Ir-relattivizmu religjuz

Fl-ahhar messagg tieghu, zewgt Ihdud ilu fl-okkazjoni tal-festa ta’ Kristu Re li saret il-Marsa (20/11/05), l-Arcisqof tkellem dwar ir-relattivizmu religjuz. Huwa qal (skond il-gazzetti) li ‘dan ir-relattivizmu―li fuq kollox huwa mgieba prattika―jaghmel hsara tant kbira li, fejn jahkem, il-hsara li jgib isejhulha d-“dittatura tar-relattivizmu modern”. Din twarrab ghal kollox l-istess verità u sahansitra lill-istess Alla’.

Minn fejn gej?

Il-kelma ‘relattivizmu’ gejja mill-kelma ‘relattiv’ (Lat. relativus, relazzjoni), jigifieri komparattiv ghal xi haga ohra.

Ir-relattivizmu religjuz jiehu l-ispunt tieghu mir-relattivizmu xjentifiku, li hareg mit-teorija ta’ l-evoluzzjoni ta’ Charles Darwin (1809-82) ta’ l-1859 u sseddaq bit-teorija ta’ Albert Einstein (1879-1955) ta’ l-1905.

Hemm differenza essenzjali bejn it-teoriji tar-relattività ta’ Darwin u Einstein (ta’ l-ewwel marbuta mal-bijologija; tat-tieni mal-kosmologija) u l-applikazzjoni taghhom f’oqsma differenti (is-socjologija, il-kultura, l-arti, il-letteratura, ir-religjon, l-arkitettura, il-muzika, il-ligijiet pozittivi u l-bqija): wahda ma tistax tithallat ma’ l-ohra.

B’mod generali, ir-relattivizmu jsostni ligi universali wahda: kollox hu dejjem relattiv ghaz-zmien u l-post (jew Xejn ma hu assolut).


X’inhu?

Ir-relattivizmu religjuz uwa, qabel xejn, kultura. Dan ifisser li mhuwiex sempliciment xi teorija li jhaddnu l-filosfi jew l-intellettwali, jew xi taghlim maghluq bejn l-erba’ hitan ta’ xi università, imma twemmin popolari mifrux hafna; u mhux biss fost iz-zghazagh.

Jibda billi jsostni li l-Alla tar-religjonijiet kollha huwa l-istess Alla, ghalkemm b’ismijiet differenti (Missier, Zeus, Deus, Allah, Spirtu Kbir, Jahweh, Adonai u l-bqija).

B’implikazzjoni, id-differenza religjuzi huma aktar umani milli divini. Huma toroq (kulturalment) differenti li kollha, bil-mod taghhom, iwasslu ghand l-istess Alla.

Dawn it-toroq gew imxandra minn ‘profeti’ (Gesù, Mohammed, Buddha, Zaratustra, Mosè u hafna ohrajn) li l-ewwelnett, Alla b’xi mod ‘inkarna’ ruhu go fihom; u t-tieni, kollha bazikament xandru l-istess haga: is-shubija tar-rieda umana mar-rieda divina.

Implikazzjonijiet

Dan kollu jfisser li (1) mhemmx differenza fundamentali bejn ir-religjonijiet (fundamentalment mhumiex inkompatibbli), (2) ebda religjon ma hi l-‘vera’ u l-ohrajn b’xi mod anqas (‘pluralizmu religjuz’), (3) id-differenza bejn ir-religjonijiet mhijiex duttrinali imma kulturali, (4) ebda duttrina religjuza ma qatt tista’ tinzamm b’mod assolut jew infallibbli, (5) il-‘Verità’ ma tezistix (apparti Alla nnifsu); jezistu biss ‘veritajiet’ u (6) kull tip ta’ religjosità (anki wahda mahluqa privatament) hi valida u accettabbli

Minn hawn gej li r-relattivizmu religjuz jimplika li (1) d-dommi tal-Knisja huma interpretazzjonijiet temporanji u transitorji (ez. klassiku huwa d-domma tal-vera ezistenza fizika u personali ta’ Adam u Eva; ara Denzinger, Enchir., 101, 228a, 480 u 2328), (2) il-missjonologija m’ghandhiex l-iskop ewlieni li tibdel ir-religjon ta’ l-indigeni, imma li tghinhom socjalment u ttejjibhom moralment, (3) il-Knisja Kattolika mhijiex l-unika triq ghas-salvazzjoni; l-‘extra ecclesiam nulla salus’ ghandha tinftiehem f’sens mill-aktar wiesgha u (4) mhemmx ‘dannazzjoni eterna’ ghal kull persuna li b’xi mod tichad li ssir nisranija.

X’jahseb il-Papa dwar dan?

L-espressjoni ‘id-dittatura tar-relattivizmu’ (imsemmija fil-bidu) gejja direttament mill-omelija tal-Kardinal Josef Ratzinger fil-Quddiesa pro eligendo papa fil-ftuh tal-konklavi (18 ta’ April 2005) li effettivament hatar lil Ratzinger stess bhala Papa Benedittu XVI.

Skond diversi pronunzjamenti li Ratzinger ghamel bhala d-Dekan tal-Kongregazzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi, ir-relattivizmu religjuz (1) huwa ‘l-aktar problema gravi ta’ zmienna’ fil-Knisja, (2) jichad l-oggettività tal-verità (jew ghallanqas l-access ghaliha), (3) inaqqas is-siwi tat-twemmin li Gesù huwa l-uniku Triq, Verità u Hajja (f’dan is-sens, ir-relattivizmu religjuz huwa versjoni ohra tal-Monofisitizmu u l-Pelegjanizmu) u (4) ixejjen l-iskop tal-hidma missjunarja tal-Knisja.

Barra minn hekk, (5) ixejjen il-possibbiltà ta’ stqarrijiet morali (u ghalhekk jiftah it-triq ghat-totalitarizmu politiku), (6) ixejjen l-eskatologija tal-Knisja billi ‘jiddivinizza’ l-prezent (f’dan is-sens ir-relattivizmu religjuz jixbah il-Marxizmu), (7) ixejjen is-siwi ta’ kull stqarrija favur id-drittijiet tal-bniedem (ghax isejjes dawn id-drittijiet sempliciment fuq il-konvenzjonijiet umani) u (8) huwa analogu ghat-Teologija tal-Liberazzjoni

Fit-8 ta’ Settembru 2005, il-Papa Benedittu XVI sahaq ma’ l-isqfijiet Messikani li r-relattivizmu kulturali u religjuz ihawwad il-kuxjenzi u jwemmen lin-nies li, ‘minghajr Alla jew anki kontrih, jistghu jsibu t-twettiq taghhom f’xi qawwa teknolgika, politika u ekonomika’.

Fil-Fides et ratio (1998), il-Papa Gwanni Pawlu II jghid li r-relattivizmu kulturali u religjuz ixerred ix-xetticizmu u jnaqqas ‘il-fiducja fil-verità’ (n.5). Fil-Veritatis splendor (2003) jghid ukoll li r-relattivizmu kulturali u religjuz ‘jikkwestjona r-rabta intrinsika u qawwija bejn il-fidi u l-morali’ (n.4).

X’jahseb haddiehor?

Naturalment, mhux kulhadd fost it-teologi Kattolici l-kbar jaqblu ghal kollox ma’ din il-vizjoni interpretattiva. Verweyen, Böckenförde, Metz, Rahner u Küng, biex insemmi xi whud mill-aktar sinifikattivi ta’ zmienna, joffru interpretazzjoni Kattolika valida wkoll.

Ikun xieraq li darba ohra naghti hjiel dwar kif teologi kbar ta’ zmienna bhal Hansjürgen Verweyen, Werner Böckenförde, Johann Baptist Metz, Karl Rahner u Hans Küng iharsu lejn din il-kwestjoni tant importanti.

* * *

Il-Papa Benedittu XVI beda jizviluppa l-oppozizzjoni qawwija tieghu kontra r-relattivizmu mill-irvellijiet ta’ l-1968 ’il quddiem. F’dak iz-zmien, donnu gharaf li l-modernizmu, hekk kif beda jiddakkar dejjem aktar mill-socjalizmu u l-kommunizmu, kien qieghed jiehu xejriet wisq estremi u perikoluzi. Fil-qasam tar-religjon, u partikularment fil-Kattolicizmu, Ratzinger beza’ li l-Knisja kienet qieghda ssir ‘socjali’ zejjed.

Teologi kbar Kattolici bhal Hansjürgen Verweyen, Werner Böckenförde, Johann Baptist Metz, Karl Rahner u Hans Küng, biex insemmi hamsa biss, ma jaqblux mieghu u dan stqarrewh pubblikament diversi drabi. Dawn kollha huma sinifikanti ghax ilkoll kienu jafu mill-qrib ir-Ratzinger ta’ qabel l-1968 u ghalhekk aktar huma f’pozizzjoni ahjar minn haddiehor biex jaraw il-bidla tremenda li sehhet fih wara l-1968.

Hansjürgen Verweyen

Verweyen mhuwiex sacerdot. Hu Germaniz mizzewweg mara li hi wkoll teologa ta’ klassi. Kien student ta’ Ratzinger sa l-1967 u ghallem it-teologija fl-Amerika fuq rakkomandazzjoni ta’ Ratzinger stess. Fil-Knisja Kattolika, Verweyen hu rrispettat hafna bhala teologu u llum, minhabba c-certa polorizzazzjoni li tezisti fil-Knisja, hu meqjus bhala wahda mill-vizjonijiet teologici alternattivi ghall-ultra konservattivi Kattolici.

It-teologija ta’ Verweyen iddur madwar dak li jissejjah il-‘Gesù storiku’, jigifieri il-Gesù ta’ qabel il-qawmien u l-glorifikazzjoni tieghu. Din l-enfasi twassal it-teologija tieghu sabiex jaghti hafna siwi lill-esperjenza storika tal-bniedem u tal-Knisja, esperjenza li, bhall-Gesù storiku, thaddan kemm l-uman u kemm id-divin.

Is-soluzzjoni ghar-relattivizmu religjuz, skond Verweyen, mhijiex li ninghalqu fina nfusna u nossessjonaw irwiehna bil-konservazzjoni ta’ dak li ghandna, imma li nuru n-natura umana u divina tal-hajja filwaqt li niddjalogaw mad-dinja u nibqghu nippruvaw nigbru udjenza li tismaghna.


Werner Böckenförde

Böckenförde huwa sacerdot kanonista, jigifieri studjuz tal-ligi tal-Knisja Kattolika. Ghaldaqstant, il-vizjoni tieghu hi mill-aspett legali ta’ l-istruttura ekklezjastika u ghalhekk differenti hafna minn dik ta’ teologu bhal Verweyen. Imma bhal Verweyen, Böckenförde ukoll studja taht Ratzinger qabel l-1968 u, bhal Verweyen ukoll, Böckenförde ma jaqbilx mal-pozizzjonijiet li ha l-Vatikan, inkluz Ratzinger innifsu, f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin.

Böckenförde jemmen fit-tmexxija kollegjali tal-Knisja, jigifieri li l-Knisja titmexxa, mhux mill-Vatikan jew bl-awtorità assoluta ta’ bniedem wiehed, imma bl-ghaqda u l-ftehim bejn l-isqfijiet kollha. Böckenförde jara din il-pozizzjoni legali u amministrattiva bhala dik li l-aktar tirrifletti x-xewqa ta’ Kristu u t-tradizzjoni ta’ l-Appostli.

Is-soluzzjoni ghar-relattivizmu religjuz, skond Böckenförde, mhijiex li naghmlu mill-Knisja socjetà dittattorjali, imma li nkunu aktar sensittivi ghall-fehmiet u t-tnebbih ta’ l-isqfijiet madwar id-dinja, li kull wiehed bil-mod u fil-lokalità tieghu, jirrifletti t-twemmin ta’ niesu.

Johann Baptist Metz

Metz hu sacerdot li hadem ma’ Ratzinger ghal diversi snin fil-Germanja mill-1963 ’il quddiem. Hu kontemporanju ta’ Ratzinger u bata hafna taht in-Nazisti, sa anki kien prigunier tal-gwerra. It-teologija ta’ Metz, li tgawdi l-akbar stima fid-dinja Kattolika, iddur madwar il-hsieb li l-Kristjanizmu necessarjament jimplika impenn politiku f’isem il-gustizzja socjali.

Ghal Ratzinger, din il-pozizzjoni kienet dejjem suspetta u perikoluza, specjalment wara li t-teologi tal-liberazzjoni fl-Amerika Latina wzawha bhala ghodda ghall-izvilupp tal-hsieb taghhom.

Metz mhuwiex xi wiehed li ma jaghrafx l-isfida tar-relattivizmu kulturali u religjuz. Infatti, fl-1998 kien ghamel diskors fil-prezenza ta’ Ratzinger li fih sahaq li r-relattivizmu jehtieg li jigi kkombattut, imma mhux bl-awtoritarjanizmu jew bl-gheluq ta’ l-istituzzjoni fiha nnifisha.

Karl Rahner

Rahner kien teologu Gizwita li miet fl-1984. Aktarx kien wiehed mill-aktar feroci kontra Ratzinger u d-direzzjoni li fiha dan ta’ l-ahhar ried li jiehu l-Knisja Kattolika. Imma r-relazzjoni ta’ bejniethom ma kinetx hekk minn dejjem. Kien hemm zmien meta sa hadmu flimkien, bhal fil-Koncilju Vatikan II fl-1962, u anki ffirmaw stqarrija importanti flimkien fl-1968 (flimkien ma’ ohrajn, bhal Küng, Metz, Schillebeeckx u Congar) li fiha sahqu li l-Papa u l-isqfijiet m’ghandhomx ‘jahkmu, johonqu jew ixejnu’ xoghol it-teologi.

Fi ftit kliem, it-‘teologija traxxendentali’ ta’ Rahner issostni li l-qawwa ezistenzjali tan-natura u ta’ kull bniedem huwa Alla (‘ezistenzjalità sopranaturali’). Ghaldaqstant, l-uman ghandu, fih innifsu, dik il-forza divina li ggeddu u tqawwih. Din Ratzinger jaraha bhala premissa perikoluza li tibni teologija madwar il-bniedem u mhux madwar Alla.

Hans Küng

Küng kien teologu Svizzeru ta’ kalibru immensament gholi li, ghalkemm ikkollabora ma’ Ratzinger, tbieghed dejjem aktar mit-teologija ‘ufficjali’ tal-Vatikan. Il-hsieb profond ta’ Küng qatt ma halla l-icken dubju li kien jopponi kull tentattiv sabiex il-Vatikan jikseb l-esklussiva fit-teologija.

Il-kotba ta’ Küng, “Infallibbli?” (1970) u “Dwar li Tkun Nisrani” (1974), gabuh wicc imb’wicc mal-Vatikan f’konfront dirett. Ratzinger kien f’certi cirkli li fihom ta lil Küng tort u htija. F’certi kitbiet tieghu, attakka lil Küng b’qawwa sorprendenti.

Ghal Küng, ir-relattivizmu mhuwiex theddida ghall-Knisja Kattolika. Bil-kontra, huwa t-triq li tisa’ twassal ghal gharfien ahjar taghha nnifisha u ta’ l-ohrajn. Küng jaghraf fil-Koncilju Vatikan II iz-zerriegha t-tajba li setghet kibret f’sigra ta’ djalogu u gharfien, imma li giet mahnuqa minn interessi ohrajn.

* * *

Id-diskussjoni, rapprezentata minn Verweyen, Böckenförde, Metz, Rahner, Küng u ohrajn fuq naha, u Ratzinger, Twomeym, Schönborn u ohrajn fuq in-naha l-ohra, ghadha ghaddejja. Hija miftuha u interessanti. Hija dwar il-Knisja u r-relazzjoni mad-dinja tal-lum.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?