Is-sabih ilsien Malti

Il-mibki Frans Sammut (1945-2011)
Xi whud ma japprezzawx bizzejjed is-sabih ilsien Malti. Huwa gawhra li tant imdorrijin biha f’idejna jew fuq ilsienna li nsejna nagharfu fiha l-gmiel u s-siwi kbir li ghandha. Ilsienna ma jisthoqqx lil hafna minna, mhux biss ghax ma jharsuhx kif imiss, izda aktar u aktar ghax jaghzlu li jitkellmu hazin b’ilsien barranin milli tajjeb bil-Malti.

Ilsien u nazzjonalità

Ghal xi whud, l-ilsien Malti hu elm tan-nazzjonalità taghna. Jezistu hafna nazzjonijiet fid-dinja li m’ghandhomx ilsien taghhom. Dan wahdu juri li r-rabta bejn ilsien u nazzjonalità mhijiex wahda mehtiega. Minkejja dan, mhuwiex ta’ min jinsa li lsien nazzjonali jaghti siwi specjali lil poplu ghax iroddlu gieh u dinjità li ma jistax ikollu minghajru.

Bosta nazzjonijiet, ghalkemm ghandhom ilsien jew ilsna taghhom, sabu lil xi whud mill-mexxejja taghhom jaghzlu li jithaddtu b’ilsien barrani, hafna drabi ta’ min kien jahkimhom qabel. L-ilsien li juzaw huwa minnu nnifsu elm qawwi tas-sottomissjoni taghhom u tal-hemm li baqghu fih meta warrbu lsienhom stess.

Xi whud f’pajjizna, l-aktar fost dawk li jippretenduha tal-aktar kolti, hafna drabi jithaddtu b’ilsien il-kolonizzaturi li kellna. Minghalihom li dan hu xi elm ta’ sofistikazzjoni jew grad oghla ta’ civiltà meta fil-fatt ma huwa xejn ghajr elm ikrah ta’ faqar u injoranza. Dawn in-nies juri x’inhuma.

Self barrani

Ohrajn, minkejja li jithaddtu bil-Malti, ifaqqruh bl-ghazz taghhom. Dawn ideffsu kliem barrani fit-tahdit taghhom meta, bi ftit attenzjoni aktar, jistghu jsibu kliem Malti li joqghod aktar minnhom. Xi whud jghidulek li f’ilsienna m’ghandniex din il-kelma jew dik l-espressjoni li bihom jistghu jesprimu sewwa xi hsieb. Dan jghiduh, mhux ghax m’ghandniex, izda ghax ma jafux bihom.

L-ilsien Malti hafna drabi hu vittmi tal-injoranza tal-Maltin stess. Tradutturi, poeti, kittieba, gurnalisti u bosta suriet ta’ nies ohrajn, flok jaghnu t-taghrif li ghandhom ta’ lsien art twelidhom, arahom jghaffgu f’diskorshom kliem mehud minn ilsna barranija. Hafna drabi, lil dawn issibhom imaqdru ilsienna minghajr ma jintebhu bil-faqar taghhom u bil-limitazzjoni tal-gharfien li ghandhom tieghu.

L-aktar nies li qed ikomplu jnaqqru u jxejnu l-gmiel u s-sbuhija tal-ilsien Malti huma dawk li jidhrilhom li jafu lsienhom l-aktar. Hafna drabi, dawn ifittxu li jdeffsu kliem Malti bhal kxaxen f’sentenzi li ghandhom fasla ta’ lsien barrani meta l-Malti ghandu s-sura u l-ghamla sabiha tieghu li ghalihom il-kelma u l-hsieb Malti joqghodu bhal ingwanta fuq id.

L-Akkademja Maltija

Illum ghandna l-Akkademja Maltija li ghandha d-dmir ufficjali li thares fuq ilsienna. L-oghti ta’ din il-pozizzjoni lil istituzzjoni bhal din kien pass importanti u mehtieg. Izda minkejja s-setghet wesghin li ghandha, l-Akkademja ghadha dejqa wisq fl-impenn taghha. Aktarx qieghda tiffoka b’mod esklussiv wisq fuq li tghin (u dan fih innifsu tajjeb) fit-tkabbir tal-espressjoni artistika taghna, izda qed thalli oqsma ohra mwarrbin.

Jista’ jkun li jehtieg li jigu identifikati ahjar dawk l-oqsma li l-aktar ihallu influss fuq l-uzu (tajjeb jew hazin) ta’ kuljum ta’ lsienna. Xi kultant, tibki taqra gazzetta bil-Malti jew tisma’ l-ahbarijiet b’ilsienna fuq televizjoni. L-istess, it-telenovelli tant popolari u programmi ta’ diskussjoni bosta drabi ssibhom jaghmlu herba minn ilsien tant hlejju u sabih.

L-Akkademja donnha tinjora ghodod popolaristici bhal dawn li ghandhom post specjali (u sahanstira ewlieni) fil-harsien u t-taghlim tal-ilsien Malti. F’pajjizi ohra, sfregju tal-ilsien f’oqsma bhal dawn ma jithalliex jghaddi minghajr it-twissijiet u xi kultant l-ghadab tal-akkademji lingwistici nazzjonali rispettivi taghhom. Ghala f’Malta mhuwiex l-istess?

Sebh u gmiel

Bla dubju, f’dawn l-ahhar ftit ghexieren ta’ snin sar hafna progress f’rabta mal-harsien u l-kura tal-ilsien sabih taghna. Izda jonqos hafna wkoll, l-aktar fejn jidhol l-ghazz tal-uzu xieraq u tajjeb tal-ilsien minn nies li ghandhom is-setgha jinfluwenzaw hafna lil haddiehor. Jidhirli jien li min mhuwiex imharreg bizzejjed jew huwa ghazzien izzejjed fl-uzu tajjeb ta’ lsienna, m’ghandux jithalla f’imkejjen li jista’ jwegga’ jew jaghmel il-hsara bl-injoranza tieghu.

Ilsienna huwa mill-isbah u tabilhaqq jaghmlilna gieh. Jalla nkunu sbieh ghalih ukoll u naghmlulu l-gieh li jixraqlu.

Comments

  1. Mark,

    Illum jeżisti l-Kunsill tal-Ilsien Malti li qed jagħmlu xogħol siewi sabiex jgħaqqad flimkien esperti f'diversi oqsma - lingwisti, kittieba, tradutturi eċċ kif ukoll esperti tekniċi - biex jindirizzaw diversi nuqqasijiet. Ħolqu kors professjonali għall-qarrejja tal-provi, jindirizzaw nuqqasijiet ta' qbil dwar kliem u frażijiet, u ħafna xogħol ieħor.

    ReplyDelete

Post a Comment

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?