Il-Knisja sabiha ta’ Gesù

Bhalma huma tlieta l-hwejjeg li fuqhom tistrieh il-fidi nisranija – jigifieri l-fidi, it-tama u l-imhabba – hekk ukoll tlieta huma l-hwejjeg li fuqhom tistrieh ir-religjon nisranija: il-fqar, il-prezz li hallas Gesù talli zamm mal-fqar, u l-mixi taghna wara Gesù fiz-zamma tieghu.

Il-fqar

Hafna tarahom jithawdu malli jisimghu din il-kelma “fqar”, bhallikieku kien isem abbuzat imwehhel ma’ kuncett astratt mislut minn manwal marxista qadim ta’ xi erba’ teologi tal-liberazzjoni. Ghalihom il-kuncett hu vag daqs l-gharfien taghhom ta’ min huma dawn in-nies li konkretament jiffurmaw il-kategorija tal-”fqar”. Donnhom qatt ma jistghu jsibu kif ipoggu subghajhom fuq il-ferita.

Jghaggibna Gesù minn dan il-lat. Ghax jidher li ma kellu ebda problema bhal din. Donnu kellu f’mohhu car daqs il-kristall min kienu dawn in-nies, allavolja ma kienx marxista! Madanakollu, kien jaf tajjeb jiddistingwi l-klassijiet socjali. Kien jaf b’dawk li joholqu u jzommu s-sistema politika u ekonomika. Kien jaf b’dawk li huma komdi fis-sistema u jiggustifikaw il-kumdità taghhom. U kien jaf b’dawk li huma zvantaggjati u oppressi mis-sistema.

Lil dawn tal-ahhar sejhilhom “fqar” ghax iz-zewg klassijiet l-ohra cahdulhom il-mezzi necessarji li bihom setghu jipprotestaw kontra s-sistema oppressiva jew jibdluha. Dawn la kienu rapprezentati istituzzjonalment u lanqas istituzzjonalment vizibbli jew partecipattivi. Ma kinux “stake-holders” (kif nghidu llum) fil-mekkanizmu politiku, socjali, ekonomiku u religjuz. Kienu biss passivament jaqilghu go fihom l-effetti tal-kawzi li johloq haddiehor ghall-vantagg tieghu nnifsu.

Dawn in-nies ghad ghandna minnhom fostna llum: nies siekta u wahedhom li huma vittmi ta’ strategiji istituzzjonali u kundizzjonijiet politici, ekonomici, socjali u religjuzi li ma huma rapprezentati minn hadd, li ma jistghux jippartecipaw fit-tehid tad-decizjonijiet li jaffettwawlhom hajjithom, u li s-skiet taghhom jittiehed bhala approvazzjoni tas-sistema kollha.

Il-prezz

Gesù qieghed lilu nnifsu fuq in-naha ta’ dawn in-nies. Dan ifisser li identifika lilu nnifsu maghhom. Il-persuna morali tieghu kienet tirrapprezenta l-persuni invizibbli taghhom quddiem il-klassijiet l-ohrajn. Il-lehen imsikket taghhom sab espressjoni fil-lehen tieghu, kemm meta talab, kemm meta ppriedka u kemm meta kkritika. Il-kawza tieghu u taghhom kienu l-istess kawza. Il-missjoni tieghu kienet li jikseb ghalih u ghalihom il-libertà mill-oppressjoni komplicita tal-klassijiet l-ohrajn.

Ta’ dan hallas prezz: il-prezz tas-salib. Kien prezz li fissru qabel fl-Ewkaristija. Il-hobz maqsum u l-inbid imxerred fissru u wettqu l-identifikazzjoni tieghu mal-oppressati daqskemm l-ingustizzja tieghu u taghhom mill-oppressuri.

Id-demm tieghu, imxerred minhabba l-oppozizzjoni tieghu ghall-oppressjoni tieghu u taghhom ilkoll, ikkonferma l-Patt li bih Alla wera li dejjem huwa fuq in-naha tal-oppressati; dejjem se jidentifika lilu nnifsu maghhom; dejjem se jirrapprezentahom quddiem l-oppressuri; dejjem se jkun espressjoni ta’ lehenhom; dejjem l-kawza tieghu u taghhom se jkunu l-istess kawza; dejjem se jissielet ghal-liberazzjoni taghhom mill-oppressjoni komplicita tal-klassijiet oppressuri.

Il-mixi

Il-Knisja mhijiex tali jekk ma taghmilx dak li ghamel Gesù. L-imitazzjoni tieghu mhijiex filli jkollna daqna bhalma kellu hu (jekk qatt kellu), li jkollna “libsa bla hjata minsuga bicca wahda minn fuq s’isfel” jew dettalji ohra bhal dawn. L-imitazzjoni tieghu tikkonsisti filli naghmlu l-istess identifikazzjoni mal-oppressat kif ghamel hu, filli l-kawza taghna tkun l-istess kawza tal-oppressat u filli l-missjoni taghna tkun l-istess missjoni ta’ liberazzjoni li wettaq hu.

L-espressjoni u c-celebrazzjoni ta’ dan kollu jsir fil-liturgija. Din mhijiex maqtugha jew mahlula mill-identifikazzjoni, il-kawza u l-missjoni ta’ Gesù u taghna. Hija l-espressjoni taghhom u, fl-istess waqt, ic-celebrazzjoni taghhom ukoll. Ma jibqghalhiex wisq tifsir – jekk mhux spiritwalistiku – jekk tkun mifruda minnhom.

B’hekk il-liturgija tikkompleta t-trepied li fuqu tistrieh ir-religjon nisranija taghhna. Hija religjon li tibda mill-identifikazzjoni mal-fqar, li zzomm mal-fqir kontra min jahqru, u tfisser u ticcelebra din l-identifikazzjoni. F’dan tintwera l-Knisja sabiha daqskemm sabih kien Gesù.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?