Ebda dmir minghajr gustizzja

Id-dmir huwa impenn morali. Meta persuna taccetta dmir, implicitament taccetta wkoll li twettqu fil-prattika. Semplici gharfien razzjonali jew affettiv (“nifhem li ghandi dmir”; “inhoss li ghandi dmir”), minghajr twettiq korrispondenti f’azzjoni konkreta, ma jissodisfax id-dmir. Min-naha l-ohra, lanqas ma jissodisfah―anzi, sahansitra jurtah―twettiq konkret li jkun moralment maqtugh minn sfera ta’ dmir akbar.

Skala ta’ dmirijiet

Essenzjalment, kull dmir huwa dejn ta’ kuxjenza. Filwaqt li l-kelma ‘dmir’ tigi mill-Gharbi klassiku ‘damir’, li tfisser kuxjenza, il-kuncett tad-dmir jintrabat mad-dover, kelma li tigi mil-Latin ‘debere’ jew ‘debitum’, li tfisser dejn.

Hemm skala ta’ dmirijiet li jista’ jkollna. Din ifissirha Cicerun fis-sena 44 Q.K., jigifieri ftit qabel ma kienu qatluh, f’ittra lil ibnu, Mark, li kien qieghed jistudja l-filosofija f’Ateni. Hija skala maghmula minn erba’ saffi, fejn kull wahda thaddan lil ta’ tahtha. Huma dawn (bhal fix-xbieha):

• L-ewwel u l-aqwa: id-dmirijiet li jigu mill-fatt li inti bniedem.

• It-tieni: id-dmirijiet li jigu mill-istat ta’ hajja li thaddan (familja, komunità, impjieg, kariga, pajjiz u l-bqija).

• It-tielet: id-dmirijiet li jigu mill-karattru tieghek (inkejjuz, nervuz, supperv u l-bqija).

• Ir-raba’: id-dmirijiet li jigu minn dak li moralment tistenna minnek innifsek (imhabba lejn l-annimali, harsien tal-ambjent u l-bqija).


Dmirijiet u virtujiet

Kull wahda minn dawn is-saffi jintrabtu ma’ hila jew valur ewlieni, ghall-anqas skont l-Etika Nikomakea ta’ Aristotli (li jsejhilhom ‘virtujiet morali’), b’dan il-mod: l-ewwel u l-aqwa dmirijiet jintrabtu mal-gustizzja; it-tieni, mal-prudenza; it-tielet, mal-foritudni; ir-raba’, mat-temperanza.

Il-fatt li l-gustizzja tintrabat mal-ewwel u l-aqwa dmirijiet ifisser li ebda dmir, hu ta’ liema ghamla hu (jew hu fuq liema saff iehor hu) qatt ma jista’ jonqos minnha. Fi kliem iehor, ma jista’ qatt ikollok dmir imhares sewwa jekk jonqos mill-gustizzja.

Id-dmirjiet kollha li jista’ jkollok―kemm fi hdan il-familja jew il-komunità tieghek, kemm jekk marbut mal-impjieg u l-kariga tieghek, kemm jekk mill-istat tieghek ta’ cittadin, kemm jekk jigi mill-karattru tieghek, u kemm jekk jigu mill-istennijiet morali tieghek―dejjem huma marbutin l-ewwel u qabel kollox mal-gustizzja.

Fi kliem iehor, jekk, fil-qadi ta’ dmirijietek―huma x’inhuma; taqdihom kemm taqdihom sewwa―, tonqos mill-gustizzja, allura tkun qed tonqos mill-ewwel u l-aqwa dmirijiet li ghandek, li jigu fuq kull dmir iehor.

Dmirijiet u ingustizzji

Fil-prattika, dan ifisser li bniedem ma jista’ qatt jissejjah ‘doveruz’ jew ‘tad-dmir’ jekk jaqdi xi dmir tieghu FILWAQT li jonqos mill-gustizzja. Fi kliem iehor, jekk, waqt il-qadi ta’ dmirijietu, ikun qieghed jaghmel xi ingustizzja ma’ xi hadd (forsi minhabba l-istess dmirijiet li jaqdi), allura dak il-bniedem qieghed jonqos serjament mill-ewwel u l-aqwa dmir li ghandu, jigifieri dak uman.

Issib nies li huma fidilissmi lejn l-istituzzjonijiet li jaqdu b’sens qawwi ta’ dover. Izda spiss issib ukoll li, proprju MINHABBA dan il-qadi ta’ dmirhom bil-fedeltà, ma jiskruplawx li jaghmlu l-ingustizzji, xi kultant b’mod sistematiku u konsistenti, ma’ dik jew ma’ dan. Ukoll jekk xi kultant kontra qalbhom, tali ingustizzji jibqghu jaghmluhom xorta wahda.

Dan ma jkunx ifisser haga ohra ghajr li jkunu qallbu u gerrfxu l-iskala tad-dmirijiet. B’mod dizordnat, it-tieni, it-tielet jew ir-raba’ saff ikun ha post l-ewwel wiehed. Meta tali attitudni tkun sistematika u konsistenti, din ma tkunx sempliciment ghemil vizzjuz, izda vizzju veru u proprju, li hu aghar. Bhalma jghallimna San Tumas t’Akwinu (fis-Summa Theologiae, I-II, 71), vizzju bhal dan ma jista’ qatt ikun virtuz. Mhux biss ghax hu dnub fih innifsu, izda wkoll ghax kontra n-natura.

Stat ta’ dnub

Id-dmir jissejjah, appuntu, ‘dmir’ ghax l-ewwel u qabel kollox ihares il-gustizzja. Jidhaq bih innifsu min, waqt li jaqdi dmirijiet inferjuri ghal dawk umani, iwettaq l-ingustizzji, specjalment jekk dan jaghmlu sistematikament u konsistentement. Ikun kemm ikun imfahhar u ammirat ghat-twettiq tad-dmirijiet l-ohra tieghu, bniedem bhal dan, la jonqos mill-ewwel u l-aqwa dmirijiet tieghu, moralment jinsab fi stat ta’ dnub.

Ma jista’ jezisti ebda dmir minghajr gustizzja.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?