Monday, 14 May 2012

L-iskola tat-televizjoni

Minkejja l-hafna sforzi li jsiru sabiex jinqraw il-kotba, hu difficli hafna li tintrebah dik li nistghu nsejhu l-“iskola tat-televizjoni”. Spiss tisma’ lil min jghid: jien ma naqrax; jien nara t-televizjoni. Ghalkemm tista’ tidher gejja minn personalità ghazziena jew anki superficjali, din l-espressjoni tikxef ir-revoluzzjoni qawwija li gab mieghu t-televizjoni.

Htiega

Ghalkemm l-ewwel sperimentazzjonijiet b’xandir simili ghat-televizjoni bdew madwar is-snin tmenin tas-seklu 19, kien fl-ghoxrinijiet tas-seklu 20 li l-invenzjoni televiziva qabdet ir-ritmu sew. Sas-snin tletin, it-televizjoni kien digà sar parti importanti mis-suq u beda jinfirex f’aktar u aktar djar.

Illum prattikament hadd ma jiddubita mill-htiega jew il-post tat-televizjoni f’dar. Ghal wiehed, hafna ghandhom tnejn, tlieta u aktar. Xi whud dan jarah bhala intruzjoni qawwija f’hafna valuri li qabel kienu jsawru l-ghaqda u l-komunikazzjoni tal-familji; ohrajn, izda, jarawh bhala mezz siewi ta’ edukazzjoni u kuntatt.

Hu x’inhu, it-televizjoni lllum ghandu post centrali fil-hajja tal-bicca l-kbira minnu, li ftit jimmaginaw dinja jew hajja minghajru. It-televizjoni certament m’ghadux kumdità, izda htiega. Mhux ghax jimla xi vojt, imma ghax jaghti t-tifsir lill-mili tal-hajja. Minghajr televizjoni, xi whud zgur li jhossuhom dizorjentati ghax maqtughin mid-dinja u dak li jkun qieghed jigri fiha.

Informazzjoni u taghrif

Ftit illum jibqa’ jaghmel sens nitkellmu dwar it-televizjoni bhala divergent jew sempliciment bhala divertiment. It-televizjoni f’hafna kazijiet sar l-ghajn ewlenija tal-informazzjoni li ahna niksbu. Mhux biss xehet fil-genb ix-xandiriet radjufonici, izda wkoll il-ktieb. It-televizjoni hu l-mod kif hafna minna jitghallmu.

Il-generazzjonijiet tat-televizjoni jistghu jghidu aktar minn kulhadd kif il-htiega ghall-qari tnaqqset bis-shih permezz tat-televizjoni. Mid-dinja kumplessa tieghu, it-televizjoni sar skola vera u proprja. Mhux biss ghall-kbar, izda forsi aktar u aktar ghall-kbar.

Bil-hila tieghu li jigbed l-ghajn―teknika li saret fiha nnifisha arti―it-televizjoni ghamel mezzi ohra ta’ taghlim jidher semplicistiku, abburranti u sorpassat. Dan mhux kulhadd jaqbel mieghu, naturalment. Izda l-fatt jibqa’ li l-iskola numru wiehed tal-persuni llum―aktar mill-istess skejjel u aktar mill-genituri nfushom―hu t-televizjoni. Dan tafu wkoll id-dinja akkademika, li tuza t-televizjoni kif u kulmeta tista’ sabiex twassal it-taghrif taghha lill-mases.

Ghazla tat-taghrif

Certament, l-utilità edukattiva tat-televizjoni hija qawwija. Izda wiehed m’ghandu qatt jinsa li t-taghrif tat-televizjoni huma marbut mill-qrib u b’mod kumpless hafna mad-dinja tal-industrija. Dan jista’ jfisser li t-taghrif, hekk kif jasal sa ghandna, jehtieglu jghaddi mill-gharbiel ta’ min qieghed ihallas sabiex iwasslu sa ghandna.

Ghalkemm l-industrija tal-kotba kellha minn dan ukoll, aktarx ma kinetx sottomessa ghalih daqskemm hi sottomessa ghalih l-industrija tat-televizjoni. Jista’ jkun li kien ghalhekk li l-ktieb qatt ma kellu d-difuzjoni enormi li ghandu t-televizjoni. It-televizjoni hu relattivament irhas ghal min jitghallem minnu, izda fl-istess hin wiehed qieghed ukoll ihallas prezz mod iehor ghalih.

Dan huwa l-prezz tal-ghazla li jaghmel haddiehor, li ma jfittixx dejjem l-interess edukattiv (fis-sens tajjeb tal-kelma) ta’ min ghandu access ghat-televizjoni. Dan johloq responsabbiltà akbar fuq l-akkademja, li trid dejjem tfittex modi ahjar u aktar efficjenti ta’ kif taghmel uzu mit-televizjoni.

Il-qawwa tat-televizjoni

Il-ktieb jibqa’ dejjem importanti. Izda fid-dinja taghna dan ma jistax jinghad jekk mhux f’relazzjoni tal-iskola tat-televizjoni. Il-qawwa ta’ dan ta’ l-ahhar, l-accessibbiltà tieghu, il-prezz relattivament irhis tieghu, kif ukoll l-arti komunikattiva li jimplika, kwazi kwazi ghandu hila jaqta’ nifs il-ktieb kif u kulmeta jrid.

Tassew ghandu ragun min jghid li ghalih it-televizjoni sar il-mezz ewlieni ta’ edukazzjoni u skola, kwazi kwazi wkoll ta’ kultura. Jekk ghal xi whud dan hu sfortunat, ma jistax jichad is-success ta’ dan il-mezz komunikattiv fuq firxa kbira ta’ spettaturi.

It-televizjoni―bil-frieghi kollha tal-industrija elettronika viziva li jimplika―hu skola f’kompetizzjoni kbira. Ma jistax jonqos li din il-kompetizzjoni tkun fuq kull livell, anki edukattiv. Hu dan li jaghmel it-televizjoni invenzjoni sabiha daqskemm insidjuza. Fuq kollox, hu invenzjoni li holoq, fih innifsu, fasla ta’ generazzjonijiet u ghamla ta’ hsieb li lkoll kemm ahna, irridu jew ma rridux, jehtieg li niehdu responsabbiltà taghhom.

2 comments:

  1. Filwaqt li nifhem il-punt li t-tlevizjoni jattira l-bniedem ingenerali, ma naqbilx ma kif gie intitolat dan l-artiklu.
    L-ewwel nett, it-televizjoni - anke jekk ikun programm tajjeb hafna, bhal dak tal-BBC - xorta ma jaghtikx laqwa fejn jidhol il-litterizmu. Dan il-fatt ga kien instab l-Amerka fi studju li sar meta mqabbel mall-ktieb. Barra minn hekk, huwa hafna aktar facli li toqghod bilqeghda u ma thaddimx l-immaginazzjoni tieghek; ghal kuntrarju ta' ktieb li joffrilek din l-isfida. Fatt iehor huwa li kultura ta' qari - hu x'inhu s-suggett - ma tanxt issibha f'Malta. Dan il-fatt li narawh ukoll fis-sistema edukattiva taghna - nitghallem biex nghaddi mill-ezami - u mhux biex niskopri xi haga ghal hajti.
    Nistaqsi: forsi ghalhekk ghandna socjeta' li ma tafx tiehu decizjonijiet li jaffetwawlha hajjietha?

    C.Laferla

    ReplyDelete
  2. Dak li qed tghid jista' jkun tabilhaqq minnu. Il-punt tieghi hu, ghat-tajjeb jew il-hazin (aktarx aktar ghal tat-tieni milli ghal tal-ewwel), it-televizjoni sar skola; ghal xi whud l-unika wahda. Jien m'ghandix l-icken dubju li l-ktieb hu l-aqwa skola, izda r-realta' konkreta hi dik li hi.

    ReplyDelete