Zwigijiet gay

Fil-harga ta’ l-orizzont tat-Tnejn, 23 ta’ Jannar, 2006, f’pagna 9, Dun Ang Seychell kiteb li “[ahna l-Insara] ma naccettawx li jitqies bhala ‘zwieg’ kull ghaqda bejn persuni ta’ sess wiehed jew li dawn jadottaw tfal taht l-età”. Dwar dan, u fid-dawl tar-rispett kbir li ghandi lejn Dun Ang, nixtieq naghmel xi riflessjonijiet ta’ natura filosofika:

1. Ghall-precizjoni, ma jistax jinghadd b’mod kategoriku li z-zwigijiet gay mhumiex accettati mill-insara KOLLHA. Il-kelma ‘nisrani’ tigbor fiha d-denominazzjonijiet kollha Kattolici, Protestanti u Ortodossi; u huwa fatt li, apparti l-pozizzjoni ufficjali ta’ kull denominazzjoni, mhux l-imsiehba kollha ta’ kull denominazzjoni ma jaccettawx iz-zwieg gay. Sahansitra hemm denominazzjonijiet insara li dan jaccettawh ufficjalment. Hemm ukoll Kattolici nfushom li, minkejja l-pozizzjoni ufficjali tad-denominazzjoni partikulari taghhom, dan jaccettawh ukoll. Ghalhekk, lanqas ma kien ikun preciz li kieku ntqal li ‘ahna l-Kattolici ma naccettawx, etc.’. Il-kliem kellu jkun: ‘XI insara ma jaccettawx, etc.’ jew ‘XI Kattolici ma jaccettawx, etc.’.

2. Ghall-precizjoni wkoll, ma jistax jinghadd li ‘ma naccettawx li jitqies bhala zwieg KULL ghaqda bejn, etc.’. L-impressjoni hawnhekk hija li, fost dawk li ma jaccettawx iz-zwieg gay, hemm xi kazijiet fejn dan jigi accettat. Fil-fatt mhuwiex hekk. Min ma jaccettax iz-zwieg gay ma jaccettahx in absoluto, jigifieri totalment, ikun xi jkun il-kaz. Il-kelma ‘kull’ hija zejda u zbaljata.

3. Dejjem ghall-precizjoni, ma jistax jinghadd li t-tali zwieg isir ‘bejn persuni ta’ sess wiehed’. Haga bhal din ma tezistix. Ma jistax ikollox zewg persuni b’sess wiehed. Il-kliem kellu jkun: ‘bejn persuni ta’ l-istess sess’.

4. Dun Ang ma jghidx GHALA xi insara jew xi Kattolici ma jaccettawx iz-zwieg gay jew l-adozzjoni tat-tfal minn gay mizzewga. Aktarx assuma li r-ragunijiet nafuhom digà. Forsi iva u forsi le. Izda huma x’inhuma dawn ir-ragunijiet, mhux necessarjament ghandhom xi relazzjoni man-natura ta’ dawn iz-zwigijiet jew ta’ dan it-tip ta’ adozzjonijiet. Fi kliem iehor, altru nithaddtu dwar x’inhu zwieg fih innifsu, u minn hemm ninferixxu jekk ix-xirkiet gay humiex ‘zwieg’; u altru nithaddtu dwar dak li jitqies bhala zwieg mill-insara jew, b’mod aktar partikulari, mill-Kattolici, u allura mbaghad naraw jekk dawn jistghux konsistentement jaccettaw iz-zwieg gay. Hi x’inhi din ta’ l-ahhar (ghax jezistu diversi fehmiet dwaru), tibqa’ dejjem il-versjoni partikulari taghhom; u ghaldaqstant ma tistax tipprezumi accettazzjoni universali. Bhalma elf miljun suspett ma jaghmlux prova wahda, hekk ukoll elf miljun fehma suggettiva ma jaghmlux l-icken realtà oggettiva.

5. Minn dan isegwi li z-zwieg kif mifhum minn dan jew mill-iehor ma fih ebda natura oggettiva. Il-Kattolici, nghidu ahna, jista’ jkollhom fehma suggettiva ta’ x’inhu u x’huwiex iz-zwieg daqs u bhal kull haddiehor, inkluz il-poligamici, nghidu ahna. Il-versjonijiet KOLLHA huma VALIDI indaqs. Fihom infushom, kollha huma suggettivi, arbitrarji, artificjali u konvenjenti (bhal kull fehma dwar kull istituzzjoni ohra). Jekk irridu nkunu reduzzjonisti, ghandna nghidu li, biex ikollok zwieg, huma mehtieg biss zewg elementi: wahda, li tnejn min-nies liberament iwieghdu fedeltà lejn xulxin (u mhux bil-fors sal-mewt); u t-tieni li dawn il-weghdiet isiru quddiem xhud ufficjali.

6. L-aspett tax-xhud idahhal fil-weghda ta’ tnejn min-nies il-lat ufficjuz taz-zwieg, jigifieri r-rikonoxximent pubbliku. Dan isir mill-Knisja daqskemm minn kaptan ta’ bastiment, jew minn Imam, jew minn sahhar. Ma taghmilx differenza min. L-importanti ghall-ufficjozità ta’ l-att huwa li x-xhud ikollu xi tip ta’ awtorità formali, pubblika u legittima.

7. Mela, b’mod reduzzjonista u formali, jista’ jinghad li l-weghdiet li tnejn min-nies gay jaghmlu lil xulxin quddiem ufficjal pubbliku jista’ korrettement u proprjament jissejjah ‘zwieg’. La darba dan iz-zwieg jigi ufficjat pubblikament, u ghalhekk rikonoxxut bhala zwieg formali, allura l-istituzzjoni li x-xhud ufficjali jirrapprezenta ma tistax ma tirrikonoxxix ukoll id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet KOLLHA li dik l-istituzzjoni tiriserva ghaz-zwieg, inkluz il-provedimenti ghall-adozzjoni.

8. Il-prezunzjoni ta’ xi whud (u assolutament mhux Kattolici biss) hija li dak li huma suggettivament jifhmu dwar iz-zwieg irid bil-fors japplika b’mod universali. Dan hu zball logiku komuni hafna. Barra minn hekk, min ixandar fehma teologika wahda Kattolika, u mhux jaghti l-firxa tal-varjetà li tezisti, ikun qed jonqos mir-rispett lejn id-dritt ta’ l-informazzjoni tac-cittadin, apparti li jonqos ukoll mis-servizz lejn il-Knisja nnifisha.

9. Mhuwiex bizzejjed li wiehed jghid li jirrispetta lil xi hadd jekk ma jirrikonoxxilux id-drittijiet kollha tieghu. Jekk wiehed ma jaghmilx ta’ l-ahhar, lanqas ta’ l-ewwel ma jkun qed jaghmel.

10. Naqbel ma’ Dun Ang li l-membri Maltin tal-Parlament Ewropew ghandhom jiddikjaraw pubblikament kif ivvotaw rigward ir-rizoluzzjoni ta’ ftit ilu ghall-ugwaljanza tal-gays fl-istati membri.

11. Fl-ahharnett, ghac-carezza: Minn dan kollu li ghedt hawnfuq hadd m’ghandu jikkonkludi li jien favur jew kontra z-zwieg gay jew l-adozzjoni tat-tfal minn gay mizzewga.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?