L-‘izballizmu’

L-‘izballizmu’ hu meta xi hadd jiehu zball ghal tal-apposta biex ma jhallasx dwana jew biex flok mill-bieb jghaddi mit-tieqa. Il-kelma tfittixhiex fid-dizzjunarju, ghax mhux se ssibha. Ivvintajtha jien. Izda ghalkemm jien ivvintajt il-kelma, l-ghemil li ghalih il-kelma tirreferi vvintah haddiehor. F’Malta dan l-ahhar rajna zewg ezempji perfetti ta’ din l-invenzjoni sublimi.

Zewg kazijiet

Jekk ma ntbahtx, qed nirreferi ghall-kaz tal-eks-sacerdot li f’Jannar li ghadda gie mehlus mill-akkuza li stupra subien fil-kura tieghu ghoxrin sena qabel, u ghall-kaz taz-zewg pulizija u bowncer li tliet gimghat ilu gew mehlusa mill-akkuza li sawtu l-istudent Franciz Jean-Oliver Mesine f’Ottubru tal-2009.

Fiz-zewg kazijiet, l-akkuzati gew mehlusa minn kull htija minhabba li l-ispetturi rispettivi li kitbu l-att tal-akkuza taghhom hadu zball fid-dettalji tal-akkuzi. Fl-ewwel kaz, l-ispettur zbalja l-lokalità ta’ fejn sar l-allegat abbuz; fit-tieni taz, spettur iehor zbalja d-data u hin ta’ fejn sar l-allegat swat. Ghaldaqstant, l-akkuzati gew illiberati inkundizzjonalment u, ghal ragunijiet differenti, permanentement.

Zball genwin jaghmlu kulhadd, naturalment. Izda zball li jista’ ma jkunx genwin ghal kollox, jigifieri zball li apparentement isir apposta, le, ma jaghmlux kulhadd. Jaghmlu biss min irid jinqeda bl-izballizmu halli hu nnifsu jew haddiehor jiffranka xi haga. Ovvjament, jiena nahseb li z-zewg kazijiet li semmejt jistghu jkunu ezempji ta’ dan tal-ahhar.

Dimensjoni assoluta

Ma tridx tkun Cicerun biex tintebah li fiz-zewg kazijijet kienu involuti tnejn mill-aktar istituzzjonijiet politikament b’sahhithom ta’ pajjizna: il-Knisja u l-Korp tal-Pulizija. Aktarx bhal kull istituzzjoni ohra li ghandna fostna―mill-izghar sal-akbar―dawn igawdu privileggi ta’ natura assolutista.

F’termini filosofici, dan ifisser li l-bicca l-kbira tal-istituzzjonjiet (biex ma nghidx kollha)―mhux biss dawk involuti fiz-zewg kazijiet imsemmija―jitqiesu minn hafna minna f’dimensjoni assoluta ta’ hin u spazju. F’termini aktar konkreti, ifisser li l-istituzzjonijiet jinzammu ’l fuq mill-individwi; li l-individwi huma sottomessi ghall-istuzzjonijiet; li, filwaqt li l-individwi huma dispensabbli, l-istituzzjonijiet mhumiex.

L-izballizmu jaghmel sens f’dan il-kuntest. Ghax, bid-dnewwa aktar milli bis-sewwa, ifittex li jipprotegi l-istituzzjonijiet, anki jekk fil-process jissagrifika ’l-individwi. F’kultura bhal din, l-individwi mhuwiex protetti; is-sigurtà taghhom tinsab f’qaghda prekarja. Dan ghaliex, f’konfront u f’relazzjoni mal-istituzzjonalizmu, jitqiesu bhax-xejn, innecessarji, insostanzjali, kwazi superfluwi.

Inkwetanti

Wara l-kazijiet ‘zballistici’ li semmejna, xi istituzzjonijiet (‘xi’ biss, ghax xi whud lanqas nofs sillaba ma lissnu) ippruvaw jikkonvincuna li kienu haduhom tant bi kbira, ghall-anqas wiehed minnhom, li kienu se jaghmlu addirittura inkjesta halli jaraw ezattament x’gara. Impressjonanti! Bhallikieku m’ilniex hafna li tghallimna li l-bicca l-kbira tal-inkjesti jsiru biss biex jghattu aktar milli biex jikxfu!

Fi kliem iehor, li kien kien u li sar sar. U dan juri biss kemm hi tabilhaqq effettiva t-teknika tal-izballizmu (fost tekniki ohrajn). Ittajjar ftit trab, tassew, izda mbaghad joqghod ukoll u, maz-zmien, jintesa. Fl-ahhar mill-ahhar, ikun wasal fejn ried bi prezz tassew ghali. Ghax f’dan kollu x’jibqa’ mill-valur u s-supremezija tal-individwu, li suppost ilkoll kemm ahna nhaddnu? Jibqghu dak li dejjem kienu f’kull kuntest assolutista: indifizi, vulnerabbli, gradwiti.

Sadattant, il-kukkanja u l-komplicità tal-istituzzjonalizmu jkunu ghamlu rebha ohra, fost il-hafna ohrajn; ikunu xettlu ftit iehor gheruq aktar fondi; ikunu sahhew naqra ohra s-sisien tal-invulnerabbiltà taghhom. Dan hu tabilhaqq inkwetanti. Ghax ilkoll kemm ahna―ic-cittadini z-zghar―ghandna x’nitilfu minn din is-supremazija.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?