Ghall-imhabba tal-Knisja

Il-Knisja f’Malta u Ghawdex qed issofri. Dan hu l-mument li ahna l-Kattolici navdaw fil-qawwa ta’ Alla u fl-ghajnuna tas-Sema. Huwa l-mument li nkunu onesti maghna nfusna, fiducjuzi fil-grazzja divina u fidili fl-imhabba taghna lejn il-Knisja.

Huwa anki l-mument li naghmlu l-qalb lill-Arcisqof taghna f’dan il-mument difficli. Aktarx li hadd mill-predecessuri tieghu f’dawn l-ahhar mitejn sena ma sab ruhu fis-sitwazzjoni iebsa li qieghed fiha hu, issa meta l-Knisja m’ghadhiex forza predominanti tal-pajjiz.

Huwa l-mument meta navdaw fit-talb. Halli l-hniena t’Alla taghtina l-bzulija u l-ghaqal sabiex naraw it-triq li msejhin li naqbdu. Qeghdin nibdew kapitlu gdid fl-istorja tal-Knisja f’Malta u l-mument jitlob minna hafna umiltà u ghaqda.

Strategija biss?

Xi whud qeghdin jitfghu l-htija kollha tat-telfa drammatika li l-Knisja garrbet is-Sibt li ghadda ghall-istrategija wzata minnha waqt il-kampanja. Fil-bicca l-kbira taghha, l-istrategija kienet tassew tal-biki. U dan m’iniex qieghed nghidu bl-‘gherf ta’ wara’. Kien car mill-bidu sal-ahhar ghal min ried jarah.

Izda hawnhekk ma jidhirx li huwa l-waqt li noqghod nidhol fl-irquqijiet taghha. Wahda, ghax jehodli t-tul. It-tieni, ghax ghalissa ma jservi ghal xejn. Aktarx kulma hu mehtieg li jigi nnutat hu li ma giex mifhum b’mod xieraq dwar xiex kienet sewwa sew il-kwestjoni kollha. Ikkoncentrajna fuq id-divorzju u z-zwieg. Izda dawn, ghalkemm importanti wisq fihom infushom, ma kinux is-sugu tal-kwestjoni (ghall-anqas mhux tul il-kampanja kollha).

Is-sustanza tal-kwestjoni kollha ttrasformat ruhha f’mistoqsija dwar ir-relazzjoni li ghandu jkollha l-Knisja mal-Istat Malti. Sa fejn naf jien, il-messaggi kollha min-naha tal-Knisja qatt ma dahlu f’dan il-mertu, anki jekk aktarx kienet din l-aktar kwestjoni essenzjali tat-tahrig kollu.

Mhux ninghalqu

Sfortunatament, tul il-kampanja ntwera ghadab partikularment qares ghall-Knisja. Xi whud milli esprimewh ma jemmnux f’Alla u, ghaldaqstant, l-istmerrija taghhom (ghalkemm aktarx nieqsa minn sentimenti ta’ tolleranza) tista’ tigi mifhuma. Izda ghadab iehor gie wkoll minn Kattolici dizappuntati. Id-dizappunt ta’ dawn ma kienx marbut biss ma’ kwestjonijiet ta’ annullamenti (li jista’ jkun apprezzat), izda wkoll mal-‘forma mentis’ u mal-‘modus operandi’ generali tal-Knisja lokali.

Huwa facli li dawn tal-ahhar jinghataw l-ispalla bhallikieku insinifikanti u forsi ambizzjuzi wkoll, jekk mhux ukoll disrispettuzi. Izda dan l-atteggjament ikun qieghed iwarrab lehen li aktarx hu importanti fil-komunità Kattolika. Wara kollox, ahna nemmnu li l-Ispirtu profetiku jista’ jinghata lil kulhadd.

Ghaldaqstant, it-tentazzjoni hi li nizviluppaw mentalità insidjuza ta’ assedju, fejn nisthajlu li l-Knisja qieghda tigi assedjata minn qawwiet li jridu jeqirduha. Daqstant insidjuz huwa l-izvilupp ta’ mentalità fejn nisthajlu li l-Knisja hija komunità dghajfa fost qawwiet ostili. It-tnejn jaghalquna go fostqa dejqa li fl-ahhar mill-ahhar tnawwarna.

Tama fil-gejjieni

Il-komunità nisranija la hija vittma u lanqas dghajfa. Ghandha maghha l-qawwa bla qies tal-Ispirtu s-Santu li hu rebbieh fuq kollox u li qaddes kollox.

Izda jehtieg li ma mmewtuhx. L-Ispirtu qieghed jaghtina din l-opportunità gdida biex nissaffew, navdawh u nhalluh juri s-setgha tieghu. Qieghed jistedinna sabiex nabbandunaw l-alleanzi antiki taghna, li wasluna fiex wasluna, u nsawru alleanzi godda, li kapaci johorgu l-isbah u l-ahjar mit-twemmin li nistqarru.

Fuq kollox, nehtiegu l-kuragg. Ahna m’ahniex wehedna (ghax Alla hu dejjem maghna) u lanqas m’ahna bla sahha (ghax l-imhabba ta’ Gesù Sidna hi l-forza taghna). Izda f’dan il-waqt krucjali, il-kuragg taghna jigi mill-bzulija u l-ghaqal li Alla kapaci jaghtina.

Il-gejjieni tal-Knisja f’Malta jista’ tabilhaqq ikun hafna isbah u ghani milli qatt kien. Dan hu l-mument li fih, f’dinja li nbidlet madwarna, nistghu naghtu prova qawwija tat-tama li ghandna.

Comments

Popular posts from this blog

Annimali domestikati u nies oħra (6)

Il-GB tibqa’ ġewwa

Humiliating and shameful