Dwar in-natura tar-rexti

It-trabi u t-tfal zghar hafna jitghaxxqu jirrepetu. Kemm jekk hu xi hoss, kemm jekk xi loghba, kemm jekk xi azzjoni semplici. Freud serhilna mohhna dwar x’ifisser dan u ghala jsir. Hawn nies adulti li donnhom jitghaxxqu jirrepetu kliem u azzjonijiet. Bhal donnhom jahsbu li haga li hi vojta fiha nnifisha, bir-repetizzjoni se tikseb is-sugu.

Ebda sugu

Azzjonijiet bla sugu ahna nsejhulom ‘rexti’. Mhumiex bhar-recitazzjonijiet fuq palk li, kwazi b’mod simboliku, generalment ikollhom il-hsieb li jirriflettu xi hsieb jew ghemil tal-hajja. Meta nuzaw il-kelma ‘rexti’ hafna drabi nindikaw li l-persuna tkun qed taghmel xi haga li, ghalkemm hi elaborata u forsi anki irfinuta, fiha nnifisha hi wirja esterna li l-iskop taghha hija hi nnifisha stess.

Ma nghidx li r-rexti li jaghmlu xi whud―kemm fil-politika, kemm fir-religjon, kemm fir-relazzonijiet ta’ bejnietna―huma bla sens. Ghax xi sens ikollhom; xi skop ghalfejn isiru jkun hemm. Forsi ghas-sodisfazzjon psikologiku ta’ min jaghmilhom, forsi biex jimpressjonaw lil xi hadd, forsi sempliciment bi drawwa, forsi sforz il-qtigh il-qalb ... xi skop ikun hemm.

Minkejja dan, ir-rexti ma jibdlu xejn. La jwasslu biex nibdlu l-hajja u wisq anqas biex intejbuha. Ir-rexti jsiru ghad-dehra minghajr ma jmissu s-sustanza ta’ xejn; huma biss esebizzjonijiet li, fl-ahhar mill-ahhar, mhumiex ghajr hela ta’ hin u energija.

Immorali

Bosta affarijiet li jibdew b’tifsir sabih u forsi anki profond jispiccaw biex, meta jsiru drawwa, isiru biss rexti. Minn lingwagg isiru hoss li jharrek l-arja minghajr ma jiftakar jiehu mieghu t-tifsir. Bir-rexti jew minghajrhom, il-hajja u l-ghemil sinifikattiv (li jaghti s-sahha u s-sbuhija lill-hajja) jibqghu ezattament kif ikunu, bhal stampa li ma ticcaqlaqx.

Dan ghaliex ir-rexti m’ghandhom ebda riferiment morali jew etiku jekk mhux b’mod negattiv. Jigifieri m’ghandhom ebda rabta mit-titjib jew il-bdil tal-ghajxien. Il-hazen jew it-tajjeb ta’ qabilhom jibqghu jsiru wara bhallikieku ma gara xejn. Hu ghalhekk li r-rexti huma zejda, li jaghmel tajjeb u haga wisq xierqa jekk wiehed iwaqqafhom flok jissoktahom.

Jimpressjonaw ruhhom bir-rexti dawk biss li huma vojta bhalhom. Ghax ghajnejhom jitmantnu mit-tlellix tal-qoxra minghajr ma qalbhom u mohhhom jippruvaw jilmhu x’ikun hemm ’il gewwa minnha (jigifieri x-xejn). Is-superficjalità hija r-regola ta’ nies bhal dawn; il-hela tal-hin ix-xorti taghhom.

Hsara

Ir-rexti ma jaghmlu gid lil hadd. Bil-kontra, jaghmlu l-hsara. Huma bhal dghajsa fuq l-art li fiha jilaghbu t-tfal. Taparsi sejrin xi mkien meta fil-fatt jibqghu dejjem fl-istess post minkejja li l-bahar sabih jibqa’ jistedinhom jirkbu l-avventura tieghu. Imma, bhall-bahrin tal-bnazzi, min jehda bir-rexti jibza’ mit-tbahhir u jaghzel l-ehfef triq ghall-ispirtu patetiku taghhom: il-kenn tal-kalanka.

Nies u istituzzjonijiet li jibqghu jehdew fir-rexti ghandhom patologija psikologika. M’humiex kapaci jkunu qalbiena bizzejjed biex jagharfu l-affarijiet u l-ghemejjel ghal dak li huma: jilmhu tifsir fejn m’hemmx; jisthajlu li qeghdin jisimghu lingwagg fejn hemm biss hsejjes; jobsru li mixjin meta t-tahrik taghhom hu wieqaf; joholmu waqt li reqdin.

Dawn in-nies kulma jiehdu huwa r-rizultat tar-rexti li jaghmlu: jigifieri x-xejn. Anzi, kapaci jirbhu d-dahq u forsi anki l-istmerrija ta’ min fil-hajja jhoss li ghandu jkollu responsabbiltà morali u etika daqsxejn akbar. Min jirrexta ma jgib ebda rispett fuqu nnifsu ghajr minghand min m’ghandux hlief il-hila li jara sal-ponta ta’ mniehru.

Fl-ahhar mill-ahhar, ir-rexti huma gidba li trid titwemmen minghajr qatt ma jirnexxielha.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?