom. Ghalhekk, aktar mill-filosfi individwali hija importanti l-filosofija taghhom; u aktar mill-filosofija fiha nnifsha, huwa importanti l-karattru tal-hsieb Malti u l-izvilupp tieghu.
L-ewwel pass fil-hidma filosofika taghna l-Maltin illum hija li nidentifikaw sewwa l-problemi, u mbaghad li nfittxu s-soluzzjonijiet kemm jista’ jkun differenti u varjati ghalihom.

Dak li ghamilt jien f’dan ir-rigward kien li ntroducejt is-suggett lill-pubbliku Malti permezz ta’ l-iStedina ghall-Filosofija Maltija fl-1995, imbaghad, fl-2001―anki frott ta’ dik il-pubblikazzjoni―, gietni l-opportunità li nuri r-rizorsi filosofici kollha li nippossedu permezz ta’ Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta. F’dan il-ktieb fittixt simultanjament li nsolvi l-problema insidjuza tat-terminologija filosofika Maltija billi nipprovdi bazi soda ghaliha. Fis-snin ta’ wara, flimkien ma’ ohrajn, ippruvajt inniedi wkoll Akkademika Filosofika Maltija, imma l-hidma taghna minn dan il-lat safa fix-xejn. L-iskop ewlieni ta’ dan kollu kien sabiex il-filosfi Maltin jinghataw l-ghodod mehtiega halli jkunu jistghu jirrelataw ahjar mal-poplu u, aktar specifikament, mal-hsieb generali tieghu. Ix-xoghol kollu li sar, u li ghadni kemm semmejt, kien titaniku ghal bniedem wahdu, specjalment ix-xoghol fuq Il-Ktieb tal-Filsofija f’Malta, imma minkejja dan kollu xorta wahda ghadu opportun u mehtieg li nistaqsu llum jekk l-isforz kienx fil-fatt bizzejjed sabiex jinbeda moviment filosofiku f’pajjizna. Is-suspett tieghi hu li t-twegiba aktarx ghandha tkun “le”. Hemm diversi ragunijiet ghal dan. U fost dawn nista’ nissenjala tlieta ewlenin: qabel xejn, il-hidma li ssir mill-filosfi Maltin fil-kuntest tal-karattru ta’ l-impenn professjonali f’Malta; imbaghad, l-istat tat-taghlim tal-filosofija f’Malta fil-kuntest ta’ l-istituzzjonijiet li jharrgu ghaliha; u fl-ahhar, in-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ x’inhuma, jew x’ghandhom ikunu, il-problemi filosofici li ghandna nittrattaw, din ta’ l-ahhar f’rabta mal-htigijiet tal-karattru necessarjament djalogali u, imbaghad, interdixxiplinari tal-filosofija, kif ukoll mal-kwestjonijiet problematici tas-socjetà Maltija llum.

* * *

Generalment, f’Malta hafna minn dak li nghaddu bhala filosofija (maghmula mill-Maltin) ma hi filosofija xejn. Spiss tkun kritika socjali, kritika letterarja, analizi politika, analizi socjologika, skrutinju antropologiku, skrutinju kulturali, ... hafna affarijiet, imma mhux filosofija. Dawn il-hwejjeg huma siewja fihom infushom, u jistghu jkunu indikazzjoni ta’ bazi filosofika, imma rari huma filosofija fil-veru sens tal-kelma. U nibda biex naghmel f’dan il-kuntest stqarrija aktarx kontroversjali: jekk irridu nkunu tassew rigoruzi, u nikkwalifikaw bhala “filosfu” lil dak biss li joqghod ghall-esigenzi xjentifici tad-dixxiplina filosofika, probabbilment huwa wiehed biss fost tant Maltin li kitbu l-filosofija fuq medda ta’ hafna ghexieren ta’ snin li jixraqlu dan l-isem: Anglu Pirotta, bniedem aktarx minsi li ghex bejn l-1894 u l-1956. Il-bqija aktarx jehtiegu xi kwalifiki biex jigu accettati fil-Panteon Filosoficum Melitensi. Fil-ktieb tieghi, l-iStedina, ippruvajt nofroq il-kalibri ta’ livelli differenti billi nindika l-kompetenzi ta’ min semmejt b’kwalifikazzjonijiet bhal “gharef filosofiku”, “hassieb filosofiku”, u “mghallem filosofiku”. Ghax l-ewwel mistoqsija li bi htiega tigi ma’ wiccek meta tibda tistudja l-filsofija f’Malta hija: Min jista’ jinghad li hu filosfu? Min hu, wara kollox, il-filosfu? U niftakar li fl-ewwel konferenza tal-filosofija Maltija, li kienet saret fil-muzew ta’ l-arti l-Belt f’Mejju ta’ l-1996 mill-istudenti ta’ l-ewwel (u l-uniku) kors tal-filosofija Maltija fl-Università ta’ Malta, kienet qamet din il-kwestjoni. Dak in-nhar lili kienu attribwewli l-fatt li kont qieghed ingebbed it-terminu b’tali mod sabiex ninkludi fih izzejjed. U nahseb li dan kien minnu. Imma li kieku m’ghamiltx hekk, l-eskluzjoni kienet tkun devastanti, u dik il-parti tal-ktieb tieghi fl-iStedina li kienet tittratta dwar il-filosfi Maltin kienet tonqos b’hamsa u disghin fil-mija!

Jista’ jkun, però, li din ir-rigorozità metikoluza mhijiex mehtiega daqshekk. M’ghandniex ghalfejn inkunu daqstant skrupluzi. Aktarx li l-ahjar li nithaddtu huwa bhal dak li jaghsar l-gheneb, li jofroq bejn inbid tal-prima, tas-sekonda, tat-terza, u l-bqija. Aktar ma prodott jitbieghed mill-ghajn ta’ l-astrazzjoni, aktar isir abbundanti, irhis u popolari; u ghaldaqstant jonqos kwalitativament u jizdied kwantitativament. Imma, issa, fil-kuntest taghna, nistaqsu: min fejn gejja din il-problema? U ghaliex stqarrejt li Anglu Pirotta probabbilment huwa l-uniku filosfu Malti “tal-prima”? Mentri l-bqija huma “tas-sekonda”, “tat-terza”, “tal-kwarta”, “tal-kwinta”, u l-bqija? filwaqt li ohrajn lanqas biss jikkwalifikaw fl-iskala tal-genwinità? Ghala? Jiena ghandi suspett qawwi li dan gej minn nuqqas ta’ koncentrazzjoni. Mill-fatt, cjoè, li l-hassieba, jew il-filosfi potenzjali, taghna huma distratti b’hafna affarijiet―partikularment hidmiet―li ma jippermettulhomx li jiffukaw l-attenzjoni taghhom b’applikazzjoni deliberata li tassorbi l-energiji mentali taghhom kompletament. Hsiebhom huwa bhal sema kwiekeb: dawk il-miljuni kollha ta’ kwiekeb jiddu ma jaghmlux id-dija ta’ xemx wahda. Pirotta, ninnutaw, ma kienx hekk. Imma l-bicca l-kbira ta’ l-ohrajn issib li kienu impenjati fl-amministrazzjoni, il-politika, l-azzjoni socjali, il-kultura, l-arti, il-gurnalizmu, l-ekonomija, il-kummerc, it-teknologija, u hafna distrazzjonijiet ohrajn, b’tali mod li l-hin taghhom hu sparpaljat u dissipat. Din, niddeduci, hi drawwa endemika fejn kull wiehed u wahda minna naghmlu hafna affarijiet f’salt. Ahna rgiel u nisa ta’ hafna kpiepel. Nonqsu, ghaldaqstant, mill-koncentrazzjoni esklussiva; minn dik l-“ossessjoni”―jew il-“filos”, il-passjoni―filosofika, biex insejhilha hekk, li tikkaratterizza l-bicca l-kbira tal-filosfi “tal-prima”, fosthom Pirotta, nghidu ahna; minn dak l-ispazju filosofiku vitali li jithalla fil-wesgha meta impenji jew materji ohra jitressqu fuq il-periferija u ma jinghatawx importanza dominanti.

Dan inqisu detrimentali ghall-hidma filosofika vera u proprja. U meta wiehed iqabbel dan in-nuqqas mal-hidmiet ta’ xjenzi ohrajn, hekk kif zviluppaw u qeghdin jizviluppaw fostna, wiehed jista’ jaghraf ahjar kemm il-filosofija tonqos minn dik ir-rigorozità xjentifika u professjonali li jaghtuha l-eccellenza u l-karattru proprja taghha. F’Malta, ghaldaqstant, illum nistghu nghidu li m’ghandniex filosfu wiehed haj li hu ghal kollox iddedikat lix-xjenza u d-dixxiplina filosofika bhala tali. Oqsma ohrajn, bhat-teknologija, il-ligi, l-ekonomija, il-medicina, l-istorja, il-kirurgija jew il-psikologija, nghidu ahna, mhumiex hekk. Ilkoll sabu fostna erwieh iddedikati bizzejjed halli jikkoncentraw il-forzi kollha li ghandhom ghall-izvilupp u l-progress taghhom.

* * *

B’daqshekk m’iniex qed nghid li l-filosfu ghandu jirtira f’xi torri ta’ l-avorju. Inkun inkoerenti mieghi nnifsi jekk nghid hekk, imma dan il-punt naqbdu minn hawn u ftit iehor wara li, f’dan li gej, nishaq fuq il-bzonn li t-taghlim tal-filosofija f’Malta jigi dirett lejn aktar produttività. Issa din il-kelma―produttività―mhijiex felici, ghax donnha timplika xi tip ta’ kummercjalizmu, jew ahjar ta’ xi attività kummercjali li tfittex il-profitt finanzjarju. Ghalkemm il-filosofija ma tfittixx profitt bhal dan, certament ghandha certu interess li “tbiegh” il-prodott taghha, u dan f’termini ta’ ideat. Huwa evidenti, ghaldaqstant, li l-“kummerc” ta’ l-ideat jaghmel parti mill-attività filosofika, daqskemm jaghmel parti l-process li jigu ggenerati (jew prodotti) l-ideat. Fl-interazzjoni bejn il-hsieb generali tal-pubbliku Malti u l-hsieb filosofiku ghandu jkun hemm rabta, mhux sempliciment ta’ qsim ta’ ideat, imma, aktar minn hekk, ta’ influwenzi u addizzjonijiet ghal certi ideat, attitudnijiet, perspettivi, u moghdijiet ta’ azzjoni. Dan juri l-importanza li ghandu jkollhom il-“fabbriki” filosofici, biex inkompli bit-terminologija industrijali. Jekk il-filosofija ghandha rwol socjali―bhalma nzomm―m’ghandhiex tabbanduna l-awtoriflessjoni taghha fuq, l-ewwelnett, kif qed tigi prodotta, u t-tieni, kif qed tinbiegh. Dwar l-ewwel aspett tkellimt digà, u issa norbtu mal-htiega li l-attività filosofika ma tithalliex biss ghall-inizzjattiva individwali u privata, imma tithaddem b’mod kollettiv f’istituzzjonijiet li jezistu appositament halli jipproducuha. It-tieni aspett jorbot ma’ dan, ghax il-lat produttiv m’ghandux ikun distakkat jew maqtugh mir-rieda li l-prodott jinxtered u, wiehed jittama, jigi addottat ukoll. F’dan il-kuntest m’ghandniex ninsew nghidu wkoll li s-“suq” pluralista li (ghall-grazzja t’Alla) qeghdin nghixu fih jimplika kompettività ta’ ideat. Huwa suq li fih, l-ewwelnett, l-attività filosofika hija biss wahda minn hafna attivitajiet, u t-tieni, fejn il-prodott filosofiku huwa biss wiehed fost hafna prodotti ohra. L-implikazzjoni hi li n-nuqqas ta’ bejgh tal-prodott filosofiku jhalli s-suq miftuh ghall-kummerc ta’ sewdofilosofiji, jew simulazzjonijiet filosofici, li jiggeneraw u jbieghu kummercjanti mharrga f’dixxiplini ohra, bhall-politici, il-gurnalisti, ir-“reklamisti”, it-teisti u sahansitra d-“diskjockies”. Insejhilhom “sewdofilosofiji” minhabba li, ghalkemm ixerrdu ghadd kbir ta’ ideat, dawn l-istess ideat―kontra dak li taghmel il-filosofija―ma jxejnux, anzi hafna drabi jrewwhu u jkabbru fost il-poplu, il-fanatasiji, il-hrejjef, il-leggendi, il-kastelli fl-arja, il-holm u t-tamiet fiergha, jew, fi kliem iehor, konkluzjonijiet imsejsa fuq premessi ghal kollox difettuzi.

Qed nissenjala, ghaldaqstant, zewg aspetti problematici f’Malta rigward l-attività filosofika, jew anki, f’rabta ma’ dan, dwar l-attività tal-hsieb. L-ewwelnett, kif qed tigi maghmula u mghallma l-filsofija, u t-tieni x’tip ta’ interazzjoni tezisti bejn il-hidma filosofika u s-socjetà Maltija. In-nuqqas tal-filosfi Maltin li jghixu l-vokazzjoni, jew il-passjoni, proprja taghhom, u cjoè li jkunu “ghost busters”, qed ihalli s-socjetà Maltija, anki f’dan iz-zmien hekk imwahhar tac-civiltà taghna, vittma ta’ ghadd kbir ta’ ihirsa qarrieqa, jew teorizmi infundati. Barra minn hekk, qed ukoll ihalli nies li jhaddnu teoriji potenzjalment fundati, izda li m’ghandhomx it-tahrig mehtieg halli jsahhuhom filosofikament, sabiex ifendu ghal rashom kontra l-kurrent.

Dawn in-nuqqasijiet juru ruhhom l-aktar f’zewg modi principali. L-ewwel, fil-fatt li f’Malta qatt ma pproducejna mqar fuljett filosofiku komuni, ahseb u ara revista filosofika vera u proprja; u wkoll, il-pubblikazzjoni filosofici individwali huma ftit li xejn. It-tieni, li minkejja li gie mxandar u ppubblikat id-depositu tar-rizorsi filosofici kollha li nippossedu f’Malta u f’Ghawdex, xorta wahda ghad m’ghandniex imxandra u ppubblikata l-istorja tal-filosofija fil-gzejjer taghna.

* * *

It-tielet u l-ahhar aspett li xtaqt nittratta hawnhekk huwa, bhalma ghedt, in-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ x’inhuma, jew x’ghandhom ikunu, il-problemi filosofici li hu xieraq li jigu ttrattati, din ta’ l-ahhar f’rabta partikulari mal-kwestjonijiet problematici tas-socjetà Maltija llum. Xtaqt naghmel dan billi nissenjala ftit filosfi Maltin ewlenin li holqu interazzjoni sinifikanti u fruttifera mas-socjetà ta’ zmienhom, xi whud minnhom b’konsegwenzi socjali ta’ relevanza sorprendenti. Ma’ dawn nista’ nsemmi bosta ohrajn, izda tajjeb li hawnhekk nikkoncentraw fuq il-ftit. Insemmi, ghaldaqstant, lil Gwann Nikol Muscat (1735-1800?), li ghex fis-seklu 18; lil Filippu Moore (1806-1872), li ghex fis-seklu 19; lil Manwel Dimech (1860-1921), li ghex ftit wara Moore fi tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20; u, fi zmien aktar recenti, lil Peter Serracino Inglott, li llum ghandu 68 sena; u lil Kenneth Wain, li llum ghandu 61 sena. Dawn, bil-mod divers taghhom, influwenzaw is-socjetà taghhom konsiderevolment.

L-ewwel wiehed, Gwann Nikol Muscat, mill-belt Valletta, hu marbut l-aktar mal-holqien tad-Diritto Municpale di Malta ta’ De Rohan fl-1784, dokument ta’ importanza kapitali fil-grajja legali taghna. Muscat espressament jissejjah wiehed mill-‘filosofi moderni di Malta’ mill-Inkwizitur Gallarati Scotti. Ghalkemm ma nistghux hawnhekk nidhlu fid-dettall ta’ l-istorja interessantissma ta’ hajtu, nghidu biss li Muscat kien umanista kbir li ghal madwar ghoxrin sena shah ipprova jwassal ghall-izvilupp shih is-sekularizzazzjoni tal-gvern ta’ Malta mmexxi mill-ahhar zewg Granmastri, De Rohan u Hompesch. Seta’ jaghmel dan b’mod effettiv ghax kien Uditore, jew Avukat Generali, tal-Granmastri. Muscat huwa l-aqwa rapprezentant tal-filosofija politika Illumista f’Malta f’dak iz-zmien (ara Frans Ciappara, Hospitaller Malta, 1993: 605-658; Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta, II: 50-51).

Filippu Moore, Belti wkoll, kien Frangiskan Minuri. Ghamel ghaxar snin barra minn Malta, bejn studju u taghlim, u mbaghad gie lura ghall-bqija ta’ hajtu. L-ahjar haga halli nintroducih hu li nikkwota dak li qal fuqu kittieb li ghex ftit ghexieren ta’ snin warajh: “Moore kien jilqa’ l-verità kulfejn isibha jew jidhirlu li sabha. M’ghandux sistema; ma jhaddan ebda wahda, la antiskolostika ta’ xi skola gdida u anqas skolastika ta’ xi skola qadima. Huwa skolastiku hieles, bla rbit ta’ skejjel, ukoll dik ta’ Skotu ... Ghan ewlieni tieghu kien li johodha u jissielet mhux ma’ l-iskolastici, imma ma’ l-erruri qodma u godda” (test originali bit-Taljan). Din il-pozizzjoni ideologika inkredibbli (specjalment ghas-seklu 19) Moore seta’ jippropagaha fost l-intelligentia u l-accademia Maltija minhabba l-istima enormi li kien igawdi fosthom (ara Il-Ktieb tal-Filosofija Maltija, II: 47).

Manwel Dimech, Belti iehor, kien il-personifikazzjoni tal-motivi kollha psikologici, socjali u ideologici tal-Maltin fil-bidu tas-seklu 20. Il-filosofija tieghu kienet pragmatika (kontemporanja ghall-Pragmatizmu Amerikan, imma ghal kollox awtonoma u indipendenti minnha). Bit-thaddim konkret tal-filosofija tieghu f’termini socjali, Dimech ghamel hidma ta’ riformatur kbir popolari, li l-effetti prattici taghha nhassu fis-socjetà Maltija wara d-deportazzjoni tieghu minn Malta (1914) u l-mewt tieghu f’Lixandra. Dimech la kellu s-setgha politika ta’ Gwann Nikol Muscat, u kif kellu jkollu wkoll Peter Serracino Inglott seklu u nofs wara, u lanqas l-istat akkademiku li kellu Filippu Moore, u kif kellu jkollu wkoll Kenneth Wain sa ftit ilu. Madanakollu, waqt li hadem qatiegh “on his own steam”, irnexxielu jkun tassew relevanti u sinifikanti socjalment.

Peter Serracino Inglott, Belti wkoll, jintrabat l-aktar mal-bidliet politici, socjali u edukattivi fit-tmeninijiet tas-seklu 20, partikularment f’konnessjoni ma’ l-axxendenza politika tal-Partit Nazzjonalista u z-zmien post-Mintoffjan f’Malta. Minkejja li hu difficli li tiddefinixxi l-filosofija tieghu minhabba n-natura hafna drabi eklettika taghha, Serracino Inglott ma qaghadx lura, ghalkemm generalment minn wara l-kwinti, sabiex fi zmien partikularment difficli ghad-demokrazjija tar-repubblika taghna, ipprezenta mudell car u konsistenti ta’ principji fundamentali li fuqhom kellu jinbena ghall-generazzjonijiet gejjiena ta’ pajjizna futur li jiggarantixxi l-libertà, il-gustizzja u l-paci (ara Il-Ktieb tal-Filsofija f’Malta, II: 167a, u wkoll: 167-169). Barra minn hekk, mill-istess pjataforma politika, Serracino Inglott wettaq is-sehem tieghu anki fir-relazzjonijiet ta’ Malta mal-Gnus Maghquda u ma’ l-Unjoni Ewropea.

Kenneth Wain, minn Tas-Sliema, halla l-akbar influss tieghu fil-qasam ta’ l-edukazzjoni f’Malta. Bhal Moore, Wain dejjem applika l-filosofija tieghu f’oqsma konkreti minn hdan l-istituzzjoni edukattiva, u qatt ma ghamel dan permezz ta’ xi konnessjoni politika diretta. Il-kostruttur tal-kurrikulu minimu nazzjonali fid-disghinijiet tas-seklu 20, Wain fittex li jinkalka l-filosofija tieghu fil-fibra tal-karattru popolari permezz ta’ azzjoni partikularment akkademika li tilhaq il-mases waqt il-formazzjoni intelletwali taghhom. L-effetti socjali li Wain fittex, ghalhekk, ma kinux immedjati jew spettakulari, daqskemm―xi ftit bhal Gwann Nikol Muscat―bl-introduzzjoni sottili u kkalkulata ta’ kuncetti godda u innovattivi (ara Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta, II: 252).

Dawn il-hames filosfi Maltin―nerga’ nghid, maghzula minn fost hafna aktar elegibbli―hadthom bhala ezempji sublimi ta’ interazzjoni xierqa bejn il-filosfu u s-socjetà. Il-hamsa li huma kienu avangwardisti bil-mod partikulari taghhom, ilkoll ghamlu applikazzjoni konkreta tal-hsieb filosofiku taghhom ghall-prattika socjali, u lkoll hallew influss konsiderevoli fuq is-socjetà li ghexu fiha u anki wara. Huwa indikattiv li l-problemi filosofici li ttrattaw, ghaldaqstant, ma kinux astratti jew maqtugha mir-realtà socjo-politika taghhom, izda ghazluhom mill-kuntest tal-kwestjonijiet problematici tas-socjetà Maltija ta’ zmienhom. Min-naha l-ohra, izda, aktarx li lkoll kemm huma―u dan jista’ jghid hafna fuq kif naghmlu l-filosofija f’Malta―hadmu indipendentement mill-karattru djalogali tal-filosofija, u anki, probabbilment, mill-prattika interdixxiplinari li ghandu jkollha.

* * *

It-tajra ta’ kull wiehed minnhom kienet mill-isbah, u fl-istess hin, waqt li lkoll tajruha fil-gholi, ma hallewhiex bhala l-unika sinjal ta’ hajja u libertà fid-dar maghluqa li ghexu fiha. Filosofi bhal dawn, però, jistghu jkunu biss eccezzjonijiet. Certament seta’, u jista’, ikun hawn hafna aktar minnhom. Dan jista’ jitwettaq biss jekk il-filosofija taghraf thalli l-hsieb tal-Maltin tissuggerilha l-problematika taghha halli, b’twegiba, tissuggerilha lura ideat, attitudnijiet, perspettivi, u moghdijiet godda u ahjar ta’ azzjoni.

Comments

  1. Post really provice useful information!

    Phục vụ cho nhu cầu giá cước vận chuyển hàng hóa bằng đường sắt ngày càng lớn, vận chuyển container nội địa và vận tải, gửi hàng hóa vận chuyển container bằng đường sắt cũng đã xây dựng nên những qui trình, dịch vụ dịch vụ vận chuyển ô tô bằng đường sắt chuyên nghiệp và có hệ thống. Đảm bảo mang đến chất lượng tốt nhất cho khách hàng sử dụng dịch vụ.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?